Arkivji mensili: Novembru 2013

Il-Vanġelu tal-jum – 13 ta’ Novembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 13 ta’ Novembru
  • Luqa 17, 11-19

    Ġara li, huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda minn bejn is-Samarija u l-Galilija. Kif kien dieħel f’raħal, ltaqgħu miegħu għaxart irġiel morda bil-lebbra. Waqfu ‘l bogħod minnu,  għollew leħinhom u qalulu: “Ġesù, Mgħallem, ikollok ħniena minna!” Kif rahom, qalilhom: “Morru uru rwieħkom  lill-qassisin.” U ġara li, huma u sejrin, fiequ mill-marda tagħhom…

  • Kompli aqra »

Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja fl-2014

  • Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja fl-2014
  • Ir-Regolamenti għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja għas-sena 2014 ġew ippublikati fuq il-website tal-Knisja f’Malta, fil-paġna http://www.maltadiocese.org/posts/category/church-schools

    B’kollox ser ikun hemm total ta’ 1,733 postijiet vakanti. L-applikazzjonijiet ser isiru f’diversi skejjel tal-Knisja bejn Novembru u Frar. Min ser japplika għandu jieħu miegħu d-dokumenti meħtieġa u l-applikazzjoni timtelà dakinhar stess.  B’hekk l-applikanti ma jkollhomx għalfejn jinqalgħu darbtejn…

  • Kompli aqra »

Website ġdida online – CCEE

  • Website ġdida online – CCEE

  • On the occasion of the meeting of CCEE’s Commission for Social Communications (CCS), taking place at this time in the Spanish city of Barcelona (8-10 November), the new website of the Council of European Episcopal Conferences – www.ccee.eu – was presented to participants…

  • Kompli aqra »

Kristu Re 2013

  • Kristu Re 2013
  • Nhar il-Ħadd 24 ta’ Novembru 2013, il-Knisja tiċċelebra l-festa liturġika ta’ Kristu Re. Hija tradizzjoni f’pajjiżna li f’din il-ġurnata tiġi organizzata manifestazzjoni ta’ fidi fuq livell djoċesan. Għal din is-sena ntagħżlet il-Knisja Arċipretali ta’ Marija Assunta, il-Mosta, biex tiġi ċċelebrata din l-attività. Il-programm jinkludi animazzjoni ta’ kant li jibda fl-4.00 p.m. u jkompli b’għeluq is-Sena tal-Fidi bit-talba liturġika ta’ filgħaxija, messaġġ mill-Arċisqof u barka sagramentali…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 12 ta’ Novembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 12 ta’ Novembru
  • Luqa 17, 7-10

    “Wieħed minnkom ikollu qaddej qiegħed jaħrat jew jirgħa; meta jidħol mill-għalqa x’se jgħidlu? ‘Ejja, isa, u oqgħod   għall-ikel’? jew, ‘Lestili x’niekol, ilbes il-fardal u newwilli sa ma niekol u nixrob jien, u mbagħad tiekol u tixrob int?’ Jaqaw se jroddlu ħajr lill-qaddej talli jkun għamel li ordnalu?]Hekk ukoll intom, meta tagħmlu kull ma tkunu ordnati, għidu, ‘Aħna qaddejja li ma niswew għal xejn; għamilna biss dak li kellna nagħmlu.’ “

    Il-Qaddis tal-jum: San Ġozafat Kuncewics

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jordna erba’ djakni

  • L-Arċisqof jordna erba’ djakni

  • Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ordna erba’ djakni ġodda fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pietru fil-Ktajjen Birzebbuga. L-erba’ djakni ġodda huma Fra Christian A…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 11 ta’ Novembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 11 ta’ Novembru
  • Luqa 17,1-6

    Darba lid-dixxipli tiegħu qalilhom: “Ma jistax ikun li ma jingħatawx skandli; imma ħażin għalih min ikun ħtija tagħhom! Ikun aktar jaqbillu jekk jorbtulu ma’ għonqu ġebla tat-tħin u jitfgħuh il-baħar milli jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin. Oqogħdu attenti! “Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, widdbu, u jekk jindem aħfirlu. U jekk jonqsok seba’ darbiet f’ġurnata, u jdur lejk seba’ darbiet u jgħidlek, ‘Jisgħobbija,’ aħfirlu.” L-appostli qalu lill-Mulej: “Kattar fina l-fidi.” Weġibhom il-Mulej: “Kieku kellkom fidi mqar daqs żerriegħa tal-mustarda, kontu tgħidu lil din is-siġra  tat-tut, ‘Inqala’ u mur tħawwel fil-baħar,’ u hi kienet tisma’ minnkom…

  • Kompli aqra »

11 – 17 ta’ Novembru

  • 11 – 17 ta’ Novembru

  • It-Tnejn          

    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

    4.30 p.m.         L-Arċisqof jattendi għall-Elezzjoni tas-Superjura tal-Qaddejja taċ-Ċenaklu, fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara.

    6.30 p.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa għad-Delegati tal-Arċisqof, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard…

  • Kompli aqra »