Yearly Archives: 2013

Djalogi fl-Imdina

Nhar l-Erbgħa 17 t’April 2013, bdew l-ewwel parti tad-Djalogi fl-Imdina, bejn arċisqof Pawl Cremona u ż-żgħażagħ ġewwa l-Pjazza ta’ San Pawl, l-Imdina. Aktar minn 150 persuna ipparteċipaw f’serata ta’ animazzjoni u konverżazzjoni f’abmjent li nħoloq apposta għall-okkażjoni quddiem il-Kattidral ta’ San Pawl.

Id-Djalogi fl-Imdina qed jittellgħu fuq żewġ serati, li jġib flimkien liż-żgħażagħ u lill-arċisqof għal siegħa ta’ skambju… Kompli aqra »

Il-Papa jaħtar kardinali biex jgħinuh bil-pariri tagħhom

Pope chooses Cardinals for advise

Il-Papa Franġisku laqa’ rakkomandazzjoni li ħarġet waqt il-Kongregazzjonijiet Ġenerali tal-Kardinali qabel l-aħħar konklavi, u ħatar grupp ta’ Kardinali sabiex jagħtuh pariri fit-tmexxija tal-Knisja Universali u fit-tfassil ta’ pjan maħsub biex jirrevedi l-Kostituzzjoni Appostolika Pastor Bonus dwar il-Kurja ta’ Ruma. Il-Kardinali huma Giuseppe Bertello, President tal-governat tal-Istat tal-Vatikan; il-Kardinal Francisco Javier Errazuriz Ossa, Arċisqof emeritus ta’ Santiago de Chile, fiċ-Ċili; il-Kardinal Oswald Gracias, Arċisqof ta’ Bombay fl-Indja; il-Kardinal Reinhard Marx, Arċisqof ta’ Munich u Freising fil-Ġermanja; il-Kardinal Laurent Monsengwo Pasinya, Arċisqof ta’ Kinshasa fir-Repubblika Domenikana tal-Kongo; il-Kardinal Sean Patrick O’Malley O.F.M., Arċisqof ta’ Boston fl-Istati Uniti tal-Amerika; il-Kardinal George Pell, Arċisqof ta’ Sydney fl-Awstralja; il-Kardinal Oscar Andres Rodriguez Maradiaga, S.D.B., l-Arċisqof ta’ Tegucigalpa fil-Honduras, fir-rwol ta’ koordinatur; u l-Isqof Marcello Semeraro ta’ Albano fl-Italja fir-rwol ta’ segretarju… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-18 ta’ April

Ġwanni 6,44-51

‘Ħadd ma jista’ jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja; u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Hemm miktub fil-Profeti, ‘U kulħadd ikun mgħallem minn Alla.’ Mela kull min jisma’ lill-Missier u jitgħallem minnu jiġi għandi. Mhux għax xi ħadd qatt ra lill-Missier ħlief dak li hu minn Alla; hu dan li ra lill-Missier… Kompli aqra »

L-aħħar taħdita fis-serje ‘Żwieġ b’Saħħtu’

L-aħħar taħdita għal din is-sena, fis-serje Żwieġ b’Sahhtu ser issir fit-23 ta’ April 2013 fis-Sala San Pawl tal-Istitut Kattoliku, l-Furjana, fis-7 ta’ filgħaxija. Dakinhar ser ikollna magħna lil Mons. Anton Gouder li ser jispjegalna li:

“Il-familja hi bħal kaboċċa!”

Biex tkun b’saħħitha, il-familja għandha ħafna bżonnijiet u drittijiet – impjieg fis-sod; dar xierqa; sistema ta’ saħħa; mistrieħ u rikreazzjoni… Kompli aqra »

L-Arċisqof fid-‘Djalogi fl-Imdina’

Nhar l-Erbgħa 17 t’April 2013, l-Arċisqof Pawl Cremona O.P. jlaqqa’ l-ewwel Djalogu maż-żgħażagħ ġewwa Pjazza San Pawl, l-Imdina, bejn 7:30pm u 8:30pm. Is-serje ta’ żewġ ‘Djalogi fl-Imdina’, jġibu flimkien lill-Arċisqof u liż-żgħażagħ, fejn ikollom l-opportunità jaqsmu l-ideat tagħhom bejniethom.

Dawn l-iskambji se jittrattaw it-tema tal-Fidi u l-post tagħha fil-ħajja kontemporanja. Dawn il-laqgħat jinkludu wkoll mumenti qosra ta’ talb u animazzjoni… Kompli aqra »

Żjara ta’ korteżija lill-Arċisqof Pawlu Cremona mill-Ispeaker tal-Kamra Tar-Rappreżentanti

Nhar l-Erbgħa 17 t’April 2013, l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Dr Anġlu Farrugia għamel żjara ta’ korteżija lill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. fil-Kurja tal-Arċisqof. L-Ispeaker kien akkumpanjat mis-Sur Ċensu Galea, Deputy Speaker, u miż-żewġ ‘whips’ tal-Kamra, s-Sur Karmenu Abela u s-Sur David Agius.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

Literacy Week

For the second consecutive year, the Literacy Team in collaboration with ‘Let me Learn and Writing Programme within the Secretariat for Catholic Education are organizing a Literacy Week for Church Schools children, entitled “Fairies tell Tales”. The activities are being held at The Mediterranean Conference Centre, Valletta, and at the Lower Barrakka. Over 1000 students will be participating.

The aim is to expose Grade 2 students and their teachers to literacy through hands-on activities in a diverse and interactive way… Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Arċisqof f’għeluq il-100 sena mill-parroċċa tat-Trinita’ fil-Marsa

Knisja Santissima Trinità, Marsa

12 ta’ April 2013

Ħuti aħna qegħdin hawnhekk biex infakkru l-100 sena minn meta din il-Knisja ġiet ikkonsagrata u saret parroċċa jiġifieri komunità li għandha territorju u li trid tieħu ħsiebu fl-evanġelizzazzjoni. L-Isqof ta’ dak iż-żmien li kien Mons. Pietru Pace, ħalla f’idejn din il-komunita r-responsabbiltà li tevanġelizza dan it-territorju tal-Marsa… Kompli aqra »

Il-Papa mal-PM ta’ Spanja dwar il-ħtieġa tad-djalogu f’kull qasam tas-soċjeta

Pope Francis with Spain's PM

Fil-Palazz Appostoliku fil-Vatikan, il-Papa Franġisku laqa’ lill-Prim Ministru ta’ Spanja Mariano Rajoy Brey, li eventwalment iltaqa’ mas-Segretarju tal-Istat u mas-Segretarju għar-Relazzjonijiet bejn il-pajjiżi differenti, il-Kardinal Tarcisio Bertone u l-Arċisqof Domenique Mamberti rispettivament.

“F’atmosfera kordjali, it-taħditiet ippermettew skambju ta’ ideat dwar s-sitwazzjoni ekonomika-finanzjarja diffiċli fid-dinja, li laqtet ukoll pajjiżi fl-Ewropa bħal Spanja. Din is-sitwazzjoni wasslet għal iktar qgħad u laqtet ħafna familji, speċjalment żgħażagħ.Kien innutat l-isforz tal-Knisja quddiem dan kollu b’diversi ħidmiet ta’ karita minn Caritas u bosta assoċjazzjonijiet… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-17 ta’ April

Ġwanni 6,35-40

Weġibhom Ġesù: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ, u min jemmen fija ma jkun qatt bil-għatx. Imma jiena ġa għedtilkom li, għalkemm rajtuni, ma emmintux. Dawk kollha li jagħtini Missieri jiġu għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx ‘il barra; għax jiena nżilt mis-sema mhux biex nagħmel ir-rieda tiegħi, imma  r-rieda ta’ min bagħatni… Kompli aqra »