Yearly Archives: 2013

Il-Messaġġ tal-Arċisqof fi f’Ħamis ix-Xirka (Tberik taż-Żjut)

Konkatidral, S. Ġwann

28 ta’ Marzu 2013

Ħuti, aħna qegħdin niċċelebraw din il-quddiesa fil-kuntest tas-sena tal-fidi imnediha mill Papa Benedittu XVI u tajjeb li b’mod speċjali aħna bħala saċerdoti illum nitolbu lill-Mulej ikattarna fil-fidi. Kemm hu sabih, u rridu nirringrazzjaw lil Alla, li f’dawn il-ġimgħat li għaddew aħna stajna nħeġġu u immexxu lill-aħwa Nsara biex jgħixu r-Randan b’mod qawwi, b’mod ta’ fidi… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-12 ta’ April

Ġwanni 6,1-15

Ġesù telaq lejn in-naħa l-oħra tal-baħar tal-Galilija, jew ta’ Tiberija. Ħafna nies marru warajh, għax raw is-sinjali li kien jagħmel bil-fejqan tal-morda. Ġesù tela’ lejn l-għoljiet u qagħad hemm bilqiegħda mad-dixxipli tiegħu. Kien qrib l-Għid, il-festa tal-Lhud. Ġesù rafa’ għajnejh, lemaħ kotra ta’ nies ġejja lejh, u qal lil Filippu: “Mnejn nixtru l-ħobż biex dawn ikollhom x’jieklu?” Dan qalulu biex jippruvah, għaliex hu kien jaf x’sejjer jagħmel… Kompli aqra »

L-Isqfijiet Maltin jilqgħu lin-Nunzju Appostoliku l-ġdid

Nhar il-Ħamis 11 t’April 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna u l-Isqof Emeritu Ġużeppi Mercieca laqgħu lin-Nunzju Appostoliku l-ġdid għal Malta, Mons. Aldo Cavalli, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

50 sena mill-Enċiklika ‘Pacem In Terris’

Illum, 11 ta’ April 2013, jaħbat il-50 anniversarju mill-Enċiklika tal-Papa Ġwanni XXIII Pacem in Terris. Dan l-anniversarju jfakkarna fis-sehem essenzjali tad-drittijiet tal-bniedem sabiex jieqaf kull forma ta’ konflitt vjolenti.

Il-valuri prinċipali li din l-enċiklika ssemmi – id- djalogu, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-promozzjoni tad-drittijiet tal-persuni u d-dmirijiet li jġibu magħhom – jistidnuna nirriflettu biex nifhmu l-kawżi u l-konsegwenzi tal-vjolenza. Dawn il-valuri jagħtu tama ġdida lil dawk kollha li qed ibatu minħabba l-vjolenza… Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Arċisqof fil-ftuħ tal-Parlament

Konkatidral ta’ San Ġwann

6 ta’ April 2013

Onorevoli Prim Ministru u Sinjura Muscat,

Sidna Ġesù Kristu wiegħed il-paċi lil dawk li kienu madwaru, wegħedhom l-Ispirtu s-Santu u ma qallhom xejn iktar għaliex huma kienu diġa għaddew tlett snin, nistgħu ngħidulhom ta’ apprentistat, miegħu jitgħallmu minn għandu. Dik kienet il-paċi li jimxu fuq dak li qalilhom… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-11 ta’ April

Ġwann 3,31-36

“Dak li hu ġej minn fuq hu fuq kulħadd; min hu mill-art hu ta’ l-art u jgħid ħwejjeġ ta’ l-art; dak li hu ġej mis-sema hu fuq kulħadd u jixhed dak li ra u sama’; imma x-xhieda tiegħu ħadd ma jilqagħha Min ikun laqa’ x-xhieda tiegħu jkun wettaq li Alla hu l-verità… Kompli aqra »

Il-Papa jgħid li “għandna nkunu sinjali ċari, viżibbli u brillanti ta’ tama fid-dinja”

Pope's general audience

Fl-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa, dalgħodu l-Papa Franġisku staqsa xi jfisser għalina l-qawmien mill-mewt ta’ Kristu llum. Fisser li bil-mewt u l-qawmien ta’ Ġesu, aħna lkoll inħlisna mill-isjavitu tad-dnub.  Fi kliemu, li tkun wild t’Alla permezz tal-magħmudija, ma tistax tkun ħaġa li titpoġġa fil-ġenb, anzi għandha twassal biex il-bniedem japprofondixxi r-relazzjoni tiegħu m’Alla.

Pope's general audience

Franġisku kompla jgħid li tentazzjoni qawwija u kostanti li niffaċċjaw bħala bnedmin hija li npoġġu lil Alla fil-ġenb biex fiċ-ċentru npoġġu lilna nfusna… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-10 ta’ April

Ġwann 3,16-21

Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu. Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa ġa kkundannat, għax ma emminx fl-isem ta’ l-Iben il-waħdieni ta’ Alla… Kompli aqra »