Yearly Archives: 2013

Il-Vanġelu tas-16 ta’ Mejju

Ġwanni 17, 20-26

“M’iniex nitlob għal dawn biss, imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom; nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda. Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina, biex hekk id-dinja temmen li inti bgħattni. Il-glorja li int tajt lili jiena tajtha lilhom, biex ikunu ħaġa waħda bħalma aħna ħaġa waħda: jiena fihom u inti fija, biex isiru ħaġa waħda għalkollox, ħalli d-dinja tagħraf li inti bgħattni u li ħabbejt lilhom kif ħabbejt lili… Kompli aqra »

Programm taż-Żjara Pastorali f’Ħal Safi

Il-Ħamis 9 ta’ Mejju

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan fir-residenza, Attard.

Il-Ħadd 12 ta’ Mejju

5.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokkjali bħala ftuħ tal-Viżta u wara jiltaqa’ man-nies.

Il-Ħamis 16 ta’ Mejju

9.30 a.m. L-Arċisqof jżur l-Iskola Primarja.

5.00 p.m… Kompli aqra »

Kulħadd għandu bżonn…familja

No matter who we are, or where we are from, we all have one thing in common; our roots in a family, whether this is one that lives together or disconnected for one reason or another.

The word family carries with it a lot of weight and meaning, and comes with different implications. We cannot take it for granted that every individ-ual belongs to a clear-cut family structure, nor can we assume that a family is connected with relationships whether these are positive or nega-tive… Kompli aqra »

Aġġornament tal-Kleru 2013

Bejn it-Tnejn 13 u llum, l-Erbgħa 15 ta’ Mejju 2013, is-saċerdoti reliġjużi u djoċesani ta’ Malta qed jinġabru flimkien għall-Kors ta’ Aġġornament għall-Kleru (in-service course). Din is-sena t-tema hi “L-Isfida tal-Għażla…f’Ħajjitna u fil-Ministeru tagħna”. Qed jattendu wkoll l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna u l-Arċisqof Emeritus Ġużeppi Mercieca. Dan il-kors ta’ aġġornament qed isir fis-Seminarju tal-Arċisqof, f’Tal-Virtù.

Il-kelliem għal din l-attività annwali hu Fr Timothy M… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-20 anniversarju tar-Richmond Foundation

Nhar it-Tnejn 13 ta’ Mejju 2013, l-Arċisqof iċċelebra quddiesa fl-okkajoni tal-20 sena anniversarju tar-Richmond Foundation, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

Richmond Foundation hija Organizzazzjoni Non-Governattiva (NGO) għas-servizzi fil-komunita’ għal persuni li għandhom bżonnijiet fis-saħħa mentali u tippromovi l-prevenzjoni tal-mard mentali fost il-pubbliku inġenerali.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

Awguri lil Mons. Scicluna f’għeluq sninu!

Illum, nifirħu lill-Eċċellenza tiegħu, Mons. Charles J. Scicluna, Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali, f’għeluq l-54 sena tiegħu.

Mons. Scicluna iben Emanuel u Maria Carmela née Falzon, twieled f’Toronto, il-Kanada, fil-15 ta’ Mejju 1959.

Fis-6 ta’ Ottubru 2012, ġie nominat Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali, u Isqof Titulari ta’ San Leone, mill-Papa Benedittu XVI. Huwa ġie ordnat Isqof fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, nhar l-24 ta’ Novembru, 2012… Kompli aqra »

Li fit-talb tiffoka iżjed fuqek innifsek milli fuq Ġesu, jirrendieh tad-dwejjaq

Pope Francis

Waqt waħda mill-omeliji li għamel Papa Franġisku fil-quddies ta’ filgħodu fil-kappella tar-residenza tiegħu, huwa qal li jekk il-ħajja tat-talb ta’ xi ħadd hi tad-dwejjaq, ikun sinjal li l-individwu hu wisq iffukat fuqu nnifsu milli fuq Ġesu u l-ħtiġijiet tal-proxxmu. Fi kliemu, “talb veru jwassalna ninqatgħu minn nfusna u ningħaqdu ma’ Alla permezz ta’ Ġesu Kristu”.

Għall-quddiesa kienu preżenti l-uffiċjali tal-Pulizija fil-Vatikan u l-ġurnalisti Arġentini li jaħdmu f’Ruma… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-15 ta’ Mejju

John 17, 11-19

U jien ma għadnix aktar fid-dinja, iżda huma għadhom fid-dinja, u jiena ġej għandek. Missier qaddis, ħarishom f’ismek dawk li inti tajtni, biex ikunu ħaġa waħda bħalna. Kemm domt magħhom, jiena ħaristhom fl-isem tiegħek, l-isem li tajtni. U jiena ħadt ħsiebhom, u ħadd minnhom ma ntilef ħlief bin it-telfien, biex isseħħ l-Iskrittura… Kompli aqra »

Il-Papa jiltaqa’ mal-President tal-Kolumbja: “Ħa jissoktaw in-negozjati favur il-paċi”

Pope with Columbia President

It-Tlieta filgħodu l-Papa Franġisku laqa’ f’udjenza fil-Palazz Appostoliku tal-Vatikan lill-President tal-Kolumbja, Juan Manuel Santos Calderon. Sussegwentement, dan iltaqa’ mal-Kardinal Tarcisio Bertone, Segretarju tal-Istat, li kien akkumpanjat mis-Segretarju għar-relazzjonijiet bejn l-Istati differenti, l-Arċisqof Domenique Mamberti.

Waqt it-taħditiet kordjali, issemmiet il-kanonizzazzjoni tal-ewwel qaddisa Kolumbjana deskritta bħala interpretatriċi fidila għall-għeuq insara tal-Kolumbja. Issemmiet ukoll il-kontibuzzjoni tal-Knisja fil-promozzjoni tal-kultura ta’ laqgħat, kif ukoll il-ħidmiet f’servizz lill-progress spiritwali u uman tal-pajjiż, partikolarment lil dawk l-iktar fil-bżonn u liż-żgħażagħ… Kompli aqra »

Servizz Ekumeniku

Se jsir Servizz Ekumeniku għal żmien il- Pentekoste. Għid il-Ħamsin hija l-festa li mhux biss tfakkar it-twelid tal-Knisja, imma wkoll fiha naraw moviment mill-pluralita’ għall-unita’: fi kliem ieħor, il-ħafna jingħaqdu f’ġisem wieħed. Huwa għalhekk xieraq li f’dawn il-jiem inkomplu nitolbu għall-għaqda fost il-Knejjes nsara.

Għal dan il-għan se jsir Servizz Ekumeniku mniedi mill- Christians Together in Malta-Malta Ecumenical Council, flimkien mal-Kummissjoni Djoċesana Ekumenika… Kompli aqra »