Arkivji mensili: Ġunju 2013

Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa f’għeluq iċ-ċentinarju mill-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali

Nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju 2013, fit-8.00 p.m. f’għeluq il-Ġimgħa Ewkaristika, fl-okkażjoni tal-mitt sena mill-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar f’Malta fl-1913, saret ċelebrazzjoni Djoċesana fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta. Din tmexxiet mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. bis-sehem tan-Nunzju Appostoliku, Mons. Aldo Cavalli, l-Isqof Awżiljarju Mons. Charles J. Scicluna, l-Arċisqof Emeritus Mons. Ġużeppi Mercieca u l-Isqof ta’ Malindi l-Kenya Mons. Emmanuel Barbara… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-8 ta’ Ġunju

Il-Qalb Imqaddsa ta’ Marija

Luqa 2, 41-51

Ta’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesù kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa ta’ l-Għid. Meta kellu tnax-il sena telgħu wkoll, skond id-drawwa ta’ dik il-festa. Wara li għaddew dawk il-ġranet qabdu t-triq lura, imma t-tfajjel Ġesù baqa’ Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu… Kompli aqra »

Titħassar il-Festa ta’ San Pawl il-Baħar

Wara li tħabbret il-mewt ta’ Patri Joseph Cilia OFM Conv, Kappillan ta’ San Pawl il-Baħar, Patri Arthur Cutajar OFM Conv, bħala Amministratur Parrokkjali u President tal-Kumitat Festa Marija Addolorata, ikkonsulta mal-Komunità tal-Patrijiet, mal-Kumitat tal-Festa Marija Addolorata, Sultana tal-Martri u mas-Soċjetà Mużikali San Pawl, dwar iċ-ċelebrazzjoni tal-Festa Titulari ta’ Marija Addolorata f’ San Pawl il-Baħar.

Patri Arthur Cutajar u l-entitajiet kollha hawn fuq msemmija waslu għal qbil unanimu li titħassar l-Festa għal din is-sena… Kompli aqra »

Il-Papa jingħata relikwija tal-Arċisqof Romero

Pope recieving Romero's relic

Il-Kap tal-Knisja Kattolika ngħata relikwija tal-Arċisqof Oscar Romero li kien inqatel f’El Salvador. Din ir-relikwija ngħatat lill-Papa bħala rigal mill-President tal-Ekwador Mauricio Funes Cartagena. Qabel iż-żjara tiegħu lil Franġisku, Funes qal li l-għan ewlieni taż-żjara tiegħu lill-Papa kien biex jesprimi l-gratitudni qawwija tiegħu għall-fatt li l-proċess ta’ kanonizzazzjoni ta’ Romero ma kienx imblukkat. Barra minn hekk huwa nkoraġixxa li l-proċess lejn id-dikjarazzjoni tal-qdusija ta’ Romero jissokta u jitwasal lejn tmiemu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-7 ta’ Ġunju

Il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù

Luqa 15,3-7

Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: “Min hu dak fostkom li jkollu mitt nagħġa u jitlef waħda minnhom, u ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fid-deżert biex imur wara l-mitlufa sa ma jsibha? U meta jsibha, jifraħ biha u jerfagħha fuq spallejh, imur id-dar, isejjaħ għandu lil ħbiebu u l-ġirien, u jgħidilhom, ‘Ifirħu miegħi, għax sibt in-nagħġa li kienet intilfitli.’ Ngħidilkom li l-istess jiġri fis-smewwiet: ikun hemm aktar ferħ għal midneb wieħed li jindem milli għal disgħa u disgħin bniedem tajjeb li ma kellux bżonn ta’ ndiema… Kompli aqra »

Ċelebrazzjoni Djoċesana fl-okkażjoni taċ-ċentinarju mill-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali tal-1913

Il-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju 2013, fit-8.00 p.m. f’għeluq il-Ġimgħa Ewkaristika, fl-okkażjoni tal-mitt sena mill-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar f’Malta fl-1913, ser issir ċelebrazzjoni Djoċesana fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta. Din ser titmexxa mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. bis-sehem tan-Nunzju Appostoliku, Mons. Aldo Cavalli, l-Isqof Awżiljarju Mons. Charles J. Scicluna, l-Arċisqof Emeritus Mons. Ġużeppi Mercieca u l-Isqof ta’ Malindi l-Kenya Mons. Emmanuel Barbara… Kompli aqra »

Enfasi fuq il-ħtieġa li jitwaqqaf il-ġuħ fid-dinja

Starving child

Li tinstab soluzzjoni għall-“iskandlu kontinwu” tal-ġuħ fid-dinja għandu jkun ta’ priorita assoluta. Dan qalu r-rappreżentant tal-Vatikan għall-Ġnus Maqgħuda, l-Arċisqof Francis A. Chullikatt, meta kien qed jindirizza laqgħa tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda dwar il-miri tal-iżvilupp sostenibbli. Bħala osservatur permanenti tas-Santa Sede għall-Ġnus Maqgħuda, qal li “hu tal-mistħija li tant u tant nies fqar fid-dinja qed ikomplu jsibu lilhom infushom f’sitwazzjoni li ġġibhom awtomatikament vittmi bla saħħa ta’ xejn tal-problema ta’ ġuħ kroniku”… Kompli aqra »

Programm taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa tas-Sacro Cuor, tas-Sliema

It-Tlieta 4 ta’ Ġunju

11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan dwar il-Viżta Pastorali li se ssir fil-Parroċċa tiegħu, fil-Kurja.

Il-Ħamis 6 ta’ Ġunju

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Animaturi tal-Evanġelizzazzjoni, fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ Sant’ Antnin.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-leaders tal-adolexxenti u ż-żgħażagħ, fiċ-Ċentru Parrokkjali Sant’ Antnin.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-adolexxenti u wara maż-żgħażagħ, fis-sala taċ-Ċentru Parrokkjali Sant’ Antnin… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-6 ta’ Ġunju

Mark 12, 28-34

Wieħed mill-kittieba semagħhom jitlewwmu bejniethom, u, meta ra kemm Ġesù kien weġibhom tajjeb, resaq fuqu u staqsieh: “Liema wieħed fost il-kmandamenti kollha huwa l-ewwel?” Ġesù wieġbu: “L-ewwel wieħed huwa dan: Isma’ Iżrael; il-Mulej, Alla tagħna, Mulej wieħed hu, u int għandek tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha. U t-tieni hu dan: Ħobb lil għajrek bħalek innifsek… Kompli aqra »

L-ewwel Konferenza fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Ewkaristika

Nhar it-Tlieta 4 ta’ Ġunju 2013, saret l-ewwel konferenza minn tnejn, li saret il-bieraħ filgħaxija fil-Kurja tal-Arċisqof, bħala parti mill-attivitajiet tal-Ġimgha Ewkaristika. Din qed issir fl-okkażjoni tal-mitt sena mill-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar f’Malta fl-1913. Il-kelliema ewlenija kienu l-Professur Oliver Friġġieri u Rev Dr Konrad Grech SJ, li tkellmu dwar il-Fidi fil-kuntest tat-tibdil soċjali li seħħ f’Malta matul l-aħħar mitt sena… Kompli aqra »