Arkivji mensili: Ottubru 2013

Sena Pastorali ġdida ġewwa l-Oratorju MSSP B’Kara

  • Sena Pastorali ġdida ġewwa l-Oratorju MSSP B’Kara
  • Għadu kif ingħata bidu għal Sena Pastorali ġdida ġewwa l-Oratorju MSSP B’Kara – Ċentru Kateketiku u Liturgiku ghall-Adulti, Żgħazagħ u tfal.

    Minn qalbna nixtiequ nistiednu lil dawk kollha interessati, individwi kif ukoll gruppi, biex jigu jingħaqdu magħna u jipparteċipaw flimkien magħna fil-funzjonijiet liturgiċi u l-attivitajiet li jittellgħu matul is-sena ġewwa l-Oratorju MSSP…

  • Kompli aqra »

7 – 13 ta’ Ottubru

  • 7 – 13 ta’ Ottubru

  • It-Tnejn         

    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

    4.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi, jiċċelebra Quddiesa u joqgħod magħhom għall-ikel, fis-Seminarju tal-Virtù.

    It-Tlieta         

    8.00 a.m.         L-Arċisqof iżur il-Kulleġġ ta’ San Alwiġi fl-okkazzjoni tal-anniversarju mit-twaqqif tal-iskola…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni ta’ Jum l-Indipendenza

  • Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni ta’ Jum l-Indipendenza
  • St. John’s Concathedral
    21 September 2013

    Ħuti,

    Minn meta pajjiżna kiseb l-Indipendenza u l-avvenimenti politiċi li ġraw wara – it-13 ta’ Diċembru u l-31 ta’ Marzu – Malta mhux biss saret ħielsa, iżda żdiedu u kibru r-responsabbiltajiet fit-tmexxija tal-pajjiż. Fil-fatt illum kibret il-parteċipazzjoni politika u jsiru ħafna diskussjonijiet fuq l-ekonomija, l-edukazzjoni, ix-xogħol, is-saħħa, u affarijiet li jwasslu għal kwalità ta’ ħajja aħjar…

  • Kompli aqra »

Diana

  • Diana
  • **

    Direttur:          Oliver Hirschbiegel

    Atturi:             Naomi Watts, Naveen Andrews, Cas Anvar, Lee Asquith-Coe, Geraldine James, Charles Edward u Daniel Pirrie

    Ħin tal-film:    113 min

    Maħruġ minn KRS Film Distributors

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 PG

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      PG

    Il-mewta traġika u għall-għarrieda tal-Prinċipessa Diana fil-31 ta’ Awwissu 1997 ġewwa Pariġi, ħasdet lid-dinja kollha u pprovokat  swied il-qalb internazzjonali u għadd ta’ teoriji ta’ komplotti…

  • Kompli aqra »

R.I.P.D

  • R.I.P.D
  • ***

    Direttur:          Robert Schwentke

    Atturi:             Jeff Bridges, Ryan Reynolds, Kevin Bacon, Mary-Louise Parker, Stephanie Szostak,  James Hong, Marisa Miller u Devin Ratray

    Ħin tal-film:    96 min.

    Maħruġ minn KRS Film Distributors

    KLASSIFIKA  TAĊ-ĊENSURA:                12A

    KLASSIFIKA  TAL-KNISJA:                     15

    Id-detektivs Nick Walker u Bobby Hayes li kienu jaħdmu fid-Dipartiment tal-Pulizija ta’ Boston,  jisirqu kaxxa mimlija  deħeb waqt  rejd li għamlu biex ikkissru ċirku ta’ kriminali mdaħħlin fid-droga…

  • Kompli aqra »

White House Down

  • White House Down

  • ****

    Direttur:        Roland Emmerich

    Atturi:            Channing Tatum, Jamie Fox, Maggie Gyllenhaal

    Ħin:                131 minuti

    Klassifika taċ-Ċensura: 12A

    Klassifika tal-Knisja: 15

    John Cale, ex-suldat, bħalissa huwa wieħed minn dawk li qed  jipproteġu lill-Ispeaker tal-House of Representatives, Eli Raphelson…

  • Kompli aqra »

We’re The Millers

  • We’re The Millers
  • ***

    Direttur:          Rawson Marshall Thurber

    Atturi:             Jennifer Aniston, Jason Sudeikis, Emma Roberts, Will Poulter, Ed Helms u Nick Offerman

    Ħin tal-film:    110 min.

    Maħruġ minn KRS Film Distributors

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      18

    David Clarke li kien jgħix fuq il-flus li jdaħħal mit-traffikar tad-droga marijuana, jsib ruħhu misruq minn kull ma kellu nkuż flus li kellu jati lill-fornatur tiegħu, Brad Gurdlinger, baruni kbir tad-droga li kien jgħix f’lussu kbir…

  • Kompli aqra »

Donazzjoni ta’ €4,320 mill-parroċċa San Franġisk t’Assisi fil-Qawra lid-Dar tal-Providenza

  • Donazzjoni ta’ €4,320 mill-Parroċċa San Franġisk t’Assisi fil-Qawra lid-Dar tal-Providenza
  • 1 t’Ottubru, 2013 

    €4,320 ġew mogħtija lid-Dar tal-Providenza bħala riżultat ta’ ġbir li sar apposta matul il-ġimgħa tal-festa ta’ San Franġisk t’Assisi, il-patrun tal-parroċċa li ġġib l-istess isem fl-inħawi tal-Qawra-Buġibba. Il-preżentazzjoni saret minn żagħżugħ membru tas-sezzjoni ‘Preyouths’ tal-parroċċa lil Christine Borg, waħda mit-tliet persuni b’diżabilita’ fiżika li qed jesperjenzaw  ħajja ssapportjata f’dar ”Akkwarell”, dar residenjzali fl-istess komunita’ tal-Qawra…

  • Kompli aqra »

Taħdita dwar l-Ekumeniżmu

  • Public Lecture: The Ecumenical Movement in Roman Catholic Teaching after Vatican ll and some challenges to 21st Century Christianity
  • Il-Ħamis 10 ta’ Ottubru 2013 se tingħata Public Lecture minn Rev. Prof. Mihaly Kranitz, saċerdot Kattoliku mill-Ungerija intitolata: “Ut omnes sint: The Ecumenical Movement in Roman Catholic Taching after Vatican II and some challenges to 21st Century Christinaity”. Din il-lecture se tibda fis-6.00pm, fl-Istitut Kattoliku, Floriana, fis-Sala San Ġorg Preca fit-tielet sular…

  • Kompli aqra »