Yearly Archives: 2013

Il-Vanġelu tal-jum – 31 ta’ Dicembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 31 ta’ Dicembru
  • Ġwann 1, 1-18

    Fil-bidu kien il-Verb, u l-Verb kien ma’ Alla, u l-Verb kien Alla. Hu kien fil-bidu ma’ Alla. Kollox bih sar, u xejn ma sar mingħajru;  kull ma sar kellu l-ħajja fih, u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin. Id-daw jiddi fid-dlam, imma d-dlam ma għelbux. Kien hemm raġel mibgħut minn Alla, jismu Ġwanni…

  • Kompli aqra »

30 ta’ Diċembru – 5 ta’ Jannar

  • 30 ta’ Diċembru – 5 ta’ Jannar

  • It-Tnejn          
    6.00 p.m.         L-Arċisqof imexxi laqgħa ta’ talb mal-lajċi Dumnikani, fl-Istitut Apap, Santa Venera.
     
    It-Tlieta          
    2.00 p.m.         L-Arċisqof flimkien mal-Isqof Awżiljarju jagħti l-awguri ta’ sena ġdida lill-E.T…

  • Kompli aqra »

23 – 29 ta’ Diċembru

  • 23 – 29 ta’ Diċembru

  • It-Tnejn          
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, il-Kurja.
    12.00 p.m.       L-Arċisqof jattendi riċeviment għall-istaff tal-Kurja u jagħti l-awguri tal-Milied, il-Kurja.
    5.00 p.m.         L-Arċisqof iżur il-monasteru tal-Klarissi, San Ġiljan.
    6.30 p.m.         L-Arċisqof jattendi riċeviment u jagħti l-awguri tal-Milied, Dar l-Emigrant, il-Belt Valletta…

  • Kompli aqra »

16 – 22 ta’ Diċembru

  • 16 – 22 ta’ Diċembru

  • It-Tnejn          
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
    4.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi individwalment, jiċċelebra Quddiesa u joqgħod magħhom għall-ikel, is-Seminarju tal-Virtù, Rabat.
     
    It-Tlieta          
    9.00 a.m.         L-Arċisqof jieħu sehem f’laqgħa tal-Konferenza Episkopali, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 29 ta’ Dicembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 29 ta’ Dicembru
  • Il-Festa tal-Familja Mqaddsa
    Mattew 2,13-15.19-23
    Meta telqu, deher anġlu tal-Mulej f”ħolma lil Ġużeppi u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ‘l ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa’ hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi se jfittex lit-tifel biex joqtlu.” Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ‘l ommu billejl u telaq lejn l-Eġittu, u baqa’ hemmhekk sal-mewt ta’ Erodi, biex hekk iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal, ‘Mill-Eġittu sejjaħt lil ibni.’ Meta miet Erodi, deher l-anġlu tal-Mulej f’ħolma lil Ġużeppi fl-Eġittu u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ‘l ommu, u erġa’ lura lejn l-art ta’ Iżrael, għax mietu dawk li kienu jfittxu l-ħajja tat-tifel.” Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ‘l ommu, u mar fl-art ta’ Iżrael…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 28 ta’ Dicembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 28 ta’ Dicembru
  • Mattew 2,13-18
    Meta telqu, deher anġlu tal-Mulej f”ħolma lil Ġużeppi u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ‘l ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa’ hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi se jfittex lit-tifel biex joqtlu.” Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ‘l ommu billejl u telaq lejn l-Eġittu, u baqa’ hemmhekk sal-mewt ta’ Erodi, biex hekk iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal, ‘Mill-Eġittu sejjaħt lil ibni.’ Erodi mbagħad, meta ra li l-maġi kienu daħku bih, nkorla  bis-sħiħ, u bagħat joqtol f’Betlehem u fl-inħawi kollha tagħha lit-tfal subjien kollha ta’ minn sentejn ‘l isfel, skond iż-żmien li sar jaf mingħand il-maġi…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 27 ta’ Dicembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 27 ta’ Dicembru
  • Ġwann 20, 2-8

    Marija ta’ Magdala telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu l-Mulej  mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh!” Pietru u d-dixxiplu  l-ieħor ħarġu u ġew ħdejn il-qabar. It-tnejn ġrew flimkien, imma d-dixxiplu l-ieħor ħaffef aktar minn Pietru u laħaq qablu ħdejn il-qabar…

  • Kompli aqra »

Omelija tal-Isqof Scicluna f’Jum Il-Milied 2013

  • Omelija tal-Isqof Scicluna f’Jum Il-Milied 2013

  • Ejjew Nagħrfu l-Maxtura ta’ Sidna

    L-Evanġelu tal-Quddiesa tas-Sebħ f’Jum il-Milied jibda bid-deċiżjoni tar-rgħajja: “Ejjew immorru lejn Betlem”. Riedu jaraw b’għajnejhom is-sinjal li kien tahom l-anġlu tal-Mulej: « issibu tarbija mfisqija u mimduda f’maxtura ».” (Lq 2 :12)…

  • Kompli aqra »