Arkivji mensili: Ottubru 2013

Il-Vanġelu tal-jum – 31 ta’ Ottubru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 31 ta’ Ottubru
  • Luqa 13,31-35

    Dak il-ħin stess resqu fuqu xi Fariżej u qalulu: “Mur, itlaq minn hawn, għax Erodi jrid joqtlok.”  U hu qalilhom: “Morru għidulu lil dak il-volpi, ‘Ara, jiena nkeċċi x-xjaten u nfejjaq il-mard illum u għada, u fit-tielet jum nasal fit-tmiem tiegħi. Madankollu llum u għada u pitgħada jeħtieġli nissokta t-triq tiegħi, għax ma għandux ikun li profeta jinqered barra minn Ġerusalemm…

  • Kompli aqra »

Xhieda tal-fidi permess tal-karità

  • Xhieda tal-fidi permess tal-karità

  • Meeting of bishops and delegates from Europe’s Bishops’ Conferences with responsibility for works of charity

    Trieste, Italy, 4-6 November 2013

    Like that of many charities, the Church’s charitable activity usually and unanimously finds consent in public opinion…

  • Kompli aqra »

Il-Familja hija ġid imprezzabli – Papa Franġisku

  • Il-Familja hija ġid imprezzabli – Papa Franġisku
  • Pope Francis celebrated Mass in St Peter’s Square on Sunday, October 27th, 2013, to mark the 30th Sunday of Ordinary Time and the World Family Day at the close of the 21st Plenary Assembly of the Pontifical Council for the Family, which met in Rome this past week to reflect on the theme of living the joy of the Faith…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 30 ta’ Ottubru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 30 ta’ Ottubru
  • Luqa 13,22-30

    Huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, għadda jgħallem f’xi bliet u rħula. U kien hemm wieħed qallu: “Mulej, jaqaw ftit huma dawk li jsalvaw?” U huwa weġibhom: “Tħabtu biex tidħlu mill-bieb  id-dejjaq, għax kif ngħidilkom jien, ħafna għad ifittxu li jidħlu u ma jirnexxilhomx. Għax meta sid id-dar ikun qam jagħlaq il-bieb, intom tibqgħu barra, u tibdew tħabbtu l-bieb u tgħidu, ‘Mulej, iftħilna.’ Iżda hu jweġibkom u jgħid, ‘Ma nafx mnejn intom.’ Mbagħad taqbdu tgħidulu, ‘Kilna u xrobna miegħek aħna, u int għallimt fil-pjazez tagħna.’ Hu jwieġeb u jgħidilkom, ‘Ma nafx mnejn intom; morru minn quddiemi, intom ilkoll li tagħmlu dak li m’hux sewwa!’ Hemmhekk ikun hemm il-biki u tgħażżiż tas-snien, meta taraw lil Abraham u lil Iżakk u lil Ġakobb u l-profeti kollha fis-Saltna ta’ Alla, u intom imkeċċija ‘l barra…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 29 ta’ Ottubru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 29 ta’ Ottubru
  • Luqa 13,18-21

    Mela qal: “Lil xiex tixbah is-Saltna ta’ Alla, u ma’ xiex se nxebbhuha? Tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel qabad u żeragħha fil-ġnien tiegħu, u mbagħad kibret u saret siġra, u l-għasafar ta’ l-ajru marru jbejjtu fil-friegħi tagħha.” U reġa’ qalilhom: “Ma’ xiex se nxebbahha s-Saltna ta’ Alla? Tixbah lil ftit ħmira li waħda mara qabdet u ħalltet ma’ tliet sigħan dqiq sakemm għoliet l-għaġna kollha.”

    Il-Qaddisin tal-jum: Il-Beatu Mikiel Rua

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 28 ta’ Ottubru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 28 ta’ Ottubru
  • Luqa 6,12-19

    Mela darba fost l-oħrajn ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla. Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: Xmun, li semmieh Pietru, u ħuh Indrì, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew, Mattew, Tumas, Ġakbu ta’ Alfew, Xmun l-Imħeġġeġ,  Ġuda ta’ Ġakbu u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh…

  • Kompli aqra »

28 ta’ Ottubru – 3 ta’ Novembru

  • 28 ta’ Ottubru – 3 ta’ Novembru
  • It-Tnejn          

    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

    4.30 p.m.         L-Arċisqof iżur iċ-Ċentru Kateketiku tal-Bniet, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa tal-Qrendi.

    5.45 p.m.         L-Arċisqof iżur il-MUSEUM tas-subien, Qrendi.

    7.00 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Katekisti, Qrendi.

    It-Tlieta          

    10.00 a.m.       L-Arċisqof jippresiedi laqgħa distrettwali għas-saċerdoti, Ċentru Santa Marija, Birkirkara…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 27 ta’ Ottubru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 27 ta’ Ottubru
  • It-30 Ħadd ta’ matul is-Sena

    Luqa 18, 9-14

    Kien hemm uħud li kienu jafdaw fihom infushom li huma ġusti u kienu jmaqdru lill-oħrajn. Ġesù qalilhom din il-parabbola: “Żewġt irġiel, wieħed Fariżew u l-ieħor pubblikan, telgħu fit-tempju biex jitolbu. Il-Fariżew, wieqaf, talab hekk f’qalbu, ‘O Alla, niżżik ħajr li m’iniex bħall-bqija tal-bnedmin, ħalliela, inġusti, żienja, jew ukoll bħal dan il-pubblikan…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 26 ta’ Ottubru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 26 ta’ Ottubru
  • Luqa 13, 1-9

    Dak il-ħin stess ġew xi wħud u qalulu b’dawk il-Galilin li Pilatu kien ħallat demmhom mad-demm tal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom. U Ġesù qabad u qalilhom: “Taħsbu intom li dawn il-Galilin kienu iżjed midinbin mill-Galilin l-oħra biex sofrew dan kollu? Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu bħalhom. Jew dawk it-tmintax-il ruħ li fuqhom waqa’ t-torri ta’ Silwam u qatilhom, taħsbu intom li kienu iżjed ħatja min-nies l-oħra ta’ Ġerusalemm? …

  • Kompli aqra »