Yearly Archives: 2013

Adorazzjoni b’Riparazzjoni

Wara li nhar is-Sibt 5 ta’ Jannar 2013, mil-Kappella tal-Isptar Boffa insterqu żewġ pissidijiet li kien fihom Ostji Kkonsagrati, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. jirrikmanda li fil-knejjes parrokjali u fl-oħrajn ukoll, matul il-ġimgħa d-dieħla, issir siegħa ta’ Adorazzjoni Solenni lill-Ġesù Sagramentat, bħala sinjal ta’ fidi, ta’ mħabba, ta’ adorazzjoni u fuq kollox, ta’ tpattija għal dan id-delitt. Malli ġie infurmat b’dan is-sagrileġġ, l-Arċisqof mar mill-ewwel fil-post tas-sagrileġġ, talab għal min għamlu u wera x-xewqa li jsir dak kollu possibbli biex jinstabu l-Ostji Kkonsagrati misruqa… Kompli aqra »

Fl-Art Imqaddsa, twissija dwar polarizzazzjoni tiżdied bejn Isarel u l-Palestina

Holy Land

sqfijiet mill-Amerika ta’ Fuq u l-Ewropa ikkonkludew b’appell għat-talb għall-paċi l-pellegrinaġġ annwali tagħhom b’solidarejta mal-Insara tal-Art Imqaddsa.

Fi stqarrija finali, l-Isqfijiet qalu li il-poplu fir-reġjun qed jgħix ġrajjiet imdallma u drammatiċi. B’eżempju semmew il-kunflitt f’Gaża u dak fin-nofsinhar ta’ Israel, kif ukoll il-gwerra ċivili fis-Sirja u l-polarizzazzjoni dejjem tikber bejn Israel u l-Palestina.

Dawn l-iżviluppi, komplew jiktbu li ħolqu ansjeta qawwija għal kulħadd, partikolarment għall-popolazzjoni nisranija dejjem titnaqqar… Kompli aqra »

L-iskejjel tal-Knisja jiċċelebraw is-Sena tal-Fidi

To celebrate the Year of Faith, the Spiritual Development Unit within the Secretariat for Education is organizing a Mass for Church school representatives, on Sunday 13th January 2013, at the Divine Mercy Sanctuary, San Pawl tat-Targa, Naxxar. Mass will be presided by Bishop Charles J. Scicluna, accompanied by school spiritual directors and animated by a choir formed by students from different Church schools. The theme of the Mass will be ‘Church Schools – Beacon of Faith’.   … Kompli aqra »

L-Isqof Awżiljarju jżur il-membri tal-M.U.S.E.U.M.

Nhar l-Erbgħa 9 ta’ Jannar 2013, il-membri kollha tas-Soċjeta’ tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M) inġabru flimkien fl-Awditorjum, fid-Dar Ġenerali l-Blata l-Bajda f’laqgħa ta’ merħba mal-E.T. Mons. Charles J. Scicluna, l-Isqof Awżiljarju. Matul il-laqgħa saret riflessjoni fuq ir-rabta li San Ġorg Preca ried li s-Soċjeta’ jkollha mal-Knisja u l-għan tagħha li tgħin lir-Ragħaj Spiritwali fil-kura tal-erwieħ permezz tal-katekeżi. Fil-messaġġ tiegħu, l-Isqof ukoll qasam ħsieb dwar l-istess tema… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-11 ta’ Jannar

Luqa 5, 12-16

Darba kien qiegħed f’belt. U jkun hemm raġel marid sewwa bil-lebbra; kif ra lil Ġesù, mar u nxteħet wiċċu fl-art quddiemu jitolbu u jgħidlu: “Mulej, jekk trid, tista’ tfejjaqni.” Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Iva, irrid; kun imfejjaq,” u minnufih il-lebbra marritlu. Ġesù widdbu u qallu: “Qis li ma tgħid xejn lil ħadd… Kompli aqra »

Proċeduri f’każijiet ta’ ksur ta’ regolamenti għad-Dħul fl-iskejjel tal-Knisja

The Church Authorities have published a document about the procedures to be followed in cases of breaches of the regulations for the admission to Church schools.

Two years ago, the Church Authorities revised the admission procedures into Church schools. This brought about a new level of transparency and justice. The new document, which has been agreed upon by the Episcopal Conference together with the Council for Major Religious Superiors, follows in the same direction… Kompli aqra »

Il-Papa jgħid li l-Milied hu żmien ta’ emozzjoni, ta’ għotja ta’ wieħed lill-ieħor

Pope Benedict XVI

Minħabba li kulħadd iġarrab ferħ meta jirċievi rigal li jkun ġej mill-qalb, l-insara fi żmien il-Milied żgur li jgħixu emozzjoni qawwija meta jiftakru li Alla ta lilu nnifsu. Il-Papa qal dan fil-messaġġ li għadda fl-udjenza ġenerali ta’ dil-ġimgħa. Żied li “ir-rigal oriġinali tal-Milied, kien ir-rigal tal-inkarnazzjoni ta’ Alla li sar laħam u ħa sura ta’ bniedem f’Ġesu Kristu, hu li ta ħajtu għas-salvazzjoni tad-dinja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-10 ta’ Jannar

Luqa 4, 14-22

Ġesù, bil-qawwa ta’ l-Ispirtu, reġa’ mar il-Galilija; u l-fama tiegħu xterdet ma’ dawk l-inħawi kollha, għax hu kien jgħallem fis-sinagogi tagħhom fost it-tifħir ta’ kulħadd. U ġie Nazaret fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom, kif kien imdorri jagħmel nhar ta’ Sibt, u qam biex jaqra. Tawh f’idejh il-ktieb ta’ Isaija l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej: ‘L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, għax hu kkonsagrani, Bagħatni dawl mill-ġdid lill-għomja, nrodd il-ħelsien lill-maħqurin u nxandar sena tal-grazzja tal-Mulej.’Mbagħad raġa’ għalaq il-ktieb, tah lura lill-qaddej u qagħad bilqiegħda… Kompli aqra »

Il-Karattru… Id-Drama u l-Bibbja

Nhar is-Sibt 12 ta’ Jannar se jsir Seminar bit-tema: Il-Karattru… Id-Drama u l-Bibbja, organiżżat bħala parti mill-programm ta’ on-going formation ikkordinat mis-Segretarjat għall-Katekeżi, flimkien mal-KDŻ u l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali.

L-għan ta’ dan is-seminar huwa li l-Operaturi Pastorali, u dawk kollha nvoluti fil-ħidma mal-adolexxenti/żgħażagħ, bil-għajnuna ta’ diversi professjonisti fil-qasam tat-tagħlim tad-drama, jitgħallmu diversi metodi, u skills biex kull attività, sketch, drama, performance tkun parti integrali fil-proċess tal-formazzjoni tal-karattru tal-adolexxenti u ż-żgħażagħ… Kompli aqra »

Live-In tal-Kappillani 2013

Bejn il-bieraħ, it-Tlieta 8 ta’ Jannar, u għada, il-Ħamis 10 ta’ Jannar 2013, il-kappillani tas-70 parroċċa f’Malta jinsabu miġbura fis-Seminarju tal-Arċisqof għal-Live-in ta’ tlett ijiem. L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna qed jattendu wkoll għal dan il-live-in flimkien mal-kappillani. Din is-sena, il-kappillani qed jirriflettu fuq it-tema “Int imbagħad meta terġa lura għas-sewwa, wettaq lil ħutek”, li hija silta mill-Vanġelu ta’ San Luqa, magħżula b’mod partikolari għal din is-Sena tal-Fidi… Kompli aqra »