Arkivji mensili: Ġunju 2013

L-Isqfijiet jattendu għal Maratona b’risq il-fqar fit-Tanzanija

Nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Mejju 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna laqgħu id-donazzjonijiet bit-telefown mill-pubbliku inġenerali waqt il-Maratona ta’ ġbir ta’ fondi waqt il-programm Xarabank. Matul il-programm inġabret is-somma rekord ta’ aktar minn nofs miljun ewro b’risq il-foqra fit-Tanżanija, fejn il-Mission Fund twettaq il-ħidma tagħha.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

Il-Papa jgħid li dak li jintilef fil-gwerra għandu jinkiseb lura bil-paċi

Pope before Angelus

l-appell tiegħu lill-pellegrini miġbura fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, il-Papa Franġisku appella għat-talb għall-vittmi tal-gwerra u esprima sogħba u tħassib serju għas-sitwazzjoni ta’ gwerra li ilha tkaxkar fis-Sirja għall-aħħar sentejn. Qal li tidrob lill-popolazzjoni ta’ ċivili li tittama kontiwament f’komprensjoni u f’paċi ġusta.

Il-Papa fisser li “il-gwerer huma dejjem ġennata: kull ma jintilef bil-gwerra għandu jinkiseb lura bil-paċi”… Kompli aqra »

L-Oratorju ‘San Paolo Evangelizza I Maltesi’

Nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Mejju 2013, sar l-Oratorju ‘San Paolo Evangelizza I Maltese’, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fl-okkazjoni tal-100 sena mill-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali tal-1913. Dan kien jinkludi l-parteċipazzjoni tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, kor u solisti. L-Oratorju ta’ Mro Carlo Diacono inkiteb apposta għall-Kungress Ewkaristiku tal-1913.

Matul din il-ġimgha ser isiru numru ta’ attivitajiet fl-okkażjoni tal-Ġimgha Ewkaristika li bdiet nhar il-Ħamis 30 ta’ Mejju, u tagħlaq nhar il-Ġimgha 7 ta’ Ġunju 2013 b’ċelebrazzjoni fi Pjazza San Ġorg, il-Belt Valletta… Kompli aqra »

Il-Papa jgħid li l-gwerra hi suwiċidju tal-umanita

Pope during mass

Il-Papa Franġisku qal li “l-gwerra hi s-suwiċidju tal-umanita għax toqtol il-qalb u l-imħabba”. F’omelija waqt ċelebrazzjoni ewkaristika f’Casa Santa Marta, li għaliha kienu preżenti qraba ta’ suldati Taljani li nqatlu f’missjonijiet għaż-żamma tal-paċi fl-aħħar erbgħa jew ħames snin, partikolarment fl-Afganistan, l-Arċisqof li kkonċelebra mal-Papa, Vincenzo Pelvi, qal li t-2 ta’ Ġunju jfakkar Jum ir-Repubblika fl-Italja, pajjiż li qal li għandu dejn kbir ta’ mħabba mal-familji ta’ dawk fil-militar… Kompli aqra »

3 – 9 ta’ Ġunju

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġika tal-Parroċċa ta’ Ġesù Nazzarenu, Tas-Sliema, bħala parti miż-Żjara Pastorali.

7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali, Tas-Sliema (Parroċċa Ġesù Nazzarenu).

It-Tlieta

4.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq Radju Marija.

7.00 p.m. L-Arċisqof jattendi l-ewwel konferenza fl-okkażjoni tal-ewwel ċentinarju tal–Kungress Ewkaristiku Internazzjonali, fil- Kurja… Kompli aqra »