Yearly Archives: 2013

Bdil tal-Awguri għas-Sena l-Ġdida mad-Dinjitarji Maltin

Nhar it-Tlieta l-1 ta’ Jannar 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. flimkien mal-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna u l-Isqof Emeritus Ġużeppi Mercieca taw l-awguri ta’ sena ġdida lill-E.T. President ta’ Malta u s-Sinjura Abela, fil-Palazz il-Belt. Wara l-Arċisqof laqa’ l-Awguri tal-Korpi Kostitwiti, fil-Palazz tal-Arċisqof il-Belt.

Ritratti: DOI/Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja
Kompli aqra »

Il-Papa jispera li l-2013 tkun vjaġġ ta’ paċi

Pope during New Year's message

Fl-indirizz tiegħu fl-ewwel reċita tal-angelus għas-sena l-ġdida, il-Papa Benedittu XVI, minn Pjazza San Pietru fil-Vatikan, xebbaħ is-sena l-ġdida ma’ ‘vjaġġ’ u talab li jkun wieħed li jwassal għall-paċi. Qal li fis-sena l-ġdida, “nitolbu lill-Verġni Imqaddsa Marija, Omm Alla, tberikna, bħal dik l-omm li tbierek lil uliedha li jkunu se jitilqu għal triqthom. Sena ġdida hi bħal vjaġġ: bid-dawl u l-grazzja t’Alla, nittama li tkun triq li twassal lil kull persuna u kull familja, lil kull pajjiż u lid-dinja kollha għall-paċi”… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Papa Benedittu XVI għal Jum Dinji tal-Paċi 2013

1. Kull sena ġdida ġġib magħha tama ta’ dinja aħjar. Fid-dawl ta’ dan, nitlob lil Alla, Missier il-bnedmin kollha, biex jagħtina l-ftehim u l-paċi, ħalli jitwettqu x-xewqat ta’ kulħadd għal ħajja hienja u mimlija ġid.

Ħamsin sena wara l-ftuħ tal-Konċilju Vatikan II, li għen biex saħħaħ il-missjoni tal-Knisja fid-dinja, hu ta’ kuraġġ li naraw li l-Insara, bħala l-Poplu ta’ Alla li jinsab f’għaqda miegħu imma jgħammar fost il-bnedmin, hu impenjat biex fl-istorja umana jaqsam fil-ferħ u fit-tamiet, fin-niket u d-dwejjaq tal-bnedmin,1 huwa u jxandar is-salvazzjoni ta’ Kristu u jippromovi l-paċi għal kulħadd… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-1 ta’ Jannar

Solennita ta’ Marija Omm Alla

Luqa 2,16-21

Marru mela jgħaġġlu, u sabu lil Marija u ‘l Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura. Kif raw dan, bdew jgħarrfu b’kull ma kien intqal lilhom dwar dik it-tarbija, u kull min semagħhom baqa’ mistagħġeb b’dak li qalulhom ir-rgħajja. Marija, min-naħa tagħha, baqgħet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha… Kompli aqra »