Arkivji mensili: Ġunju 2013

Disa’ saċerdoti ġodda

Nhar l-Erbgħa 3 ta’ Lulju 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jordna disa’ saċerdoti ġodda (tlieta djoċesani u sitta reliġjużi) fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-funzjoni tibda fis-6.30 ta’ filgħaxija. Dawk li ser jiġu ordnati saċerdoti huma:

Rev. Glen Attard O.Carm.

Rev. Stephen Borg O.F.M. Conv.

Rev. Bernard Falzon M.S.S.P… Kompli aqra »

Disa’ Saċerdoti Ġodda

Nhar il-Erbgħa 3 ta’ Lulju, 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jordna disa’ saċerdoti ġodda (Tlieta djoċesani u sitta reliġjużi) fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt. Il-funzjoni tibda fis-6.30 ta’ filgħaxija.

Dawk li se jiġu ordnati saċerdoti huma:

• Glen Attard O.Carm.

• Stephen Borg O.F.M. Conv.

• Bernard Falzon M.S.S.P.

• Leonard Mintoff mill-parroċċa ta’ Santa Elena, Birkirkara… Kompli aqra »

1-7 ta’ Lulju

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tad-Delegati tiegħu, fir-residenza ta’ Ħ’Attard.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Monitoring Committee dwar il-Konsultazzjoni għall-involviment taż-żgħażagħ, fil-Kurja.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni tal-festa tal-Qalb ta’ Ġesu, fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesù, l-Mosta.

L-Erbgħa

11.30 a.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-30 ta’ Ġunju

It-13 il Ħadd ta’ matul is-sena

Luqa 9, 51-56

Meta qorob għalih iż-żmien li fih kellu jittieħed mid-dinja, b’rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm. U bagħat xi messaġġiera qablu li, huma u sejrin, daħlu f’raħal tas-Samarija biex iħejjulu fejn joqgħod. Iżda hemmhekk ma laqgħuhx, billi hu kien sejjer Ġerusalemm… Kompli aqra »

Quddiesa Pontifikali fil-festa ta’ San Pietru u San Pawl

Nhar is-Sibt 29 ta’ Ġunju 2013, l-Arċisqof iċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Katidral tal-Mdina, fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Pietru u San Pawl. Matul din iċ-ċelebrazzjoni kien ipprezentat formalment l-E.T. Mons Aldo Cavalli, in-Nunzju Apostoliku għal Malta.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tad-29 ta’ Ġunju

Mattew 16, 13-19

Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa  lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Min jgħidu n-nies li hu Bin il-bniedem?” U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti. ” Imma intom min tgħidu li jien?” staqsiehom. U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj.” U Ġesù wieġbu u qallu: “Hieni int, Xmun bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-28 ta’ Ġunju

Mattew 8, 1-4

Kif niżel minn fuq il-muntanja, folol kbar marru warajh. U resaq fuqu wieħed lebbruż, nxteħet quddiemu u qallu,”Mulej, jekk trid, tista’ tfejjaqni.” Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid; kun imfejjaq.” U minnufih ġismu ndaf mill-lebbra. U qallu Ġesù: “Qis li ma tgħid lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis u agħmel l-offerta li ordna Mosè, biex hekk tagħti xhieda li inti fiqt.”

Il-Qaddis tal-Jum : San Irinew

Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ Birżebbuġa

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Kan. Anton Galea Scannura bħala kappillan tal-parroċċa ta’ San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa.

Kan. Anton Galea Scannura twieled il-Belt Valletta fis-17 ta’ Lulju 1973. Hu rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola Primarja ta’ Stella Maris Balzan, fil-Junior Lyceum tal-Ħamrun, u fis-6th Form G.F. Abela, l-Imsida. Huwa kompla l-istudji terzjarji fil-Fakulta tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta… Kompli aqra »

Korsijiet għas-sena akkademika 2013/2014 mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali u entitajiet oħra tal-Knisja

Fis-sena akkademika li tibda f’Ottubru, l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali u diversi entitajiet formattivi oħra fil-Knisja ser joffru korsijiet varji ta’ formazzjoni Nisranija. B’kollox qed jiġu organizzati ħmistax-il kors. Dawn huma:

  1. General Education Award in Evangelisation
  2. Higher Education Award in Family Ministry
  3. Higher Education Award in Adolescent and Youth Ministry
  4. Higher Education Award in the Liturgy
  5. Higher Education Award in Missiology
  6. Higher Education Award in Theology
  7. Higher Education Award in Catholic Social Teaching
  8. Higher Education Award in Parish Nursing
  9. Kors Esperjenzjali ta’ Talb

10… Kompli aqra »

Minkejja l-protesti, assigurata s-sigurta għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ

WYD in Rio 2013

L-Arċisqof ta’ Rio de Janiero assigura liż-żgħażagħ li l-protesti li qed isiru fil-Brażil mhumiex se jaffettwaw il-Jum Dinji taż-żgħażagħ.

L-Arċisqof Orani Tempesta qal li tkellem m’uffiċjali Brażjiljani li kkonfermaw is-sigurta ta’ dawk li se jattendu għal dan l-avveniment dinji.

Fil-jiem li għaddew, miljuni ta’ nies ipprotestaw fit-toroq minħabba li l-gvern ħabbar li se jgħolli l-prezz tat-trasport pubbliku u li fl-istess waqt se jkunu qed jagħti kontribut lejn it-Tazza tad-Dinja fl-2014… Kompli aqra »