Yearly Archives: 2013

Il-Vanġelu tas-6 ta’ Mejju

Ġwann 15, 26-16,4

“Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija. U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu miegħi sa mill-bidu. “Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom biex ma titfixklux. Ikeċċukom ‘il barra mis-sinagogi, mhux biss, imma tasal is-siegħa meta min joqtolkom jaħseb li jkun qiegħed jagħti qima lil Alla… Kompli aqra »

6 -12 ta’ Mejju

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tad-Delegati tiegħu, fir-residenza ta’ Ħ’Attard.

It-Tlieta

8.30 a.m. L-Arċisqof jattendi business breakfast għall-edituri u diriġenti tal-organizzazzjonijiet tal-media, organizzat mis-segretarjat għall-Komunikazzjoni Soċjali, fil-Lukanda Excelsior, il-Furjana.

3.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq RTK.

6.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-Creche tal-Ursolini, bħala parti miż-Żjara Pastorali fil-parroċċa ta’ San Girgor, tas-Sliema… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-5 ta’ Mejju

Is-Sitt Hadd wara l-Għid

Ġwann 14, 23-29

Ġesù wieġbu: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu. Min ma jħobbnix ma jħarisx kliemi. U l-kelma li qegħdin tisimgħu m’hijiex tiegħi, imma tal-Missier li bagħatni. “Għedtilkom dan meta għadni magħkom. Imma d-Difensur, l-Ispirtu s-Santu, li l-Missier jibgħat f’ismi, jgħallimkom kollox u jfakkarkom dak kollu li għedtilkom… Kompli aqra »

Il-Fidi fi żmien ta’ nuqqas ta’ twemmin – Laqgħa Annwali mid-DISCERN

On Wednesday 8th May 2013, the Institute for Research on the Signs of the Times (DISCERN) will be holding its annual lecture on the theme ‘Faith in an Age of Unbelief’. The guest speaker will be Gavin D’Costa, Professor of Catholic Theology at the University of Bristol. The event will be held at the Hotel Phoenicia, Floriana, at 7:00 p.m.

Gavin D’Costa was born in Kenya, East Africa… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-4 ta’ Mejju

Gwann 15, 18-21

“Jekk id-dinja tobgħodkom, kunu afu li lili bagħditni qabel ma bagħdet lilkom. Kieku intom kontu tad-dinja, id-dinja kienet tħobbkom bħalma tħobb dak li hu tagħha; iżda billi m’intomx tad-dinja, għax jien ħriġtkom mid-dinja, id-dinja tobgħodkom. Ftakru fil-kelma li għedtilkom: il-qaddej m’huwiex akbar minn sidu… Kompli aqra »

Mhux eskluż li dis-sena jkollna l-ewwel enċiklika ta’ Papa Franġisku

Il-Kelliem għall-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, Patri Federico Lombardi qal li sa tmiem din is-sena hu possibbli li tasal l-ewwel enċiklika ta’ Papa Franġisku. Il-kelliemi qal lill-ġurnalisti li l-Papa Emeritus Benedittu XVI, kien diġa ħareġ materjal fuq it-tema tal-fidi, b’ħafna kienu jaħsbu li r-raba’ enċiklika tiegħu kienet se tkun ittra fuq il-virtu teoloġika tal-fidi. Ħafna kienu jbassru li din kellha toħroġ fl-ewwel nofs ta’ dis-sena, li pero, rat lil Benedittu XVI iċedi l-papat u jagħti lok għal tmexxija tal-Knisja mis-suċċessur tiegħu… Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-200 anniversarju mit-twelid tal-Beatu t’Antoine Federiku Osanam – Fundatur tas-soċjetà ta’ S. Vinċenz de Paule

Katidral ta’ S. Ġwann

27 ta’ April 2013

Ħuti, fil-lezzjonijiet tal-lum aħna rajna tlett ħsibijiet li se nħalluhom imexxuna biex nifhmu aħjar il-ħajja tal-Beatu Federiku Osanam.

Fit-tieni lezzjoni tal-lum mill-Apokalissi (7,9,14-17) aħna rajna li Alla l-Imbierek se jġedded kollox. Il-ħajja kif nafuha hawnhekk se tinbidel għax Alla jkun kollox f’kulħadd. Iż-żewġ lezzjonijiet l-oħra juruna t-triq li permezz tagħha se jsir dan it-tiġdid… Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur is-Sorijiet tad-Dorotej

Nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju 2013, l-Arċisqof żar il-komunita’ tas-Sorijiet tad-Dorotej, bħala parti miż-Żjara Pastorali, fil-parroċċa ta’ San Girgor, tas-Sliema.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected] Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-3 ta’ Mejju

Ġwann,14, 7-14

Kieku għaraftu lili, kontu tagħrfu wkoll lil Missieri. Minn issa ‘l quddiem tagħrfuh, anzi diġà rajtuh.” Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina.” Ġesù wieġeb: “Ili daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma għaraftnix? Min ra lili ra lill-Missier. Kif tgħidli, ‘Urina l-Missier’? Ma temminx li jiena fil-Missier u l-Missier fija? … Kompli aqra »