Arkivji mensili: Mejju 2013

Applikazzjonijiet għal xi postijiet vakanti fi Skejjel tal-Knisja

Se jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-żewġ postijiet fl-ewwel sena sekondarja tal-bniet fi skola tal-Knisja u għall-ħames postijiet għas-subien fir-raba’ sena primarja f’xi skejjel tal-Knisja. L-applikazzjonijiet isiru nhar il-Ħamis, 6 ta’ Ġunju fil-Kurja tal-Arċisqof il-Floriana bejn id-9:00 u nofsinhar. L-istudenti għall-ewwel sena sekondarja jridu jkunu twieldu fis-sena 2002 u għar-raba sena jridu jkunu twieldu fl-2005. Min se japplika għandu jippreżenta dawn id-dokumenti: Il-Kattoliċi jippreżentaw ċertifikat tal-Magħmudija (oriġinali, u mhux fotokopja); ċertifikat tat-twelid (tal-Insinwa) tat-tifel / tifla (oriġinali, u mhux fotokopja); tintwera l-Karta tal-Identità ta’ missier jew omm it-tifel / tifla, ma hemmx bżonn ta’ fotokopja; ritratt tat-tifel / tifla (daqs ta’ passaport)… Kompli aqra »

Seminar għall-għalliema dwar il-Media Education

Nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Mejju 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. attenda għal Seminar fil-media education, organizzat mis-Segretarjat tal-Mezzi ta’ Komunikazzjoni Soċjali u s-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija. Dan is-seminar sar għall-għalliema mill-iskejjel tal-Knisja jew tal-Istat, li jgħallmu l-Media Studies, il-PSD u suġġetti oħra relatati, sabiex ikollhom iktar għarfien dwar l-importanza li għandha l-media fil-ħajja tal-istudenti… Kompli aqra »

Uffiċjali tal-Vatikan jiddisapprovaw bil-qawwa l-persekuzzjoni tal-insara madwar id-dinja

Christian persecution

L-Osservatur Permanenti tal-Vatikan għall-Aġenziji Amerikani f’Ġinevra, l-Arċisqof Silvano Tomasi, qal li iktar minn 100,000 nisrani jinqatlu kull sena minħabba l-fidi tagħhom, miljuni oħra jiffaċċjaw inġustizzji, intolleranzi u emarġinazzjoni minħabba l-fidi tagħhom.

Quddiem il-Kunsill tad-Drittijiet Umani huwa fisser li riċerka kredibbli minn Massimo Introvigne, li kien rappreżentant tal-Organizzazzjoni għas-Sigurta u l-Koperazzjoni fl-Ewropa kontra l-intolleranza u d-diskriminazzjoni kontra l-insara, wasslet għal konklużjoni xokkanti li iktar minn 100,000 nisrani qed jinqatlu bi vjolenza kull sena minħabba t-twemmin tagħhom… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-31 ta’ Mejju

Iz-Zjara ta’ Marija Vergni lil Elizabetta

Luqa 1, 39-56

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu;  u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Mbierka inti fost  in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! … Kompli aqra »

Il-Vatikan jorganizza adorazzjoni ewkaristika madwar id-dinja fit-2 ta’ Ġunju

Eucharistic Adoration

Uffiċjali tal-Vatikan qed jittentaw jorganizzaw siegħa ta’ talb quddiem l-Ewkaristija madwar id-dinja kollha – għall-ewwel darba fl-istorja tal-Knisja.Dan qalu l-Arċisqof Rino Fisichella, President tal-Kunsill għall-Promozzjoni tal-Evanġelizzazzjoni l-ġdida, li hu l-Uffiċċju li qed jorganizza l-attivitajiet għas-Sena tal-Fidi.

Papa Franġisku se jippresiedi l-adorazzjoni ewkaristika u l-barka fil-Bażilika San Pietru. L-attivita se tibda fil-5pm fil-ġurnata tat-2 ta’ Ġunju meta ħafna djoċesijiet madwar id-dinja kollha jiċċelebraw il-festa ta’ ġisem u d-demm ta’ Kristu, magħrufa bħala Corpus… Kompli aqra »

Ġimgħa Ewkaristika f’Malta

X’inhu Kungress Ewkaristiku Internazzjonali?

Kungress Ewkaristiku Internazzjonali hija laqgħa għall-membri tal-kleru, reliġjużi u lajċi biex jagħtu xhieda ħajja ta’ Ġesù preżenti ħaj fl-Ewkaristija. Dawn il-Kungressi għadhom isiru sal-llum. Il-Knisja f’Malta qegħda tfakkar meta dan il-Kungress sar f’pajjiżna fl-1913.

Fit-23 ta’ April 1913, fetaħ l-24 Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li kien sar f’Malta. Il-Kungress għalaq fis-27 ta’ April 1913 b’purċissjoni li bdiet mill-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, għal fejn illum hemm il-monument ta’ Kristu Re, fejn ingħatat il-Barka Ewkaristika… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-30 ta’ Mejju

Mark 10,46-52

U waslu Ġeriko. Hu u ħiereġ minn Ġeriko flimkien mad-dixxipli tiegħu u ma’ kotra kbira ta’ nies, kien hemm wieħed tallab agħma, jismu Bartimew, bin Timew, bilqiegħda mal-ġenb   tat-triq.  Dan, meta sama’ li kien Ġesù ta’ Nazaret, qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, bin David, ikollok ħniena minni !” Kien hemm ħafna li bdew jgħajjtu miegħu biex jiskot imma hu aktar beda jgħajjat: “Bin David, ikollok ħniena minni!” Ġesù waqaf u qal: “Sejjħulu.” Huma sejjħu l-agħma u qalulu: “Agħmel il-qalb! … Kompli aqra »

Il-Papa mistenni jlesti l-enċiklika dwar il-fidi

Fr Federico Lombardi

Il-Papa Franġisku mistenni li jkompli u jlesti l-enċiklika dwar il-fidi li nbdiet il-ħidma fuqha mill-predeċessur tiegħu, il-Papa Benedittu XVI, fil-pontifikat preċedenti. Din hija t-tradizzjoni marbuta ma’ xogħol mibdi minn pontifikat li imbagħad jgħaddi għall-ieħor. Kien il-Kelliemi għall-Vatikan, Patri Federico Lombardi, li kkonferma dan waqt li qal li hu prematur biex wieħed jgħid meta se titlesta.

Il-kummenti segwew rapporti fil-media Taljana li allegaw li se jkun il-Papa emeritus Benedittu XVI nnifsu li jtemm l-enċiklika… Kompli aqra »