Yearly Archives: 2013

Il-Vanġelu tal-14 ta’ Mejju

Gwanni 15,9-17

Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed f’imħabbtu. “Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ. Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien. Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ Sależjana, f’Tas-Sliema

Nhar il-Ħadd 5 ta’ Mejju 2013, l-Arċisqof iltaqa’ mas-Salesian Boys Brigade, il-kooperaturi Salesjani u Past Pupils fl-Oratorju tas-Salesjani ta’ Don Bosco. Wara ltaqa’ wkoll mal-komunita’ Sależjana, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa ta’ San Girgor, f’Tas-Sliema.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

L-Azzjoni Kattolika Maltija u Id-Dar tal-Providenza jikkomewmoraw lil Mons. Mikiel Azzoppardi

On Saturday 11th May 2013, two days before the 26th anniversary of the death of Mons Mikiel Azzopardi, Founder and first Director of Id-Dar tal-Providenza was commemorated in the Home’s Chapel with a Eucharistic Celebration attended by Catholic Action members, residents and friends of the Home. Dun Mikiel, as he was popularly referred to, was born in Valletta on February 10th, 1910 and died on May 13th, 1987… Kompli aqra »

Il-Papa jipproklama qaddisin ġodda

St Peter's Square during canonisation

Papa Franġisku ppresieda l-ewwel ċerimonja ta’ Kanonizzazzjoni quddiem folla ta’ eluf ta’ persuni li kienu preżenti fi Pjazza San Pietru.  Mijiet ta’ persuni ġew proklamati qaddisin għall-Knisja Kattolika fosthom martri tas-seklu ħmistax li kienu mietu martri għax irrifjutaw li jikkonvertu għar-reliġjon Musulmana.

Il-Martri ta’ Otranto jammontaw għal 813–il persuna Taljana li kienu mħanxra fl-1480 meta rrifjutaw li jilqgħu l-impożizzjoni tat-Torok li jaqilbu għar-reliġjon Musulmana… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-13 ta’ Mejju

Gwann 16, 29-33

Id-dixxipli tiegħu qalulu: “Ara, issa qiegħed titkellem bil-miftuħ, u ebda tixbiha ma inti tgħid. Issa nafu li int taf kollox, u ma għandekx bżonn li wieħed jistaqsik. Għalhekk aħna nemmnu li inti ħriġt mingħand Alla.” Weġibhom Ġesù: “Temmnu issa? Ara, għad tiġi siegħa, u ġa waslet, meta tixterdu kull wieħed lejn daru, u lili tħalluni waħdi… Kompli aqra »

Aġġornata:Titħabbar il-mewt ta’ Patri Joseph Cilia OFM Conv, il-kappillan ta’ San Pawl il-Baħar

Wara li l-bieraħ, il-Ħadd 12 ta’ Mejju 2013, tħabbret il-mewt tal-Kappillan ta’ San Pawl il-Baħar, Patri Joseph Cilia OFM Conv, fl-età ta’ 61 sena, il-komunità tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali qed tħabbar il-programm tal-funeral.

It-Tnejn, 13 ta’ Mejju 2013

4:15 p.m. Il-korteo bil-katavru ta’ Patri Joseph Cilia jitlaq mid-Dar tal-Kleru, Birkirkara.

4:30 p.m. Il-korteo jieqaf ħdejn il-Knisja Parrokkjali ta’ Burmarrad fejn il-katavru jitbierek mill-komunità tal-patrijiet ta’ din il-Parroċċa… Kompli aqra »

13-19 ta’ Mejju

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jattendi kors ta’ aġġornament għall-kleru fis-Seminarju, Tal-Virtù.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjni tal-20 anniversarju ta’ Richmond Foundation, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

It-Tlieta

9.15 a.m. L-Arċisqof jattendi kors ta’ aġġornament għall-kleru fis-Seminarju, Tal-Virtù.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, f’Tal-Virtù.

L-Erbgħa

9.15 a.m. L-Arċisqof jattendi kors ta’ aġġornament għall-kleru fis-Seminarju, Tal-Virtù… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-12 ta’ Mejju

It-Tlugħ tal-Mulej fis-sema

Luqa 24, 46-53

Ġesu qalilhom: “Hekk kien miktub, li  l-Messija jbati u fit-tielet jum iqum mill-imwiet, u li l-indiema għall-maħfra tad-dnubiet tixxandar f’ismu lill-ġnus kollha, ibda minn Ġerusalemm. Intom xhud ta’ dan. U jiena, araw, nibgħat fuqkom lil dak li wiegħed Missieri. Imma intom ibqgħu fil-belt, sa ma Alla jkun libbiskom bil-qawwa tiegħu.” Mbagħad ħadhom sa ħdejn Betanja, u rafa’ idejh u berikhom… Kompli aqra »