Yearly Archives: 2013

Il-Vanġelu tal-21 ta’ Marzu

Ġwanni 8,51-59

Tassew tassew ngħidilkom li min iħares  il-kelma tiegħi ma jara qatt il-mewt.” Qalulu l-Lhud: “Issa tassew nafu li għandek Xitan fik. Abraham miet, u l-profeti wkoll; u inti tgħid li ‘Jekk xi ħadd iħares kelmti ma jduq qatt il-mewt.’ Jaqaw int akbar minn missierna Abraham li miet? U l-profeti wkoll mietu. Inti x’taħseb li int?” Wieġeb Ġesù: “Li kieku kelli nagħti glorja lili nnifsi, il-glorja tiegħi ma kienet tkun tiswa xejn… Kompli aqra »

‘Ejja nipproteġu bl-imħabba dak kollu li tana Alla’

Pope Francis

Waqt l-Omelija, fil-Quddiesa ta’ Inawgurazzjoni, il-Papa Franġisku tkellem b’mod ċar dwar l-importanza tal-protezzjoni lejn il-ħolqien. Qal li fuq il-passi ta’ San Franġisk t’ Assisi, il-bniedem, mhux sempliċiment dak Kristjan, għandu jħossu obbligat jipproteġi kull ħolqien t’ Alla, inkluż l-ambjent ta’ madwarna.

Quddiem numru ta’ mexxejja ta’ pajjiżi differenti u nies b’responsabbilita fid-deċiżjonijiet politiċi, il-Papa Franġisku talab għall-politika ta’ protezzjoni… Kompli aqra »

Mixgħela fl-iskejjel tal-Knisja fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi

Bħala parti mill-inizjattiva fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi, numru ta’ skejjel tal-Knisja, għada il-Ħamis 21 ta’ Marzu 2013, se jixgħelu l-bini tal-iskola bħala sinjal tas-sejħa u l-missjoni tagħhom li jkunu dawl tal-fidi għall-istudenti u l-familji tagħhom, u għas-soċjetà kollha. Din l-inizjattiva hija organizzata mit-Taqsima tal-Iżvilupp Spiritwali fi ħdan is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija.

L-iskejjel li se jieħdu sehem f’din il-mixgħela huma:

• Archbishop Seminary School

• Savio College

• St Albert College

• St Aloysius College

• St Augustine College

• St Dorothy School, Sliema

• St Francis School, BKara

• St Francis School, Sliema

• St Francis School, Cospicua

• St Joan Antide

• St Joseph School, Blata l-Bajda

• St Joseph School, Paola

• St Joseph School, Sliema

• St Paul’s Missionary College

• Stella Maris College

• Teresa Nuzzo, School, Marsa

• Theresa Nuzzo School Zejtun

• Sacred Heart Junior School

Minbarra din l-inizjattiva, kull skola qegħda torganizza diversi attivitajiet marbutin mal-fidi… Kompli aqra »

Mixgħela fuq il-Fosos tal-Furjana

Fid-dinja qegħdin jinqatlu bl-abort mal-120,000 tarbija kuljum. Malta huwa pajjiż li jgħożż il-ħajja, b’xhieda ħajja li l-Maltin li jixtiequ ikunu dawl għad-dinja. Il-Grupp ‘Dawl u Rigal’ se jorganizzaw mixgħela bix- xemgħat nhar il-Ħamis 21 u l-Ġimgħa 22 ta’ Marzu li ġejjin.

L-iskop ta’ din l-attivita’ huwa li:

1. Issir tifkira għat-trabi nnoċenti li nqatlu bl-abort.

2. Isir talb sabiex jieqaf l-abort… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-20 ta’ Marzu

Ġwanni 8,31-42

Ġesù qal lil-Lhud li emmnu fih: “Jekk iżżommu fil-kelma tiegħi, tkunu tassew dixxipli tiegħi, u tagħrfu l-verità u l-verità teħliskom.” Qalulu: “Aħna nisel Abraham, u qatt ma konna lsiera ta’ ħadd. Kif tiġi tgħidilna li nkunu ħielsa?” Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, li kull min jagħmel id-dnub huwa lsir tad-dnub. U l-ilsir ma jibqax fil-familja għal dejjem; imma l-iben għal dejjem jibqa’… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tad-19 ta’ Marzu

Mattew 1,16,18-21.24

Ġakobb nissel lil Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija, li minnha twieled Ġesù li jsejjħulu l-Messija. Mela n-nisel kollu kien, minn Abraham sa David, erbatax-il nisel, minn David sa l-eżilju ta’ Babilonja, erbatax-il nisel; u mill-eżilju ta’ Babilonja sal-Messija, erbatax-il nisel. It-tnissil ta’ Ġesù l-Messija sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil-ħidma ta’ l-Ispirtu s-Santu… Kompli aqra »

L-Isqof Charles J. Scicluna jattendi għall-quddiesa inawgurali tal-Papa Franġisku

L-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna, llum ħalla Malta għal Ruma biex jattendi għall-Quddiesa inawgurali fil-bidu tal-Pontifikat tal-Papa Franġisku. Din il-Quddiesa ser issir għada, it-Tlieta 19 ta’ Marzu, fid-9.30 a.m. fi Pjazza San Pietru. L-Isqof Scicluna ser ikun qed jattendi f’isem il-Konferenza Episkopali Maltija.

L-Isqof Charles J. Scicluna jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li għal din iċ-ċelebrazzjoni, il-poplu Malti ser ikun rappreżentat mill-ogħla awtoritajiet tal-Istat: il-President ta’ Malta Dr George Abela, il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Lawrence Gonzi… Kompli aqra »

Żvelat il-motto tal-Papa, jibqa’ li kien

Pope Francis

Iċ-ċurkett li se jingħata l-Papa għada huwa ndurat bil-fidda, u mhux bid-deheb.

Il-kelliem għall-Vatikan Patri Federico Lombardi qal li ċ-ċurkett huwa magħmul fuq mudell tal-iskultur mibki Enrico Manfrini. Fih hemm il-figura ta’ San Pietru biċ-ċwievet.

L-arma tal-pontifikat u l-motto tiegħu se jibqgħu l-istess bħal ta’ meta kien Isqof. Il motto huwa “miserando aqtue eligendo”, jiġifieri “fqir imma magħżul”… Kompli aqra »

18-24 ta’ Marzu

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu Ħ’Attard.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-bniet li jattendu l-katekeżi fil-MUSEUM tal-bniet, bħala parti mill-Vista’ Pastorali fil-parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni l-Ħamrun.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Adoloxxenti u ż-żgħażagħ fis-Sala Parrokkjali l-Ħamrun.

It-Tlieta

9.15 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp, fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu, ir-Rabat… Kompli aqra »