Yearly Archives: 2013

Għoti tal-Ministeru tal-Lettorat

Nhar is-Sibt 11 ta’ Mejju fis-6.00pm l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser jagħti l-Ministeru tal-Lettorat lil tliet seminaristi, fil-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien. Dawn huma s-Seminarista Carlo Calleja mill-Parroċċa ta’ Stella Maris, tas-Sliema, Christopher Ellul mill-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid u Mark Joseph Zammit mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien,

Bil-Ministeru tal-Lettorat is-seminaristi jsiru qarrejja uffiċjali tal-Kelma t’Alla waqt il-quddies u waqt ċelebrazzjonijiet liturġiċi oħra… Kompli aqra »

Il-Papa jiċċelebra d-diversita tad-devozzjoni reliġjuża, l-unita tal-Knisja

St Peter's Square

Papa Franġisku ċċelebra d-devozzjoni reliġjuża bħala mezz ta’ trasmissjoni tal-fidi u l-kultivazzjoni tagħha fil-kattoliċi ordinarji waqt li qal li għandha tkun prattikata f’komunjoni mal-ġerarkija sabiex tinżamm l-għaqda fil-Knisja. Fl-aħħar udjenza pubblika tiegħu fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, il-Papa qal li “d-devozzjoni reliġjuża hi t-triq li twassal għal dak li hu essenzjali, ġaladarba hi mgħixafil-Knisja f’komunjoni mal-mexxejja spiritwali”. Huwa kien qed jindirizza fost oħrajn mal-50,000 membru ta’ konfraternitajiet tradizzjonali minn diversi pajjiżi Ewropej… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-8 ta’ Mejju

Gwann 16, 12-15

“Baqagħli ħafna ħwejjeġ x’ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom. Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha; għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma’, u jħabbrilkom il-ġejjieni. Hu jagħtini glorja, għaliex jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom. Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi. Għalhekk għedt li jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom… Kompli aqra »

Business Breakfast għall-edituri tal-Media, jiddiskutu l-imparzjalita’ fil-ġurnaliżmu

Nhar it-Tlieta 7 ta’ Mejju 2013, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali, li ser jiġi ċċelebrat nhar il-Ħadd 12 ta’ Mejju, il-Segretarjat għall-Mezzi ta’ Komunikazzjoni Soċjali tal-Knisja f’Malta organizza Business Breakfast li tratta’ s-suġġett tal-Imparzjalità fil-Ġurnalizmu.

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. stieden lill-edituri, deputy editors u diriġenti tal-organizzazzjonijiet tal-media biex jiddiskutu dan is-suġġett. Mistiedna wkoll kienu l-ogħla uffiċjali tal-Awtorità tax-Xandir, tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin u tal-Press Ethics Commission… Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. waqt Il-Business Breakfast ‘L-Imparzjalità Fil-Ġurnaliżmu’ fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali 2013

Excelsior Hotel, Floriana

7 ta’ Mejju 2013

Fil-messaġġ tiegħu għall-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali li se jiġi ċċelebrat nhar il-Ħadd li ġej, il-Papa Benedittu XVI, f’messaġġ li tana f’Jannar, jitkellem dwar kif il-mezzi kontemporanji tal-komunikazzjoni soċjali jistgħu jservu għall-evanġelizzazzjoni. Dan qed jingħad fid-dawl tas-Sena tal-Fidi, li qegħdin niċċelebraw bħalissa, u fid-dawl tal-impenn tal-Knisja fl-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida. Il-Knisja, anke f’Malta, qed tfittex modi ġodda u effettivi biex twassal il-messaġġ tal-Vanġelu, insemmi hawnhekk n-news portal u l-użu tas-social media, fost l-oħrajn… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-7 ta’ Mejju

Gwann 16, 5-11

Issa sejjer għand dak li bagħatni, u ħadd minnkom ma jistaqsini, ‘Fejn sejjer?’ Imma għax għedtilkom dan, qalbkom imtliet bin-niket. Madankollu, ngħidilkom is-sewwa, jaqblilkom li jiena mmur; għaliex, jekk ma mmurx, id-Difensur ma jiġix għandkom; imma jekk immur, nibgħathulkom. U meta huwa jiġi, juri lid-dinja li għandha żball dwar id-dnub, il-ġustizzja u l-ġudizzju; id-dnub, filli huma ma jemmnux fija; il-ġustizzja, filli jien sejjer għand il-Missier, u intom m’intomx se tarawni iżjed; il-ġudizzju, filli l-Prinċep ta’ din id-dinja huwa ġa kkundannat… Kompli aqra »

Business Breakfast għall-edituri tal-Media, jiddiskutu l-imparzjalita’ fil-ġurnaliżmu

Illum it-Tlieta 7 ta’ Mejju 2013, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali, li ser jiġi ċċelebrat nhar il-Ħadd 12 ta’ Mejju, il-Segretarjat għall-Mezzi ta’ Komunikazzjoni Soċjali tal-Knisja f’Malta qed jorganizza Business Breakfast li se jitratta s-suġġett tal-Imparzjalità fil-Ġurnalizmu.

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. stieden lill-edituri, deputy editors u diriġenti tal-organizzazzjonijiet tal-media biex jiddiskutu dan is-suġġett. Mistiedna wkoll l-ogħla uffiċjali tal-Awtorità tax-Xandir, tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin u tal-Press Ethics Commission… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal matul ċelebrazzjoni Marjana

Nhar il-Ħadd 5 ta’ Mejju 2013, l-Arċisqof ħa sehem f’ċelebrazzjoni għat-tfal organizzata mill-Kummissjoni Tfal tal-Knisja f’Malta, fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi. Din l-attivita’, li għaliha attenda l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., saret illum wara nofsinhar ġewwa Ta’ Qali (faċċata tal-Adventure Park). Għal din iċ-ċelebrazzjoni ta’ talb u divertiment ippartecipaw ukoll it-tfal li huma membri ta’ diversi kummissjonijiet tat-tfal li twaqqfu fil-parroċċi dan l-aħħar, flimkien mal-familji tagħhom… Kompli aqra »