Arkivji mensili: Novembru 2013

Ittra Pastorali – Avvent 2013

  • Ittra Pastorali għall-Avvent 2013

  • Il-Milied Festa tal-Għerusija tal-Mulej mal-Poplu Tiegħu

  • Biex tara il-verżjoni għat-tfal, agħfas hawn

    Iż-żmien liturġiku tal-Avvent u l-Milied ifakkarna fl-istennija u  l-miġja tal-Mulej fostna…

  • Kompli aqra »

Kunċert b’risq RTK 4 Charity

  • Kunċert b’risq RTK 4 Charity
  • Nhar is-Sibt, 30 ta’ Novembru, il-Kor Mary’s Angels tal-Parroċċa ta’ Ħ’Attard, se jtella kunċert fis-7.30 ta’ filgħaxija fil-knisja Parrokjali ta’ Ħ’Attard bħala tnedija ta CD “Il-Kewkba li Ddiet” b’għanjiet tradizzjonali tal-Milied bil-Malti. Dħul huwa b’xejn. Tista tingħata donazzjoni b’risq il kampanja RTK 4 Charity. Kulħadd huwa mistieden.

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 30 ta’ Novembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 30 ta’ Novembru
  • Mattew 4, 18-22

    Huwa u jdur ma’ xatt il-baħar tal-Galilija lemaħ żewġt aħwa, Xmun jgħidulu Pietru, u ħuh Indrì, qegħdin jixħtu x-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda. [U qalilhom: “Ejjew warajja, u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin. ” U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh. Wara li mexa minn hemm ra żewġt aħwa oħra, Ġakbu ta’ Żebedew u ħuh Ġwanni, qegħdin fid-dgħajsa ma’ missierhom Żebedew isewwu x-xbiek tagħhom, u sejjħilhom…

  • Kompli aqra »

Saving Mr. Banks

  • Saving Mr. Banks

  • *****

    Direttur:          John Lee Hancock

    Atturi:             Emma Thompson, Tom Hanks, Paul Giamatti, Jason Schwartzman, Bradley Whitford, Colin Farrell, Annie Buckley, B…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija, mal-Animaturi tal-Evangelizzazjoni, u mal-Kummisjoni Familja fil-parroċċa ta’ Ħad-Dingli

  • L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija, mal-Animaturi tal-Evangelizzazjoni, u mal-Kummisjoni Familja fil-parroċċa ta’ Ħad-Dingli

  • Nhar il-Ħamis 21 ta’ Novembru, l-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija, mal-Animaturi tal-Evangelizzazjoni, u mal-Kummisjoni Familja bħala parti mill-Viżta Pastorali fil-parroċċa ta’ Ħad-Dingli

  • Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 29 ta’ Novembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 29 ta’ Novembru
  • Luqa 21, 29-33

    Gesu qalilhom parabbola: “Ħarsu lejn is-siġra tat-tin u s-siġar  l-oħra. Malli tarawhom jarmu, intom stess tintebħu li s-sajf diġà fil-qrib. Hekk ukoll meta taraw dan jiġri, kunu afu li s-Saltna ta’ Alla hi fil-qrib. Tassew ngħidilkom, li ma jgħaddix dan in-nisel sa ma jiġri dan kollu. Is-sema u l-art jgħaddu, imma kliemi ma jgħaddix…

  • Kompli aqra »

Il-Kura Pastorali tal-Immigranti u Refugjati: l-Integrazzjoni u l-Inkluzjoni

  • Il-Kura Pastorali tal-Immigranti u Refugjati: l-Integrazzjoni u l-Inkluzjoni
  • Meeting of bishops and delegates from Europe’s Bishops’ Conferences with responsibility for the pastoral care of migrants

    La Valletta, Malta, 2-4 December 2013

    The challenges and prospects for the pastoral care of migrants and refugees, co-operation between the Bishops’ Conferences, the exchange of experiences and the difficulties faced by national directors, migratory policies and the issue of integratrion of immigrant workers will all be the focus of discussions at the two-day meeting, promoted by the Council of European Episcopal Conferences (CCEE), for bishops and national directors from Europe’s Bishops’ Conferences with responsibility for the pastoral care of migrants and refugees, scheduled to take place in La Valletta (Malta) from 2-4 December 2013…

  • Kompli aqra »

Mons. Alfred Xuereb maħtur Delegat tal-Papa f’żewġ Kummissjonijiet

  • Mons. Alfred Xuereb maħtur Delegat tal-Papa f’żewġ Kummissjonijiet
  • Il-Papa Franġisku ħatar lil Monsinjur Alfred Xuereb bħala Delegat tal-Kummissjoni dwar l-Istitut għax-Xogħlijiet ta’ Reliġjon, magħrufa aħjar bħala l-Bank tal-Vatikan (I.O.R.), u bħala Delegat tal-Kummissjoni dwar l-organizzazzjoni tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tas-Santa Sede. Fil-preżent, Monsinjur Xuereb huwa Segretarju Privat tal-Papa Franġisku. Il-ħidma li ġiet fdata lilu mill-Papa titlob li, f’kollaborazzjoni mas-Segretarjat tal-Istat, huwa jsegwi b’reqqa u jinforma lill-Papa direttament dwar il-ħidma ta’ dawn iż-żewġ kummissjonijiet f’dak li jikkonċerna l-proċedura ta’ xogħol u inizjattivi li jistgħu jittieħdu mill-istess kummissjonijiet…
  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 28 ta’ Novembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 28 ta’ Novembru
  • Luqa 21, 20-28

    “Meta mbagħad taraw lil Ġerusalemm magħluqa minn kullimkien bl-eżerċti, tkunu tafu li l-qerda tagħha tkun waslet. Ħa jaħarbu mbagħad lejn il-muntanji dawk li jkunu fil-Lhudija u jitbiegħdu minnha dawk li jkunu ġo nofsha, u ma jerġgħux lura fiha dawk li jkunu fir-raba’; għax dawk ikunu jiem il-kastig li fihom iseħħ kull ma hemm miktub…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jistitwixxi tliet Seminaristi bħala Akkoliti

  • L-Arċisqof jistitwixxi tliet Seminaristi bħala Akkoliti
  • L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser jistitwixxi tliet seminaristi fil-ministeru tal-Akkolitat waqt ċelebrazzjoni li ser issir nhar il-Ġimgħa, 29 ta’ Novembru 2013, fis-6:30 p.m., fil-Knisja Parrokkjali ta’ Stella Maris, tas-Sliema. It-tliet seminaristi, li jinsabu fis-sitt sena tal-formazzjoni tagħhom fis-Seminarju tal-Arċisqof, huma: Carlo Calleja mill-Parroċċa ta’ Stella Maris, tas-Sliema, Christopher Ellul, mill-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, u Mark J…
  • Kompli aqra »