Arkivji mensili: Ġunju 2013

Il-Papa jgħid li l-gwerra hi suwiċidju tal-umanita

Pope during mass

Il-Papa Franġisku qal li “l-gwerra hi s-suwiċidju tal-umanita għax toqtol il-qalb u l-imħabba”. F’omelija waqt ċelebrazzjoni ewkaristika f’Casa Santa Marta, li għaliha kienu preżenti qraba ta’ suldati Taljani li nqatlu f’missjonijiet għaż-żamma tal-paċi fl-aħħar erbgħa jew ħames snin, partikolarment fl-Afganistan, l-Arċisqof li kkonċelebra mal-Papa, Vincenzo Pelvi, qal li t-2 ta’ Ġunju jfakkar Jum ir-Repubblika fl-Italja, pajjiż li qal li għandu dejn kbir ta’ mħabba mal-familji ta’ dawk fil-militar… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-3 ta’ Ġunju

Mark 12, 1-12

U beda jkellimhom bil-parabboli: “Kien hemm raġel li ħawwel għalqa bid-dwieli; tella’ ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, bnielha torri, u qabbilha lil xi bdiewa. U siefer f’art oħra.’ Meta wasal iż-żmien, bagħat qaddej għand dawk il-bdiewa biex jiġborlu mingħandhom is-sehem li kien imiss lilu mill-frott ta’ l-għalqa. Iżda huma qabduh, sawwtuh, u bagħtuh lura idu f’idu… Kompli aqra »

3 – 9 ta’ Ġunju

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġika tal-Parroċċa ta’ Ġesù Nazzarenu, Tas-Sliema, bħala parti miż-Żjara Pastorali.

7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali, Tas-Sliema (Parroċċa Ġesù Nazzarenu).

It-Tlieta

4.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq Radju Marija.

7.00 p.m. L-Arċisqof jattendi l-ewwel konferenza fl-okkażjoni tal-ewwel ċentinarju tal–Kungress Ewkaristiku Internazzjonali, fil- Kurja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-2 ta’ Ġunju

Il-Gisem u d-Demm ta’ Kristu

Lk 9, 11-17

L-folol saru jafu u marru warajh. Hu laqagħhom u qagħad ikellimhom fuq is-Saltna ta’ Alla, u fejjaq lil dawk li kienu jeħtieġu l-fejqan. Il-jum kien wasal biex jintemm. Resqu lejh it-Tnax u qalulu: “Ibgħathom in-nies ħa jmorru fl-irħula u r-rziezet  tal-qrib biex isibu fejn jistrieħu u jieklu xi ħaġa, għax hawnhekk qegħdin f’post imwarrab.” Iżda hu qalilhom: “Agħtuhom intom x’jieklu.” Qalulu: “Ma għandniex aktar minn ħames ħobżiet u żewġ ħutiet, jekk għallinqas ma mmorrux aħna stess nixtru l-ikel għal dawn in-nies kollha!” Għax kien hemm madwar il-ħamest elef raġel… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-1 ta’ Ġunju

Mark 11, 27-33

Mill-ġdid marru Ġerusalemm. Kif kien qiegħed idur fit-tempju, resqu fuqu l-qassisin il-kbar u l-kittieba u x-xjuħ u staqsewh: “Int b’liema setgħa qiegħed tagħmlu dan kollu? U min tahielek din is-setgħa biex tagħmlu?” “Ħa nagħmlilkom mistoqsija waħda jien” qalilhom Ġesù, “weġbuni għaliha, u ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan kollu. Il-magħmudija ta’ Ġwanni kienet ħaġa ġejja mis-sema jew mill-bnedmin? … Kompli aqra »