Yearly Archives: 2013

Il-Papa juri sogħba għat-traġedja f’Boston

Boston's tragedy

Wara t-traġedja f’Boston fl-Amerka, il-Papa Franġisku, permezz tas-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan il-Kardinal Tarcisio Bertone, bagħat messaġġ lill-Arċisqof ta’ Boston f’Massachusetts fl-Istati Uniti tal-Amerka. Huwa esprima s-sogħba tiegħu għat-telf ta’ ħajja u l-ġrieħi li sofrew ħafna nies f’att ta’ vjolenza imwettaq waqt il-maratona annwali. Il-Papa wiegħed solidarjeta spiritwali permezz tat-talb u qal li jitlob lil Alla sabiex jagħti l-mistrieħ ta’ dejjem lil dawk li tilfu ħajjithom, il-konsolazzjoni lil dawk li ndarbu, u l-qawwa lil dawk involuti f’ħidma bla head ta’ salvataġġ… Kompli aqra »

Papa Franġisku jawgura lill-predeċessur tiegħu f’għeluq sninu

Pope Francis and Pope Emeritus Benedict XVI

Papa Franġisku awgura l-isbaħ xewqat f’għeluq snin il-predeċessur tiegħu, il-Papa Emeritus Benedittu XVI. Fi ftuħ iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika ta’ dalgħodu fil-kappella Sanctae Marthae, il-Papa stieden lil dawk preżenti jiftakru li kien il-jum li fih Benedittu XVI jiċċelebra għeluq sninu. Huwa stieden lill-preżenti sabiex joffru l-quddiesa għall-bżonnijiet tiegħu, biex il-Mulej ikun miegħu, jagħtih il-paċi u l-konsolazzjoni.

Iktar kmieni matul l-għodwa, Franġisku ċempel lill-predeċessur tiegħu u awguralu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-16 ta’ April

Ġwanni 6,30-35

In-nies qalulu: “X’sinjal se tagħmel biex aħna narawh u nemmnuk? X’sejjer tagħmel? Missirijietna kielu l-manna fid-deżert, bħalma hemm miktub, ‘Tahom jieklu ħobż mis-sema.’ ” Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, mhux Mosè takom il-ħobż mis-sema, iżda Missieri jagħtikom il-ħobż tassew mis-sema; għaliex il-ħobż ta’ Alla huwa dak li jinżel mis-sema u jagħti l-ħajja lid-dinja.” “Sinjur,” qalulu huma, “agħtina dejjem minn dan il-ħobż.” Weġibhom Ġesù: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja… Kompli aqra »

Djalogi mal-Arċisqof

Hemm stennija kbira għal dawn il-mumenti ta’ djalogu f’din s-sena idedikata lil Fidi. L-Arċisqof Pawlu Cremona jistieden liż-żgħażagħ għal dawn iż-żewġ mumenti indimentikabbli, fil-pjazza tal-Imdina.

L-Arċisqof se jkun qed iwassal messaġġ qasir dwar il-Fidi u t-tifsira tiegħu fil-ħajja kontemporanja tal-lum. Dawk li se jkunu preżenti se jkollom l-opportunita’ li jagħmlu mistoqsijiet jew jikkumentaw fuq il-ħsibijiet tal-Arċisqof.

Link Youths, il-grupp li qed jorganiżżaw din l-event bil-koordinazzjoni tal-KDŻ, se jkunu qed joħolqu atmosfera biex l-esperjenza tkun waħda intensa u intima… Kompli aqra »

Seminar l-Enċiklika ‘Pacem In Terris’

A seminar is being organized to mark the fiftieth anniversary of the promulgation of Pacem in Terris. The seminar, organized by Converse at Palazzo de Piro, Centesimus Annus Pro Pontifice Foundation and the Justice and Peace Commission, will be held under the patronage of Archbishop Paul Cremona O.P., at Palazzo de Piro, Mdina, on the 18th April 2013 between 6.30 pm and 8 pm.   … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-15 ta’ April

Ġwanni 6,22-29

L-għada, in-nies li kienu għadhom in-naħa l-oħra tal-baħar raw li hemmhekk ma kienx hemm ħlief dgħajsa waħda u li Ġesù ma kienx tela’ fiha mad-dixxipli tiegħu, imma li d-dixxipli kienu marru weħidhom. Mela waslu xi dgħajjes oħra minn Tiberija qrib fejn kienu kielu l-ħobż wara li l-Mulej kien radd il-ħajr. Iżda n-nies, meta raw li fuqhom la kien hemm Ġesù u lanqas id-dixxipli tiegħu, telgħu fuq id-dgħajjes u marru lejn Kafarnahum ifittxu lil Ġesù… Kompli aqra »

15 – 21 t’April

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwali u wara jiċċelebra magħhom quddiesa u jiekol magħhom, fis-Seminarju tal-Virtu’.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jiftaħ wirja dwar is-Sena tal-Fidi, imtella’ mill-istudenti tal-iskola tal-Verdala, fil-Kurja.

4.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq Radju Marija.

6.30 p.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-14 ta’ April

It-Tielet Ħadd wara l-Ghid

Ġwanni 21,1-19

Wara dan, Ġesù raġa’ deher lid-dixxipli ħdejn il-baħar ta’ Tiberija. Dehrilhom hekk: Xmun Pietru, Tumas, li jgħidulu  t-Tewmi, Natanjel minn Kana tal-Galilija, ulied Żebedew u tnejn oħra mid-dixxipli tiegħu kienu flimkien, u Xmun Pietru qalilhom: “Sejjer nistad.” Qalulu: “Ħa niġu miegħek aħna wkoll.” Marru, rikbu  d-dgħajsa, u dak il-lejl ma qabdu xejn… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-13 ta’ April

Ġwann 6,16-21

Xħin sar filgħaxija, id-dixxipli tiegħu niżlu ħdejn il-baħar, rikbu dgħajsa u ġibdu għax-xatt l-ieħor tal-baħar, lejn Kafarnahum. Kien ġa dalam, u Ġesù kien għadu ma ġiex jilħaqhom. Il-baħar kien qam sewwa, għax kien qiegħed jonfoħ riħ qawwi. Mela wara li kienu qadfu xi ħamsa u għoxrin jew tletin stadju, raw lil Ġesù miexi fuq il-baħar riesaq lejn id-dgħajsa, u beżgħu… Kompli aqra »

F’laqgħa mal-Kummissjoni Bibblika, il-Papa jgħid li l-fidi mhix ktieb imma storja ta’ salvazzjoni

Pope Francis

Il-Ġimgħa filgħodu, il-Papa Franġisku ltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Bibblika Pontifija, immexxija mill-President tagħha l-Arċisqof Gerhard Ludwig Muller – Prefett tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi. Dan seħħ fi tmiem l-assemplea plenarja annwali bit-tema ‘L-ispirazzjoni u l-verita fil-Bibbja’.

Fl-indirizz tiegħu, Franġisku qal li din it-tema ma taffetwax biss lil min jemmen individwalment, imma lill-Knisja kollha, għax il-ħajja u l-missjoni tal-Knisja huma msejsa fuq il-Kelma t’Alla, li qal li hi r-ruħ tat-teoloġija u l-ispirazzjoni tal-eżistenza nisranija… Kompli aqra »