Arkivji mensili: Diċembru 2013

Messaġġ tal-Arċisqof waqt velja tal-Immakulata Kunċizzjoni

  • Messaġġ tal-Arċisqof waqt velja tal-Immakulata Kunċizzjoni

  • Katidral tal-Imdina
    7 ta’ Diċembru 2013

    Ħuti, hawnhekk iltqajna llum f’isem Radju Marija biex niċċelebraw it-tnissil bla tebgħa ta’ Sidtna Marija. Aħna nafu x’inhu dan il-misteru. Alla ħalaq il-bniedem,  raġel u mara, xbieha tiegħu, u sfortunatament, kif rajna fl-ewwel lezzjoni (Ġen 3, 9-15,20), Adam u Eva, jiġifieri l-umanita dinbet kontra Alla…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 17 ta’ Dicembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 17 ta’ Dicembru
  • Mattew 1, 1-17

    Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, bin David, bin Abraham. Abraham nissel lil Iżakk, Iżakk nissel lil Ġakobb, Ġakobb nissel lil Ġuda u lil ħutu, Ġuda nissel lil Fares u lil Żaraħ minn Tamar, Fares nissel lil Ħesron, Ħesron nissel lil Aram, Aram nissel lil Għamminadab, Għamminadab nissel lil Naħson, Naħson nissel lil Salmon, Salmon nissel lil Bogħaż minn Raħab, Bogħaz nissel lil Għobed minn Rut, Għobed nissel lil Ġesse, Ġesse nissel lil David, is-sultan…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 16 ta’ Dicembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 16 ta’ Dicembru
  • Mattew 21,23-27

    Meta telqu, deher anġlu tal-Mulej f”ħolma lil Ġużeppi u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ‘l ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa’ hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi se jfittex lit-tifel biex joqtlu.” Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ‘l ommu billejl u telaq lejn l-Eġittu, u baqa’ hemmhekk sal-mewt ta’ Erodi, biex hekk iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal, ‘Mill-Eġittu sejjaħt lil ibni.’ Meta miet Erodi, deher l-anġlu tal-Mulej f’ħolma lil Ġużeppi fl-Eġittu u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ‘l ommu, u erġa’ lura lejn l-art ta’ Iżrael, għax mietu dawk li kienu jfittxu l-ħajja tat-tifel.” Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ‘l ommu, u mar fl-art ta’ Iżrael…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 15 ta’ Dicembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 15 ta’ Dicembru
  • It-Tielet Ħadd tal-Avvent
    Mattew 11,2-11

    Ġwanni, li kien fil-ħabs sama’ bl-għemejjel al-Messija, u bagħat għandu tnejn mid-dixxipli tiegħu u qallu: “Inti huwa dak li għandu jiġi, jew nistennew lil ħaddieħor?” Ġesù wieġeb u qalilhom: “Morru agħtu lil Ġwanni l-aħbar ta’ dak li qegħdin tisimgħu u taraw: l-għomja jaraw, iz-zopop jimxu, il-lebbrużi jfiqu, it-torox jisimgħu, il-mejtin iqumu, l-Evanġelju jixxandar ill-foqra…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 14 ta’ Dicembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 14 ta’ Dicembru
  • Lorem ipsum dolor sit amet, consectetur adipiscing elit. Nunc nec nisi nec dolor facilisis convallis. Maecenas faucibus luctus est et vulputate. Sed dictum dapibus eros, eget sodales libero ullamcorper vitae. Praesent quis cursus lacus, nec vulputate orci. Suspendisse sed enim varius, pharetra est a, egestas libero. Quisque at urna libero. Aenean mauris nisi, egestas nec varius porta, eleifend sed magna…

  • Kompli aqra »

Progett ta’ Energija Alternattiva għal 13-il Skola tal-Knisja

  • Proġett ta’ enerġija alternattiva fi 13-il Skola tal-Knisja
  • 13 Church Schools, members of the Private Schools Association (PSA), with the aim of reducing the schools’ dependency and use of non-renewable energy sources, have embarked upon The Green Energy Schools (GES) project. This project, spread over a period of eighteen months (2012-2013), involved the installation of Photovoltaic Panel arrays in twelve schools and the installation of Intelligent Lighting systems in three schools…
  • Kompli aqra »

Quddiesa għall-istudenti fl-okkażjoni tal-Milied

  • Quddiesa għall-istudenti fl-okkażjoni tal-Milied

  • Nhar it-Tlieta 10 ta’ Dicembru 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa fil-Konkatidral ta San Ġwann, il-Belt Valletta, għall-istudenti tal-iskejjel fl-okkażjoni tal-Milied.

  • Ritratti: Photocity
    www.photocitymalta.com

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 13 ta’ Dicembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 13 ta’ Dicembru
  • Mattew 11, 16-19

    “Imma ma’ min se nxebbhu dan in-nisel? Nxebbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazez jgħajjtu lil sħabhom  u jgħidu: ‘Daqqejnielkom il-flawt,  u ma żfintux,  għannejnielkom in-niket,  u ma bkejtux!’ Għax tassew, ġie Ġwanni, la jiekol u lanqas jixrob, u qegħdin jgħidu, ‘Għandu fih xitan.’ Ġie Bin il-bniedem, jiekol u jixrob, u qegħdin jgħidu, ‘Araw, xi bniedem wikkiel u sakranazz, ħabib tal-pubblikani u l-midinbin.’ Imma l-għerf ta’ Alla tawh raġun l-opri tiegħu stess.”

    Il-Qaddis tal-jum: Santa Lucija

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 12 ta’ Dicembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 12 ta’ Dicembru
  • Mattew 11,11-15

    Tassew, ngħidilkom, li fost ulied in-nisa ħadd ma qam akbar minn Ġwanni l-Battista. U b’danakollu l-iżgħar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet hu akbar minnu. Minn żmien Ġwanni l-Battista sa llum is-Saltna tas-Smewwiet il-bnedmin qegħdin jitħabtu bis-sħiħ għaliha, u dawk li jitħabtu bis-sħiħ jaħtfuha. Għax il-Profeti kollha, u wkoll il-Liġi, ħabbru sa żmien Ġwanni, u, jekk tridu temmnuni, dan hu Elija li għandu jiġi…

  • Kompli aqra »