Yearly Archives: 2013

Il-Papa jilqa’ lill-Prinċep u lill-Prinċipessa ta’ Monaco

Fl-aħħar jiem, il-Papa laqa’ fil-Palazz Appostoliku tal-Vatikan lill-Prinċep Albertu II ta’ Monaco, flimkien ma’ martu, il-Prinċipessa Charlene, u entourage tagħhom għal udjenza.

Wara l-udjenza mal-Papa, il-Prinċep iltaqa’ mas-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Bertone, u mas-Segretarju għar-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi differenti, l-Arċisqof Domenique Mamberti.

Waqt il-korsa ta’ taħditiet kordjali, kienu diskussi bosta suġġetti ta’ interess, inkluż is-sehem sinifikanti tal-Knisja Kattolika għall-ħajja soċjali tal-prinċipalita u interessi internazzjonali bħall-iżvilupp integrali tal-popli u l-protezzjoni tar-riżorsi naturali u l-ambjent… Kompli aqra »

Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara

Bejn it-18 u l-25 ta’ Jannar ser tiġi ċċelebrata l-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara. It-tema għal din is-sena hija: “X’jistenna minnek il-Mulej?” (Mik 6, 6-8)

Għal din l-okkażjoni se jsir Servizz Ekumeniku Djoċesan flimkien mal-Kunsill Ekumeniku, nhar il-Ħamis 17 ta’ Jannar 2013, fis-6.30p.m., fil-knisja ta’ St. Patrick’s, tas-Sliema (din il-knisja tas-Salesjani tinsab ġewwa il-bieb prinċipali tal-kulleġġ tas-Salesjani). L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-15 ta’ Jannar

Mark 1,21-28

Daħlu Kafarnahum. Malajr, f’jum is-Sibt, daħal fis-sinagoga u qagħad jgħallem. In-nies baqgħu mistagħġbin bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax beda jgħallimhom bħal wieħed li għandu  s-setgħa, u mhux bħall-kittieba. Mela jkun hemm fis-sinagoga tagħhom raġel bi spirtu ħażin u qabad jgħajjat u jgħid: “Aħna x’għandna x’naqsmu, Ġesù ta’ Nazaret? Ġejt biex teqridna? Jien naf min int: ‘Il-Qaddis ta’ Alla’.” Imma Ġesù kkmandah: “Iskot,” qallu,”u oħroġ minnu.” Mbagħad l-ispirtu ħażin lir-raġel beda jħabbtu ħafna, għajjat għajta kbira u ħareġ minnu… Kompli aqra »

Żwieġ b’Saħħtu – “Familja, kun dak li int”

Session 3 – The family as a community of hospitality

The Cana Movement is currently presenting a series of talks inspired by the Apostolic Exhortation Familiaris Consortio of Pope John Paul II, in which the Pope outlines four fundamental tasks which the Christian family is to undertake.  The first task is for the family to form a community of persons, in mutual self-giving; secondly, the family is to serve life in its transmission, both physically, in bringing children into the world and spiritually, by handing on their values and traditions throughout its life cycle This month’s talk will focus upon the third task assigned to the family: to participate in the development of society by becoming a school of social life, a community of hospitality and becoming politically active… Kompli aqra »

L-Iskejjel tal-Knisja jiċċelebraw is-Sena tal-Fidi

On Sunday 13th January 2013, at the Divine Mercy Sanctuary, San Pawl Tat-Tarġa, Naxxar, the Spiritual Development Unit within the Secretariat for Education organized a Mass for Church school representatives, celebrating the Year of Faith. Mass was celebrated by Bishop Charles J. Scicluna, accompanied by school spiritual directors and animated by a choir formed by students from different Church schools. The theme of the Mass was ‘Church Schools – Beacon of Faith’.   … Kompli aqra »

Il-Papa: ‘Jalla niġġeddu lkoll fil-magħmudija tagħna’

Pope in St Peter's Square

Meta bħal kull nhar ta’ Ħadd, ilbieraħ il-Kap tal-Knisja Kattolika tfaċċa fit-tieqa tal-istudju tiegħu fuq Pjazza San Pietru fil-Vatikan, huwa indirizza lill-folla u fir-rimarki tiegħu rrefera għat-tifkira tal-magħmudija tal-Mulej biex ħa l-okkażjoni jistieden lill-kattoliċi jikkontemplaw is-sehem tagħhom fil-ħajja divina permezz tad-don tal-Ispirtu s-Santu li rċevew bis-simboliżmu tal-ilma fil-magħmudija.

Il-Papa indirizza lill-pellegrini wara li fil-Kappella Sistina ċċelebra l-liturġija ta’ din iċ-ċelebrazzjoni tradizzjonali, fejn għammed ukoll għoxrin tarbija… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-14 ta’ Jannar

Mark 1,14-20

Wara li arrestaw lil Ġwanni, Ġesù mar il-Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ Alla u jgħid: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu fl-Evanġelju.” Waqt li kien għaddej ma’ xatt il-baħar tal-Galilija, lemaħ lil Xmun u ‘l ħuh Indrì qegħdin ikalaw ix-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda. U Ġesù qalilhom: “Ejjew warajja, u nagħmel minnkom sajjieda tal-bnedmin.” U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh… Kompli aqra »

Jannar 14-20

It-Tnejn

1.35 p.m. L-Arċisqof jasal Malta minn Pompei.

6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tad-Delegati tiegħu, fir-residenza ta’ Ħ’Attard.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jilqa’ l-ambaxxatur Taljan l-E.T. Luigi Marras għal Malta fi żjara ta’ korteżija, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, l-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Katekisti fil-M.U.S.E.U.M. tas-sezzjoni maskili bħala parti miż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa tat-Trinita Mqaddsa fil-Marsa… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-13 ta’ Jannar

Il-Maghmudija tal-Mulej

Luke 3,15-16.21-22

Il-poplu kien qiegħed jistenna ħerqan, u kulħadd kien jistaqsi lilu nnifsu dwar Ġwanni, jekk kienx hu l-Messija. Għalhekk Ġwanni qabad u qal lil kulħadd: “Jien, ngħid għalija, ngħammidkom bl-ilma, imma ġej wieħed aqwa minni, li ma jistħoqqlix inħollu l-qfieli tal-qorq tiegħu. Hu jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu u n-nar. Ġara li, wara li tgħammed il-poplu kollu, Ġesù tgħammed ukoll u, waqt li kien qiegħed jitlob, is-smewwiet infetħu, u niżel  l-Ispirtu s-Santu u deher fuqu fis-sura  ta’  ħamiema… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-12 ta’ Jannar

Ġwanni 3, 22-30

Wara dan, Ġesù ġie mad-dixxipli tiegħu fl-art tal-Lhudija, u baqa’ hemm magħhom jgħammed. Ġwanni wkoll kien qiegħed jgħammed f’Għajnun, qrib Salim, għax f’dik in-naħa kien hemm ħafna ilma; u n-nies kienet tiġi biex titgħammed. Sa issa lil Ġwanni kienu għadhom ma tefgħuhx fil-ħabs. Ġara mela li d-dixxipli ta’ Ġwanni tlewwmu ma’ wieħed Lhudi fuq ir-rit tal-purifikazzjoni, u ġew għand Ġwanni jgħidulu: “Rabbi, kien hemm raġel miegħek in-naħa l-oħra tal-Ġordan, dak li int xhedt għalih… Kompli aqra »