Yearly Archives: 2013

Messaġġ tal-Arċisqof waqt l-ordinazzjoni saċerdotali ta’ disa’ djakni

Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

3 ta’ Lulju 2013

Ħuti,

Alla l-Imbierek ipprovdilna li l-grazzji li huwa jagħtina aħna nifhmuhom u narawhom aħjar permezz tas-sagramenti. Fis-sagramenti tal-Ordni Sagri wkoll, il-grazzji li jiġu ġo fina aħna nisimgħuhom u nħossuhom li qeghdin ġewwa fina. Alla l-Imbierek għamel l-Ordni tal-presbiterat; Sidna Ġesù Kristu għamel l-ewwel presbiteri, biex ngħidu hekk, li huma l-Appostli… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-5 ta’ Lulju

Mattew 9, 9-13

Huwa u għaddej minn hemm, Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew. “Ejja warajja,” qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda, ġew bosta pubblikani u midinbin u qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu. Meta raw dan il-Fariżej qalu lid-dixxipli: “Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom?” Hu semagħhom, u qal: “It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f’saħħithom, iżda l-morda… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-4 ta’ Lulju

Matthew 9, 1-8

U tala’ f’dgħajsa, qasam il-baħar u baqa’ sejjer fil-belt tiegħu. U ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, mixħut fuq friex. Kif ra l-fidi tagħhom, Ġesù qal lill-mifluġ: “Agħmel il-qalb, ibni; dnubietek maħfura.” Xi wħud mill-kittieba bdew jgħidu fihom infushom: “Dan qiegħed jidgħi!” Ġesù għaraf x’kienu qegħdin jaħsbu, u qalilhom: “Imma għaliex qegħdin taħsbu ħażin f’qalbkom? Għax x’inhu l-eħfef, tgħid ‘Dnubietek maħfura,’ jew tgħid ‘Qum u imxi?’ Mela biex tkunu tafu li Bin il-bniedem għandu s-setgħa jaħfer id-dnubiet fuq l-art” – qal lill-mifluġ -“Qum, aqbad il-friex u mur lejn darek.” Dak qam u telaq lejn daru… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tat-tberik tal-ħobż ta’ San Nikola

San Nikola, is-Siġġiewi

29 ta’ Ġunju 2013

Ħuti, f’dawn il-ġranet li qegħdin iħejjuna għall-festa ta’ San Nikola, imma llum ir-riflessjoni tagħna trid iddur madwar tradizzjoni antika ħafna tal-ħobż ta’ San Nikola.

San Nikola twieled fir-raba’ seklu u sar Isqof ta’ Mira. U diġa, erbgħa mitt sena wara mewtu, kien hemm wieħed jismu Mikiel Archimandrita u dan kiteb li kienu qeghdin jsiru ħafna pellegrinaġġi lejn il-qabar ta’ San Nikola għaliex skond Mikiel Archimandrita kienet toħroġ, jgħidilha manna, forma ta’ żejt ifuħ, mit-tebut ta’ San Nikola… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-3 ta’ Lulju

Ġwann 20, 24-29

Tumas, wieħed mit-Tnax, jgħidulu t-Tewmi, ma kienx magħhom meta ġie Ġesù. Għalhekk id-dixxipli l-oħra qalulu: “Rajna l-Mulej.” Iżda hu qalilhom: “Jekk ma narax f’idejh il-marka ta’ l-imsiemer u ma nqigħedx sebgħi fuq il-marka ta’ l-imsiemer u idi fuq ġenbu, jien ma nemminx.” Tmint ijiem wara, id-dixxipli reġgħu kienu ġewwa, u Tumas magħhom. Il-bibien kienu magħluqa, imma Ġesù daħal, qagħad f’nofshom, u qalilhom: “Is-sliem għalikom!” Mbagħad qal lil Tumas: “Ġib sebgħek hawn u ara idejja, u ressaq idek u qegħedha fuq ġenbi; tkunx bniedem bla fidi, iżda emmen.” Wieġeb Tumas u qallu: “Mulej tiegħi u Alla tiegħi!” Qallu Ġesù: “Emmint għax rajtni! … Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-kumitat ‘Vot 16’

Nhar it-Tlieta, 2 ta’ Lulju 2013, l-Arcisqof Pawlu Cremona O.P. laqa’ lill-Onor Josè Herrera, Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Kunsilli Lokali, flimkien ma’ uħud mill-membri tal-kumitat responsabbli mill-kampanja ‘Vot 16’. Il-laqgħa saret fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana.

Matul il-laqgħa, l-Onor. Herrera spjega li din l-inizjattiva għandha twassal biex żgħażagħ ta’ 16-il sena ikollhom dritt bil-liġi li jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., filwaqt li wera l-apprezzament tiegħu għax-xogħol li qed isir, saħaq fuq l-importanza li kampanja bħal din tinkludi wkoll inizjattivi li joħolqu għarfien fost l-adoloxxenti, dwar ir-responsabbilta’ li deħlin għaliha… Kompli aqra »

L-Arċisqof ġewwa Sky Club

Nhar il-Ħadd 30 ta’ Ġunju 2013, l-Arċisqof Pawl Cremona attenda 2X2, attività tal-bidu tas-sajf ġewwa SKY Club, Paceville. Is-serata ġabet flimkien sitt bands insara lokali kif ukoll il-laqgħa annwali tal-voluntiera tas-sajf. Din is-sena, aktar minn 500 żagħżugħ u żagħżugħa ser iqattgħù il-btajjal tagħhom f’ħidma voluntarja, kemm Malta u kemm f’pajjiżi oħra madwar id-dinja. Il-lejla kienet ippreżentata minn Frank Zammit u l-kunċert kien imtella’ minn Ablaze, The Pilgrimage, Footprints, Temple, Connections, Y4J Band, kif ukoll kanzunetta speċjali mill-kantanti tal-Jum DInji taż-Żgħażagħ… Kompli aqra »

Papa Franġisku se jivjaġġa lejn il-gżira ta’ Lampedusa

Pope Francis will travel on the morning of the 8th of July to the Italian island of Lampedusa. According to a communiqué released from the Holy See Press Office, the Holy Father has been deeply touched by the recent sinking of a boat carrying migrants from Africa, the latest in a series of similar tragedies.

While on the island the Pope will pray for those who lost their lives at sea, he will also visit survivors and refugees, encourage inhabitants of the island and appeal to the responsibility of all to ensure that proper care is taken of these brothers and sisters in great need… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-2 ta’ Lulju

Il-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu

Lk 9, 11-17

Imma l-folol saru jafu u marru warajh. Hu laqagħhom u qagħad ikellimhom fuq is-Saltna ta’ Alla, u fejjaq lil dawk li kienu jeħtieġu l-fejqan. Il-jum kien wasal biex jintemm. Resqu lejh it-Tnax u qalulu: “Ibgħathom in-nies ħa jmorru fl-irħula u r-rziezet tal-qrib biex isibu fejn jistrieħu u jieklu xi ħaġa, għax hawnhekk qegħdin f’post imwarrab.”  Iżda hu qalilhom: “Agħtuhom intom x’jieklu.” Qalulu: “Ma għandniex aktar minn ħames ħobżiet u żewġ ħutiet, jekk għallinqas ma mmorrux aħna stess nixtru l-ikel għal dawn in-nies kollha!”  Għax kien hemm madwar il-ħamest elef raġel… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-1 ta’ Lulju

Matthew 8,18-22

Meta ra ruħu mdawwar b’ħafna nies, Ġesù ordna li jaqsmu għax-xatt l-ieħor. Mbagħad resaq fuqu wieħed mill-kittieba u qallu: “Mgħallem, tmur fejn tmur, jiena niġi warajk.” Imma Ġesù wieġbu: “Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom, u l-għasafar tas-sema l-bejtiet; iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu.” Ieħor, wieħed mid-dixxipli, qallu: “Mulej, ħallini l-ewwel immur nidfen lil missieri.” Ġesù wieġbu: “Imxi warajja, u ħalli l-mejtin jidfnu l-mejtin tagħhom.”

Il-Qaddis tal-jum: Bejatu Nazzju Falzon

Kompli aqra »