Yearly Archives: 2013

Il-Vanġelu tas-17 ta’ Marzu

Il-Ħames Ħadd tar-Randan

Ġwann 8,1-11

Ġesù telaq lejn l-Għolja taż-Żebbuġ. Imma l-għada qabel is-sebħ raġa’ mar fit-tempju, u l-poplu kollu ġie ħdejh, u hu qagħad bilqiegħda jgħallimhom. Mbagħad il-kittieba u l-Fariżej ħadulu quddiemu waħda mara li kienet inqabdet fl-adulterju. Huma qegħduha fin-nofs u qalulu: “Mgħallem, din il-mara nqabdet fil-fatt fl-adulterju. Issa fil-Liġi tagħna Mosè ordnalna biex nisa bħal dawn inħaġġruhom… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-16 ta’ Marzu

Ġwanni, 7,40-52

Meta xi wħud semgħu kliemu qalu: “Tassew dan hu l-Profeta.” Oħrajn qalu: “Dan hu l-Messija.” Iżda xi wħud qalu: “Mela l-Messija għandu jiġi mill-Galilija? Ma tgħidx l-Iskrittura li l-Messija għandu jiġi min-nisel ta’ David u minn Betlehem, ir-raħal minn fejn kien David?” Hekk in-nies ma qablux bejniethom minħabba fih. Xi wħud minnhom riedu jaqbduh, iżda ħadd ma medd idejh fuqu… Kompli aqra »

Papa Franġisku

Argentina's Jorge Bergoglio, elected Pope Francis I

X’għamel wara li leħaq Papa?

Waqt konferenza lill-midja, il-kelliem għall-Vatikan Patri Federico Lombardi qal li malli l-Papa u l-Kardinali telqu mill-Kappella Sistina għar-residenza Santa Marta, tlestiet karozza apposta għall-Papa… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-15 ta’ Marzu

Gwanni 7, 1-2.10.25-30

Wara dan, Ġesù baqa’ jdur fil-Galilija, għax ma riedx joqgħod idur fil-Lhudija billi l-Lhud kienu qegħdin ifittxu li joqtluh. Kienet qorbot għal-Lhud il-festa ta’ l-Għerejjex, Imma wara li ħutu telgħu għall-festa tela’ hu wkoll, mhux  bid-dieher, imma bil-moħbi. Xi wħud min-nies ta’ Ġerusalemm qalu: “Dan m’huwiex dak li qegħdin ifittxuh biex joqtluh? … Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ ma diversi gruppi u kummissjonijiet fil-Ħamrun

Matul il-Viżta’ Pastorali li għamel l-Arċisqof fil-parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun iltaqa’ ma diversi għaqdiet u kummissjonijiet, fosthom:

  • It-Tnejn 4 ta’ Marzu 2013, l-Arċisqof iltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika.
  • It-Tlieta 5 ta’ Marzu 2013, l-Arċisqof żar il-komunita tas-Sorijiet Franġiskani Missjunarji ta’ Marija.
  • Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Marzu 2013, l-Arċisqof iltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal- Kummissjoni Implimenazzjoni tas-Sinodu u mal-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali fis-Sala Parrokkjali…
  • Kompli aqra »

Papa Franġisku – “Issa nibdew din il-mixja”

Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Marzu 2013, il-Kardinal Jorge Mario Bergoglio, ġie elett bħala l-265 suċċessur ta’ San Pietru, u għażel l-isem ta’ Franġisku.

Il-Kardinal proto-djaknu Jean-Louis Tauran għamel it-tħabbira solenni lin-nies fit-8.12pm mill-gallarija ċentrali tal-Bażilika tal-Vatikan, wara d-duħħan abjad li seħħ fis-7:06pm.

Fit-8.24pm, il-Papa l-ġdid Franġisku, li ħareġ wara s-Salib, deher fil-gallarija ta’ San Pietru. Qabel ma talab l-‘Urbi et Orbi’ (Lil Belt u lid-dinja) il-Barka Appostolika tiegħu, huwa laqa’ lil folla enormi li nġabret minn wara nofsinhar fil-bard u x-xita fi Pjazza San Pietru billi qal:

“Ħuti, il-lejla t-tajba… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-14 ta’ Marzu

Gwanni 5,31-47

Kieku jien kelli nagħti xhieda fuqi nnifsi, ix-xhieda tiegħi ma kinitx tkun minnha. Hemm ħaddieħor li jagħti xhieda fuqi, u jiena naf li  x-xhieda li jagħti fuqi hu hi minnha. Intom bgħattu tistaqsu lil Ġwanni, u hu ta xhieda għall-verità. Mhux għax jien għandi bżonn ix-xhieda ta’ bniedem, imma qiegħed ngħidilkom dan  għas-salvazzjoni tagħkom… Kompli aqra »

PAPA ĠDID

Maltese flag

Fis-19:00 deher ħiereġ id-duħħan abjad miċ-ċumnija tal-Kappella Sistina. Il-folla kbira li tinsab fi Pjazza San Pietru infexxet tgħajjat u ċċapċap bil-ferħ. Prominenti il-bnadar Maltin jittajru minn grupp ta’ Maltin li marru Ruma apposta għal din l-okkażjoni unika. Kompli aqra »

S’issa duħħan iswed

Fil-5.30pm reġgħet ma dehret ebda daħna bajda. Sadattant, dalgħodu, għat-tieni darba, miċ-ċumnija tal-kappella Sistina deher ħiereġ duħħan iswed, li kien ifisser li l-Papa l-ġdid kien għadu mhux magħżul. Din it-tieni daħna waslet għal ħabta ta’ 11:39am. U la sa issa għadha ma dehret ebda daħna bajda, għajnejn id-dinja, partikolarment dik kattolika, tiffoka mill-ġdid fuq iċ-ċumnija fuq il-Kappella Sistina bejn is-7pm u t-8pm. Ilbieraħ filgħaxija duħħan iswed tfaċċa qrib it-7.50pm… Kompli aqra »