Yearly Archives: 2013

F’madwar seba’ snin sar ċiklu sħiħ ta’ żjarat ad limina lill-Papa mill-isqfijiet madwar id-dinja

Pope during bishops' an ad limina visit

Ħadet lill-Papa Benedittu XVI iktar minn seba’ snin biex laqa’ żjarat uffiċjali tal-isqfijiet minn kull pajjiż madwar id-dinja. Fl-2013, il-Papa se jerġa jibda ċiklu ġdid ta’ żjarat ad limina b’laqgħat mal-isqfijiet li jmexxu l-227 djoċesi fl-Italja.

Il-Kodiċi tal-Liġi Kanonika jitlob lill-kapijiet tad-djoċesijiet kollha madwar id-dinja biex jagħmlu żjara formali, imsejħa żjara ad limina apostolorum, kull ħames snin… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tad-9 ta’ Jannar

Mark 6, 45-52

Minnufih ġagħal id-dixxipli tiegħu jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru x-xatt l-ieħor qablu, lejn Betsajda, sakemm hu jibgħat   in-nies. Wara li sellmilhom u ħalliehom, tala’ fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija d-dgħajsa kienet għadha f’nofs il-baħar, u hu waħdu l-art. Kif rahom jitħabtu jaqdfu,  għax kellhom ir-riħ għal wiċċhom, għal xi r-raba’ sahra tal-lejl mar lejn in-naħa tagħhom miexi fuq il-baħar, u ried jgħaddihom… Kompli aqra »

ĊAM Productions international iniedu website ġdida

ĊAM Productions International (ĊPi), hija l-Production House fi ħdan is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP).  Din hija organizzazzjoni li m’għandiex skop ta’ profitt, u taħdem bil-għan li t’evanġelizza u toħloq kuxjenza missjunarja permezz ta’ pjattaformi differenti tal-midja.

Matul is-snin, ĊPi laħqet l-għan tagħha li tipproduċi dokumentarji reliġjużi u ta’ natura soċjo-reliġjuża ta’ livell professjonali, kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna.  … Kompli aqra »

Il-Paċi hi impossibbli mingħajr ma ninfetħu għal Alla

Pope recieving the diplomatic corps accredited to the Vatican

F’laqgħa mal-Ambaxxaturi fil-Vatikan, waqt li kkundanna l-gwerer, il-konflitti ċivili u l-faqar madwar id-dinja, il-Kap tal-Knisja Kattolika qal li l-bini tal-paċi jeħtieġ l-imħabba, il-liberta reliġjuża, il-fehim tad-drittijiet umani u d-disponibbilta għall-imħabba ta’ Alla.

Il-Papa għadda dawn ir-rimarki fl-indirizz annwali lill-membri tal-Korp Diplomatiku tal-Vatikan, waqt preżentazzjoni ta’ stħarriġ dwar inkwiet globali li jinkludi l-attakki terroristiċi fuq l-insara fin-Niġerja, is-sitwazzjoni fis-Sirja, u l-impatt tal-urugan Sandy fil-kosta ta’ lvant tal-Istati Uniti tal-Amerika… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-8ta’ Jannar

Mark 6, 34-44

Xħin Ġesù niżel l-art mid-dgħajsa ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom, għax kienu qishom nagħaġ bla ma għandhom ragħaj, u qabad jgħallimhom ħafna ħwejjeġ. Meta kien sar il-ħin ġmielu, resqu d-dixxipli tiegħu u qalulu: “Dan post imwarrab, u ġa sar ħafna ħin. Ibgħathom, ħa jmorru fl-irziezet u fl-irħula tal-qrib jixtru xi ħaġa x’jieklu.” Iżda hu weġibhom: ” Agħtuhom intom x’jieklu.” Qalulu: “U aħna se mmorru nixtru b’mitejn dinar ħobż biex nagħtuhom x’jieklu?” Mbagħad staqsiehom: ” Xi kemm għandkom ħobż? … Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-forum ta’ organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi residenzjali lill-persuni b’dizabilita’

L-Arċisqof Pawlu Cremona ltaqa’ ma’ delegazzjoni tal-Forum ta’ Organizzazzjonijiet li Jipprovdu Servizzi Residenzjali lill-Persuni b’Diżabilita. L-għan ewlieni ta’ din il-laqgħa kienet li l-Forum jintroduċi ruħu mal-mexxejja tal-pajjiż inkluż dawk spritiwali. Il-Forum li issa ilu mwaqqaf għal madwar sena u nofs hu ffurmat minn sitt organizzazzjonijiet li f’pajjiżna jipprovdu servizzi residenzjali lill-persuni b’diżabilita. Dawn huma: Dar Pirotta, id-Dar tal-Providenza, il-Fondazzjoni Arka, il-Fondazzjoni Nazareth, il-Fondazzjoni Respite u l-Fondazzjoni Wens… Kompli aqra »

Il-Papa jgħid li l-Isqfijiet għandhom ikunu kuraġġużi

Pope-Benedict-XVI

Skont tradizzjoni li beda l-Papa Ġwanni Pawlu II waqt il-pontifikat tiegħu, matul iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan li fakkret l-Epifanija, kienu ordnati erba’ Isqfijiet: Angelo Vincenzo Zani, Segretarju tal-Kongregazzjoni għall-Edukazzjoni Kattolika;  Fortunatus Nwachukwu, Nunzju Appostoliku tan-Nicaragua; Georg Ganswein, Segretarju Personali tal-Papa u Kap tal-Prefettura tal-Papa; u Nicolas Thevenin, ukoll Nunzju Appostoliku fis-Servizz Diplomatiku tas-Santa Sede. L-erbgħa li huma ngħataw id-dinjita ta’ Arċisqof… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-7 ta’ Jannar

Mattew 4, 12-17,23-25

Meta Ġesù sama’ li kienu arrestaw lil Ġwanni, warrab lejn il-Galilija. Telaq minn Nazaret u mar joqgħod Kafarnahum, qrib il-baħar, fl-inħawi ta’ Żebulun u Naftali, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Isaija, meta qal, ‘Art ta’ Żebulun, u art ta’ Naftali  It-triq tal-baħar, art ‘il hemm mill-Ġordan, Galilija tal-ġnus! Il-poplu li kien qiegħed fid-dlam ra dawl kbir; dawk li kienu f’art u dell il-mewt idda dawl għalihom.’ Minn dak iż-żmien Ġesù beda jxandar u jgħid: “Indmu għax is-Saltna tas-Smewwiet waslet.” U dar il-Galilija kollha jgħallem fis-sinagogi tagħhom, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna u jfejjaq kull xorta ta’ mard u dgħufija fost  il-poplu… Kompli aqra »

Jannar 7-13

It-Tnejn

9.15 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jingħaqad mal-kappillani matul il-live-in tagħhom, fis-Seminarju tal-Arċisqof f’Tal-Virtù, ir-Rabat.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, f’Tal-Virtu’ ir-Rabat.

L-Erbgħa

9.00 a.m. L-Arċisqof jingħaqad mal-kappillani matul il-live-in tagħhom, fis-Seminarju tal-Arċisqof f’Tal-Virtù, ir-Rabat.

Il-Ħamis

9.00 a.m… Kompli aqra »