Yearly Archives: 2013

Il-Vanġelu tas-6 ta’ Jannar

Festa tal-Epifanija tal-Mulej

Mattew 2, 1-12

Meta twieled Ġesù f’Betlehem tal-Lhudija, fi żmien is-sultan Erodi, xi maġi mil-lvant ġew Ġerusalemm jistaqsu: “Fejn hu dak li twieled sultan tal-Lhud? Għax rajna l-kewkba tiegħu tielgħa, u ġejna nqimuh.” Is-sultan Erodi sama’ bihom, u tħawwad hu u Ġerusalemm kollha miegħu. Ġabar flimkien il-qassisin il-kbar u  l-kittieba kollha tal-poplu, u ried jaf mingħandhom fejn kellu jitwieled   il-Messija… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-5 ta’ Jannar

Ġwann 1, 43-51

L-għada Ġesù ddeċieda li jitlaq lejn il-Galilija. Sab lil Filippu u qallu: “Ejja warajja.” Filippu kien minn Betsajda, il-belt ta’ Indrì u Pietru. Filippu sab lil Natanjel u qallu: “Sibna lil dak li fuqu kitbu Mosè fil-Liġi, u l-profeti fil-kotba tagħhom: Ġesù minn Nazaret, bin Ġużeppi.” Qallu Natanjel: “Tista’ toħroġ xi ħaġa tajba minn Nazaret?” “Ejja u ara,” wieġbu Filippu… Kompli aqra »

L-intenzjonijiet tat-talb tal-Papa tul Jannar 2013

Pope praying

Matul dan ix-xahar ta’ Jannar 2013, il-Papa Benedittu XVI se jkun qed jitlob bl-intenzjoni ġenerali li f’dis-sena tal-fidi, l-insara japprofondixxu l-għarfien tagħhom dwar il-misteru ta’ Kristu u jagħtu xiehda ħienja tad-don tal-fidi fih.

L-Appostolatura ta’ talb tal-Papa ħabbret ukoll l-intenzjoni missjunarja tat-talb tal-Kap tal-Knisja Kattolika matul dawn l-ewwel xahar tas-sena 2013. Qalet li l-Papa qed jitlob sabiex il-komunitajiet insara ta’ Lvant Nofsani, ħafna drabi vittmi ta’ diskriminazzjoni, jirċevu mill-Ispirtu s-Santu l-qawwa tal-fedelta u l-perseveranza… Kompli aqra »

Il-Programm taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa tat-Trinita’ Mqaddsa fil-Marsa

Is-Sibt, 5 ta’ Jannar

18:00 L-Arċisqof jqaddes fil-Knisja Parrokkjali bħala ftuħ tal-Viżta Pastorali u wara jiltaqa’ man-nies.

Il-Ġimgħa, 11 ta’ Jannar

11:00 L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan fil-Kurja.

It-Tlieta, 15 ta’ Jannar

16:30 L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Katekisti tat-tfal fil-M.U.S.E.U.M. tas-subien

17:30 L-Arċisqof jiltaqa’ mas-subien li jattendu l-katekeżi fil- M.U.S.E.U.M… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-4 ta’ Jannar

Ġwann 1,35-42

L-għada Ġwanni raġa’ kien hemm ma’ tnejn mid-dixxipli tiegħu. Ħares lejn Ġesù li kien għaddej minn hemm, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla.” Iż-żewġ dixxipli semgħuh jgħid dan, u marru wara Ġesù. Ġesù dar u rahom mexjin warajh, u qalilhom: “Xi tridu?” Iżda huma staqsewh: “Fejn toqgħod, Rabbi?” – li tfisser Mgħallem… Kompli aqra »

L-Isqfijiet Maltin jipparteċipaw fil-’Festa ta’ Ġenerożita”

Nhar l-1 ta’ Jannar 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna u l-Isqof Emeritus Ġużeppi Mercieca attendew għall-Festa ta’ Ġenerożita li sar fil-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza b’risq proġetti għal persuni bi bżonnijiet differenti. F’din il-maratona inġabru ftit inqas minn miljun ewro, organizzata minn RTK 4 Charity.

Is-somma ta’ €975,401 kienet l-ogħla somma li qatt inġabret f’dawn is-sbatax-il sena minn meta Radju RTK ilu jtella’ din l-attività b’risq id-Dar… Kompli aqra »

Korsijiet tal-Caritas għal-stil ta’ ħajja sostenibbli

Il-Caritas Malta qiegħda torganizza korsijiet f’diversi parroċċi madwar Malta biex  tgħin familji jaddottaw u jżommu stil ta’ ħajja sostenibbli.  Dawk li jattendu  dawn il-korsijiet jeżaminaw il-mod kif immexxu l-ħajja tagħhom u djarhom u kif jistgħu itejjbu l-kwalità tal-ħajja bil-mezzi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom.

Il-korsijiet qed jitmexxew mill-Home Economists in Action (HEIA), li tiġbor fiha edukaturi professjonali tal-Home Economics.  Wara laqgħat mal-Caritas Malta dwar l-iskop ta’ dawn il-korsijiet,  l-edukaturi tal-HEiA fasslu programm imsejjaħ Bi ftit ħsieb … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-3 ta’ Jannar

Festa tal-Isem Imqaddes ta’ Ġesu

Ġwann 1,29-34

L-għada Ġwanni ra lil Ġesù riesaq lejh, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla, li jneħħi d-dnub tad-dinja. Dan hu li għalih għedtilkom, ‘Warajja ġej bniedem li hu aqwa minni, għax kien qabli.’ Anqas jien stess ma kont nafu; imma jien għalhekk ġejt ngħammed bl-ilma, biex hu jkun mgħarraf lil Iżrael.” U Ġwanni xehed għalih u qal: “Jiena rajt l-Ispirtu nieżel mis-sema bħal ħamiema u joqgħod fuqu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-2 ta’ Jannar

Gwann 1, 19-28

Ix-xhieda ta’ Ġwanni kienet din: meta l-Lhud ta’ Ġerusalemm bagħtu għandu xi qassisin u Leviti biex jistaqsuh, “Int min int?”, hu stqarr bla ma ċaħad: “Jien m’iniex il-Messija.” Huma reġgħu staqsewh: “Mela min int? Elija?” “M’iniex,” qalilhom. “Int il-Profeta?” “Le,” weġibhom. Mbagħad qalulu: “Mela min int? … Kompli aqra »