Arkivji mensili: Mejju 2013

Mhux eskluż li dis-sena jkollna l-ewwel enċiklika ta’ Papa Franġisku

Il-Kelliem għall-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, Patri Federico Lombardi qal li sa tmiem din is-sena hu possibbli li tasal l-ewwel enċiklika ta’ Papa Franġisku. Il-kelliemi qal lill-ġurnalisti li l-Papa Emeritus Benedittu XVI, kien diġa ħareġ materjal fuq it-tema tal-fidi, b’ħafna kienu jaħsbu li r-raba’ enċiklika tiegħu kienet se tkun ittra fuq il-virtu teoloġika tal-fidi. Ħafna kienu jbassru li din kellha toħroġ fl-ewwel nofs ta’ dis-sena, li pero, rat lil Benedittu XVI iċedi l-papat u jagħti lok għal tmexxija tal-Knisja mis-suċċessur tiegħu… Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-200 anniversarju mit-twelid tal-Beatu t’Antoine Federiku Osanam – Fundatur tas-soċjetà ta’ S. Vinċenz de Paule

Katidral ta’ S. Ġwann

27 ta’ April 2013

Ħuti, fil-lezzjonijiet tal-lum aħna rajna tlett ħsibijiet li se nħalluhom imexxuna biex nifhmu aħjar il-ħajja tal-Beatu Federiku Osanam.

Fit-tieni lezzjoni tal-lum mill-Apokalissi (7,9,14-17) aħna rajna li Alla l-Imbierek se jġedded kollox. Il-ħajja kif nafuha hawnhekk se tinbidel għax Alla jkun kollox f’kulħadd. Iż-żewġ lezzjonijiet l-oħra juruna t-triq li permezz tagħha se jsir dan it-tiġdid… Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur is-Sorijiet tad-Dorotej

Nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju 2013, l-Arċisqof żar il-komunita’ tas-Sorijiet tad-Dorotej, bħala parti miż-Żjara Pastorali, fil-parroċċa ta’ San Girgor, tas-Sliema.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected] Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-3 ta’ Mejju

Ġwann,14, 7-14

Kieku għaraftu lili, kontu tagħrfu wkoll lil Missieri. Minn issa ‘l quddiem tagħrfuh, anzi diġà rajtuh.” Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina.” Ġesù wieġeb: “Ili daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma għaraftnix? Min ra lili ra lill-Missier. Kif tgħidli, ‘Urina l-Missier’? Ma temminx li jiena fil-Missier u l-Missier fija? … Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ tfal miċ-Ċentri tal-Katekiżmu, f’Tas-Sliema

Nhar is-Sibt, 27 ta’ April 2013, l-Arċisqof ltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekeżi fiċ-Ċentru tad-Duttrina bl-Ingliż, fil-parroċċa ta’ San Girgor, tas-Sliema. Nhar it-Tnejn, 29 ta’ April 2013, l-Arċisqof ltaqa’ wkoll mat-tfal li jattendu l-katekeżi fiċ-Ċentru tad-Duttrina bil-Malti, tas-Sliema.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

“Immorru bil-Ferħ għand Ġesù”

Il-Kummissjoni Djoċesana Tfal għal darba oħra tixtieq tistieden it-tfal kollha ta’ Malta biex jingħaqdu magħha għall-attivtà li ser issir nhar il-Ħadd 5 ta’ Mejju ġewwa l-park ta’ Ta Qali faċċata tal-Adventure Park. L-attività tibda fl-4.30pm u tispiċċa għall-ħabta ta’ 6.00pm. Flimkien se nagħmlu esperjenza sabiħa mal-mama’ tagħna tas-sema Marija. Din l-attività ser tkun imtella mit-tfal għat-tfal u għalhekk flimkien mal-Kummissjoni Djoċesana Tfal ser jipparteċipaw diversi Kummissjonijiet tat-tfal li twaqqfu f’Malta matul din is-sena… Kompli aqra »

Bergoglio kien qal li l-korruzzjoni agħar mid-dnub għax titwebbes il-qalb għal Alla

Meta kien għadu Kardinal, Jorge Mario Bergoglio, illum Papa Franġisku, kien qal li l-korruzzjoni hi agħar minn kull dnub ieħor minħabba li twebbes il-qalb kontra s-sens ta’ mistħija jew is-sens ta’ ħtija u twebbes il-qalb għas-sejħa ta’ Alla għall-konverżjoni. Qal li s-sitwazzjonijiet tad-dnub u l-istat tal-korruzzjoni huma żewġ realtajiet distinti, anki jekk intimament marbutin. Dawn il-kummenti tal-Papa Bergoglio sabu posthom f’fuljett oriġinalment ippubblikat fl-2005.

Bit-titlu “Corruption and Sin: Reflections on the Theme of Corruption”, il-fuljett kien ibbażat fuq artiklu li hu stess kien kiteb fl-1991 quddiem l-iskandlu tal-awtoritajiet lokali fl-Arġentina li kienu pruvaw jgħattu l-mewt ta’ tfajla minħabba li l-missirijiet ta’ dawk li qatluha kellhom rabtiet mal-politiċi u l-gvernatur lokali… Kompli aqra »

“Kien qassis altruwist, dejjem ħadem għall-għaqda”

Dawn kienu l-kliem tan-nies li saru jafu mill-qrib lil Fr. Eric Overend, l-Arċipriet taż-Żejtun, waqt il-quddiesa tal-funeral tiegħu, ilbieraħ l-1 ta’ Mejju 2013, fil-Knisja Parrokkjali. It-tebut tiegħu kien akkumpanjat minn ommu Carmen, li ħalliet din il-ħajja jumejn qablu.

Knisja mimlija bin-nies, siekta, u mingħajr kliem, irriflettiet fuq il-ħidma ta’ Fr Eric fl-appostolat tiegħu: maż-żgħażagħ, mal-familji, mal-koppji, mas-semmiegħa tar-Radju, u ma’ dawk kollha li kellhom bżonn… Kompli aqra »