Yearly Archives: 2013

Il-Vanġelu tas-7 ta’ Marzu

Luqa 11,14-23

Ġesù kien qiegħed ikeċċi xitan, li kien imbikkem. Meta x-xitan ħareġ, l-imbikkem tkellem, u n-nies stagħġbu. Iżda xi wħud minnhom qalu: “Bis-saħħa ta’ Begħelżebul, il-prinċep tax-xjaten, qiegħed ikeċċihom ix-xjaten.” Oħrajn, biex iġarrbuh, riedu mingħandu sinjal mis-sema. Iżda hu ntebaħ x’kienet il-fehma tagħhom, u qalilhom: “Kull saltna maqsuma fiha nfisha ssir ħerba, u taqa’ dar fuq oħra… Kompli aqra »

“Il-profil tal-Papa ġdid jitfassal ftit ftit”

Cardinals meeting

Il-Kongregazzjoni Ġenerali tal-Kardinali li qed issir fil-Vatikan, daħlet fir-raba’ jum tagħha.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-kelliem tas-Santa Sede Patri Feredrico Lombardi, qal li għadu mhux opportun li tintgħażel id-data tal-Konklavi.  Qal li sal-Ħamis il-kardinali eletturi kollha se jkunu waslu Ruma.  Qal li minkejja dawn il-laqgħat qed jieħdu ħafna ħin u żmien, ma jfissirx li l-Konklavi se jdumu biss ftit jiem, dan għaliex m’hemm ebda relazzjoni bejn iż-żewġ kwistjonijiet… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-6 ta’ Marzu

Mattew 5, 17-19

“Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-perfezzjoni. Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox. Jekk mela xi ħadd iġib fix-xejn wieħed  mill-iżgħar minn dawn il-kmandamenti u jgħallem lin-nies biex jagħmlu l-istess, dan jissejjaħ l-iżgħar fis-Saltna tas-Smewwiet… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-Kandidatura ta’ erba’ Seminaristi għad-djakonat

Knisja Parrokkjali  S. Ġorġ, Ħal-Qormi

1 ta’ Marzu 2013

Ħuti, smajna fil-kummentarju li dawn l-erba’ żgħażagħ qegħdin joffru lilhom infushom għas-sagrament tal-Ordni Sagri. Bħalma lkoll nafu l-Mulej ma ħallinhiex weħidna imma tana grazzji speċifikament għal diversi mumenti tal-ħajja tagħna. Tana l-magħmudija meta nitwieldu, tana l-ikel fl-Ewkaristija, tana l-maħfra, is-sagrament tal-penitenza u tana ukoll il-konfermazzjoni bħala qawwa ġdida minn għand il-Mulej meta nibdew nilħqu l-età tal-adulti… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof lill-koppji li se jiżżewġu din is-sena

Konkatidral ta’ San Ġwann

24 ta’ Frar 2013

llum il-Mulej f’dan il-Ħadd tana tlett lezzjonijiet li naħseb nista’ nżidhom ma’ dak li qalu dawn iż-żewġt għarajjes.

Fl-ewwel lezzjoni (Ġen 15, 5-12,17-18) rajna li Alla l-Imbierek għamel wegħda ma’ Abram. Abram kien l-ewwel wieħed li, permezz tiegħu, Alla daħal biex jibqa’ fl-istorja tagħna… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-5 ta’ Marzu

Mattew 18, 21-35

Mbagħad Pietru resaq lejh u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?” “Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet,” wieġbu Ġesù,”imma sa sebgħa u sebgħin darba. Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu. Kif beda jagħmel dan, ħadulu quddiemu wieħed li kellu jagħtih għaxart elef talent… Kompli aqra »

Atmosfera serena u kostruttiva fl-ewwel Kongregazzjoni ġenerali tal-Kardinali

Conclave in Sistine Chapel

Id-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, Patri Federico Lombardi, informa lill-media li saret l-ewwel laqgħa tal-Kongregazzjonijiet Ġenerali tal-Kulleġġ tal-Kardinali.  Il-Kongregazzjoni tmexxiet mill-Kardinal Angelo Sodano, dekan tal-Kulleġġ, u mill-camerlengo, il-Kardinal Tarcisio Bertone, u s-Segretarju tal-Kongregazzjoni tal-Isqfijiet, l-Arċisqof Lorenzo Baldisseri. Ilkoll ħadu posthom skond il-ġerarkija u l-post assenjat lilhom hu maħsub biex jiffailita l-vot meta dan jittieħed.

Wara talba tal-ftuħ, il-Kardinal Sodano infurmahom bil-proċeduri tas-Sede Vacante u dwar l-operat tal-Kongregazzjonijiet skont il-Kostituzzjoni Appostolika Universi Dominici Gregis… Kompli aqra »

Erba’ Kandidati ġodda għas-Saċerdozju

Nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Marzu 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa li fiha erba’ seminaristi talbu lill-Knisja sabiex tilqagħhom uffiċjalment bħala kandidati għall-Ordni tad-Djaknonat u tal-Presbiterat. Din iċ-ċelebrazzjoni saret fil-Knisja Arċipretali ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi, fis-6.30 p.m.

L-erba’ seminaristi, li bħalissa jinsabu fil-ħames sena tal-formazzjoni, huma Carlo Calleja mill-Parroċċa ta’ Stella Maris, tas-Sliema, Christopher Ellul mill-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, Andrew Schembri mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri, Ħal Qormi u Mark Joseph Zammit mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-4 ta’ Marzu

Luqa 4,24-30

Ġesù żied jgħidilhom: “Tassew, ngħidilkom, ebda profeta ma jilqgħuh tajjeb f’pajjiżu. Għax, ngħidilkom is-sewwa, kien hemm bosta romol f’Iżrael fi żmien Elija meta s-sema baqa’ tliet snin u sitt xhur magħluq u waqa’ ġuħ kbir fil-pajjiż kollu; madankollu għand ħadd minnhom ma ntbagħat Elija, imma għand waħda armla minn Sarefta ta’ Sidon. U kien hemm bosta lebbrużi f’Iżrael fi żmien il-profeta Eliżew, imma ħadd minnhom ma ġie mfejjaq ħlief Nagħman tas-Sirja.” Meta semgħu dan fis-sinagoga kulħadd imtela bil-korla; qamu, u ħarġuh ‘il barra mill-belt, ħaduh fuq xifer ta’ rdum ta’ l-għolja li fuqha kienet mibnija l-belt tagħhom, u riedu jixħtuh minn hemm fuq għal isfel… Kompli aqra »

4-10 ta’ Marzu

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-subien li jattendu l-katekeżi fil-MUSEUM tas-subien, bħala parti mill-Viżta Pastorali fil-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni l-Ħamrun.

6.45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Katetika, l-Ħamrun.

It-Tlieta

8.45 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, l-Kurja.

5.30 p.m. L-Arċisqof jżur il-komunita tas-Sorijiet Franġiskani Missjunarji ta’ Marija, l-Ħamrun… Kompli aqra »