Arkivji mensili: April 2013

Appell għall-paċi fis-Sirja

Syria conflict

L-Arċisqof Kattoliku ta’ Westminister, Vincent Nichols, u l-mexxej tal-komunita Anglikana, l-Arċisqof Justin Welby ta’ Canterbury, irreferew għall-vjolenza fis-Sirja u qalu li sa mill-ewwel jiem tal-kunflitt fil-pajjiż f’Marzu 2011, ma waqfux jitolbu quddiem eskalazzjoni ta’ vjolenza u mwiet. B’referenza għall-ħtif ta’ żewġ isqfijiet metropolitani f’Aleppo u l-qtil ta’ xufier waqt missjoni umanitarja, l-esponenti taż-żewġ Knejjes qalu li dan hu sinjal ieħor ta’ ċirkostanzi terribbli li qed ikomplu jtaqqlu lill-poplu Sirjan… Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-festa tal- Madonna ta’ Liesse

Knisja Madonna ta’ Liesse, Valletta

20 ta’ April 2013

Ħuti, aħna lkoll nafu li Marija, il-Madonna, hija l-isbaħ dixxiplu tal-Mulej; għaliex hija l-ikbar dixxiplu tal-Mulej? Għal tlett raġunijiet. L-ewwelnett irridu nimmaġinaw xi tfisser tgħix 30 sena ma’ Sidna Ġesù Kristu. Min jaf kemm qalilha veritajiet li wara kellu jgħidhom lill-appostli. Imma jiena ċert li f’dawk it-30 sena kien għallimha dawk il-veritajiet profondi tal-fidi tagħna… Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tal-professjoni reliġjuża ta’ Sr Paola Mallia

Sorijiet ta’ St Ursola, Valletta

14 ta’ April 2013

Ħuti, fil-Vanġelu tal-lum (Ġw 21, 1-19) rajna t-tieni sejħa ta’ San Pietru; l-ewwel sejħa kienet meta Ġesù kien għadu fil-bidu u mar ifittex l-ewwel dixxipli tiegħu li xi wħud minnhom kienu dixxipli ta’ Ġwanni l-Battista. San Pietru kellu t-tieni sejħa li kellu wkoll jwieġeb għaliha. Smajtu fl-għeluq tal-Vanġelu tal-lum Ġesù jerġa jgħidlu: “Ejja warajja”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-30 ta’ April

Ġwann 14, 27-31

Jiena nħallilkom is-sliem; nagħtikom is-sliem tiegħi; ma nagħtihulkomx kif tagħtih id-dinja. Tħallux qalbkom titħawwad u anqas titbeżża’. Smajtu x’għedtilkom: Jiena sejjer u nerġa’ niġi għandkom. Kieku kontu tħobbuni, kontu tifirħu li sejjer għand il-Missier, għax il-Missier hu akbar minni. U għedtilkom dan minn issa qabel ma jseħħ, biex meta jseħħ temmnu… Kompli aqra »

Verżjoni Maltija għad-Diska tal-Jum Dinji taż-żgħażagħ

Nhar it-Tnejn 29 t’April 2013, saret konferenza tal-aħbarijiet li saret illum f’nofsinhar fil-Valletta Waterfront (Crave Eats & Beats), u li matulha tnediet il-verżjoni Maltija tal-kanzunetta uffiċċjali għall-Jum Dinji taz-Żgħażagħ 2013. Il-kanzunetta ‘Tama t’Għodwa’, ġiet adattata għall-Malti minn Fr George Buttigieg OFM Conv u fiha ħadu sehem sitt kantanti żgħażagħ: Charlene Zammit, Christine Camilleri, Kurt Cassar, Mark Laurence Zammit, Matteo Depares u Simone Gauci… Kompli aqra »

“Ibqgħu diterminati fil-vjaġġ tal-fidi”

Pope in St Peter's

Kien jum li 44 persuna ġejjin minn madwar id-dinja se jibqgħu jiftakru hekk kif irċevew mill-Papa l-Konfirmazzjoni fi Pjazza San Pietru, f’attivita organizzata bħala parti mis-Sena tal-Fidi. Waqt l-omelija, Papa Franġisku fisser il-viżjoni ta’ San Ġwann l-appostlu fl-Apokalissi u qal li dan ifakkarna fil-jum li lkoll inħarsu ‘l quddiem lejh, meta niltaqgħu wiċċ imb’wiċċ ma’Alla għal dejjem. Filwaqt li kompla jiffoka fuq il-liturġija, irrefera għall-qari mill-Atti tal-Appostli u kkwota lil Pawlu u l-Barnaba jitkellmu dwar il-ħafna sfidi li jrid jiffaċċja min irid jidħol fis-saltna ta’ Alla… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-29 ta’ April

Mattew 11, 25-30

F’dak iż-żmien Ġesù qabad u qal: “Nfaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. “Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu… Kompli aqra »

Aġġornata: Titħabbar il-mewt ta’ Dun Eric Overend, l-Arċipriet taż-Żejtun

Tħabbret il-mewt ta’ Dun Eric Overend, l-Arċipriet taż-Żejtun.

Dun Eric twieled fit-28 ta’ Marzu 1966 filwaqt li ġie ordnat saċerdot fit-8 ta’ Lulju, 1994. Huwa kien Arċipriet tal-Parroċċa Santa Katarina, fiż-Żejtun.

Dun Eric Overend kien membru tal-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent filwaqt li għal diversi snin kien ukoll il-President tal-Kulleġġ tal-Kappillani.

It-telfa ta’ Dun Eric seħħet ftit xhur wara li l-Parroċċa taż-Żejtun tilfet lil Dun Rene Cilia… Kompli aqra »

29 t’April – 5 ta’ Mejju

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekeżi fiċ-Ċentru tad-Duttrina bħala parti miż-Żjara Pastorali li qiegħed jagħmel fil-parroċċa ta’ San Girgor, tas-Sliema.

6.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-katekisti kollha fiċ-Ċentru tad-Duttrina, tas-Sliema.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal-Kummissjoni Implimentazzjoni tas-Sinodu u mal-Kunsill Ekonomiku fiċ-Ċentru tad-Duttrina, tas-Sliema… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-28 ta’ April

Il-5 Hadd wara l-Għid

Ġwanni 13,31-33,34-35

Kif ħareġ Ġuda, Ġesù qal: “Bin il-bniedem huwa gglorifikat issa, u permezz tiegħu huwa gglorifikat Alla. Jekk Alla huwa gglorifikat permezz ta’ Bin il-bniedem, Alla wkoll permezz tiegħu nnifsu għad jigglorifika lilu, u dalwaqt jigglorifikah. Uliedi, ftit ieħor se ndum magħkom; intom tfittxuni, u bħalma għedt lil-Lhud, hekk ukoll ngħidu issa lilkom: Fejn sejjer jien, intom ma tistgħux tiġu… Kompli aqra »