Yearly Archives: 2013

Il-Vanġelu tal-Jum: 2 ta’ Settembru

  • Il-Vanġelu tal-Jum: 2 ta’ Settembru
  • Luqa 4, 16-30

    U ġie Nazaret fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom, kif kien imdorri jagħmel nhar ta’ Sibt, u qam biex jaqra. Tawh f’idejh il-ktieb ta’ Isaija l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej: għax hu kkonsagrani,  Bagħatni nħabbar il-ħelsien lill-imjassrin,  nwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin,  u d-dawl mill-ġdid lill-għomja,  nrodd il-ħelsien lill-maħqurin u nxandar sena tal-grazzja tal-Mulej.’

    Mbagħad raġa’ għalaq il-ktieb, tah lura lill-qaddej u qagħad bilqiegħda…

  • Kompli aqra »

2 – 8 ta’ Settembru

  • 2 – 8 ta’ Settembru
  • It-Tnejn

    It-Tlieta         

    1.15 p.m.         L-Arċisqof jasal lura mill-Italja.

    L-Erbgħa

    11.30 a.m.       L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill tal-Kappillani, fil-Kurja

    5.00 p.m.         L-Arċisqof ssirlu żjara ta’ kortesija mill-Isqof Benedict tal-Ukrajna fir-residenza privata ta’ Ħ’Attard.

    Il-Ħamis

    Il-Ġimgħa

    10.00 a.m.       L-Arċisqof jippresiedi laqgħa bejn il-membri tal –Fakulta tat-Teoloġija u tal-istaff tas-Seminarju, fir-residenza ta’ Ħ’Attard…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 1 ta’ Settembru

  • Il-Vanġelu tal-jum: 1 ta’ Settembru
  • It-22 Ħadd ta’ matul is-Sena

    Luqa 14, 1.7-14

    Darba, kien is-Sibt, daħal għand wieħed mill-kapijiet tal-Fariżej biex jiekol għandu, u huma qagħdu għajnejhom fih. Billi ra b’għajnejh kif il-mistednin bdew jagħżlu l-postijiet ta’ quddiem fil-mejda, qalilhom din il-parabbola: “Meta wieħed jistiednek għal xi festa ta’ tieġ, tmurx toqgħod fil-post ta’ quddiem, li ma jkunx hemm xi mistieden aqwa minnek, u dak li jkun stieden lilek u lilu jiġi fuqek jgħidlek, ‘Agħti l-post lil dan’, u int imbagħad, b’regħxa ta’ mistħija fuqek, ikollok tieħu l-post ta’ l-aħħar…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 31 t’Awwissu

  • Il-Vanġelu tal-jum: 31 t’Awwissu
  • Mattew 25, 14-30

    “Għax dan bħal wieħed li kien se jsiefer, u sejjaħ lill-qaddejja tiegħu u ħallielhom ġidu f’idejhom. Lil wieħed tah ħames talenti, lil ieħor tnejn, u lil ieħor wieħed, kull wieħed skond il-ħila tiegħu. U siefer. Dak li kien ħa l-ħames talenti mar minnufih iħaddimhom u qala’ ħamsa oħra…

  • Kompli aqra »

L-Isqof Awżiljarju jkompli bil-pellegrinaġġ f’Lourdes

  • L-Isqof Awżiljarju jkompli bil-pellegrinaġġ f’Lourdes
  • Matul dawn il-jiem l-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna, qed imexxi pellegrinaġġ f’Lourdes.  Għal dan il-pellegrinaġġ organizzat mill-Assoċjazzjoni Volontarji Lourdes (AVL) qed jattendu 336 pellegrin, fosthom għadd ta’ persuni morda. Nhar il-Ħadd l-1 ta’ Settembru, fit-8.30 a.m., l-Isqof Scicluna ser jmexxi Quddiesa kkonċelebrata bil-Malti fil-Grotta ta’ Massabielle.

  • Kompli aqra »

PLANES

  • PLANES
  • ***

    Direttur:        Klay Hall

    Atturi:            (vuċijiet ta’) Dane Cook, Teri Hatcher, Brad Garrett, John Cleese

    Ħin:                92 minuti

    Klassifika taċ-Ċensura: U

    Klassifika tal-Knisja: U

    Dusty Crophopper huwa ajruplan żgħir li jbexx il-ħxejjex iżda li jħobb isuq, u jixtieq ħafna li jtellaq maċ-champion tad-dinja Ripslinger fil-kompetizzjoni ‘Wings Around the Globe’…

  • Kompli aqra »

GROWN UPS 2

  • GROWN UPS 2
  • **

    Direttur:          Dennis Dugan

    Atturi:              Adam Sandler, Kevin James, Chris Rock, David Spade, Salma Hayek, Maya Rudolph, Maria Bello u Nick Swardson

    Ħin tal-film:    101 min.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:     12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:           15

    Lenny Fedder, tliet snin wara l-ġrajjiet  li assistejna għalihom fil-film: Grown Ups,  li ħareġ għall-wiri fis-sena 2010, jerga’ lura lejn Connecticut mal-mara tiegħu Roxanne u t-tliet itfal tiegħu, Greg, Keithie u Becky…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 30 t’Awwissu

  • Il-Vanġelu tal-jum: 30 t’Awwissu
  • Matthew 25, 1-13

    “Mbagħad is-Saltna tas-Smewwiet ixebbhuha ma’ għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, waqt li   l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies. L-għarus iddawwar ma ġie, u għalhekk ilkoll ħadhom  in-ngħas u raqdu…

  • Kompli aqra »

ONE DIRECTION: THIS IS US    

  • ONE DIRECTION: THIS IS US    
  • ***

    Direttur:                      Morgan Spurlock

    Jieħdu sehem:             Liam Payne, Harry Styles, Zayn, Malik, Niali Horan, Louis Tominson, Jon Shone, Dan Richards, Sandy Beales u Josh Devine

    Ħin tal-film:                92 min

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 U

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       U

    One Direction hu l-isem ta’ grupp ta’ żgħazagh kantanti li għal dawn l-aħħar tliet snin serqu x-xena mużikali tad-diinja tal-pop u għamlu suċċess wieħed wara l-ieħor kull fejn taw wirjiet meraviljużi tagħhom fil-bliet ewlenin fid-dinja lil eluf ta’ żgħażagħ l-aktar tas-sess feminili…

  • Kompli aqra »