Yearly Archives: 2013

l-Ittra Pastorali għat-Tfal fi żmien ir-Randan

Għeżież tfal,  kif intom?

Arċisqof:        Bħalissa qiegħdin fiż-żmien tar-Randan. Min jaf jgħidli x’inhu r-Randan għalina?

Tifel:              Ir-Randan huwa żmien ta’ ħsieb,talb u għajnuna lil min hu fil-bżonn.

Tifla:              Huwa żmien fejn nagħmlu xi sagrifiċċju, jiġifieri nnaqsu xi ħaġa milli nħobbu ħalli nikkontrollaw iktar lilna nfusna.

Tifel:               Iż-żmien tar-Randan huwa żmien fejn aħna nippreparaw għal meta Ġesù qam mill-mewt għalina biex isalvana… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-21 ta’ Frar

Mattew 7,7-12

“Itolbu, u jingħatalkom; fittxu, u ssibu; ħabbtu, u jiftħulkom. Għax kull min jitlob, jaqla’, min ifittex isib, u min iħabbat jiftħulu. Min hu dak il-bniedem fostkom li, jekk ibnu jitolbu biċċa ħobż, sejjer jagħtih ġebla? Jew jekk jitolbu ħuta, sejjer jagħtih serp? Mela jekk intom, nies ħżiena bħalkom, tafu tagħtu lil uliedkom ħwejjeġ tajba, kemm aktar Missierkom li hu  fis-smewwiet jagħti ħwejjeġ tajba lil min jitlobhomlu? … Kompli aqra »

Il-Kardinal Sarah iżur ir-refuġjati Sirjani fil-Ġordan

Cardinal Sarah

Il-President tal-Kunsill Pontifiċju Cor Unum, il-Kardinal Robert Sara, flimkien mas-Segretarju tad-dekasteru, Mons Giampietro Dal Toso, jinsabu fuq żjara fil-Ġordan, liema żjara tintemm il-Ħamis. Huma qed jieħdu sehem fil-konferenza reġjonali tal-Caritas fi Lvant Nofsani, l-Afrika t’Isfel u dik ċentrali.

Il-forum hu meqjus bħala okkażjoni ferm importanti sabiex jittieħed polz tal-għajnuna umanitarja li joffru l-karitajiet kattoliċi. Fost dawn, il-Caritas.

Fost oħrajn jintqal li s-sitwazzjoni umanitarja fis-Sirja u r-reġjun kollu mhix sostenibbli… Kompli aqra »

Memorandum tal-Kummissjoni Djoċesana Ġustizzja u Paċi dwar l-Elezzjoni Ġenerali 2013

MEMORANDUM  – ELEZZJONIJIET ĠENERALI 2013
Introduzzjoni

Fi ftit ġimgħat oħra l-poplu Malti ser ikun imsejjaħ sabiex jeleġġi l-gvern ta’ pajjiżna u ‘l min se jirrappreżentah fil-Parlament. Din hija opportunità biex nirriflettu flimkien dwar il-qagħda tas-socjetà Maltija llum u dwar is-socjetà li nixtiequ li jkollna fis-snin li ġejjin. Kif aħna u kif se nkunu jiddependi mis-sehem li se nieħdu fil-politika fis-sens wiesa’ tagħha bħala ħidma għall-ġid ta’ kulħadd… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-20 ta’ Frar

Dedikazzjoni tal-Konkatedral ta’ San Gwann

Luke 11,29-32

Meta l-folla tan-nies żdiedet, Ġesù qabad u qal: “Nisel ħażin huwa dan in-nisel! Irid sinjal! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief is-sinjal ta’ Ġona. Għax bħalma Ġona sar sinjal għan-nies ta’ Ninwè, hekk isir Bin il-bniedem għal dan in-nisel. F’jum il-ħaqq, is-sultana tan-nofsinhar għad tqum man-nies ta’ dan in-nisel u tikkundannahom, għax hi ġiet mit-truf ta’ l-art biex tisma’ l-għerf ta’ Salamun; u araw li hawnhekk hawn min hu aqwa minn Salamun! … Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur l-anzjani fil-Ħamrun

Nhar il-Ħamis 14 ta’ Frar 2013, L-Arċisqof żar id-Dar tal-Anzjani tas-Sorijiet Little Sisters of the Poor, bħala parti miż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

Jum il-Lajċi 2013

Nhar il-Ġimgħa 15 Frar 2013, l-Arċisqof iċċelebra quddiesa għal Jum il-Lajċi, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

“Għalkemm aħna midinbin, imma aħna wkoll midinbin f’mixja għax Alla permezz ta` Ġesù, iħeġġiġna kontinwament biex nersqu lejh u nduqu l-maħfra tiegħu. Dan joħroġ ċar ħafna mill-Kelma ta’ Alla u għalhekk ikun nuqqas kbir meta n-nisrani jiddubita mill-maħfra t`Alla.”

Dan kien il-bażi tal-messaġġ ta’ Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona O.P… Kompli aqra »

Mons Scicluna dwar il-missjoni ta’ Benedittu XVI biex tkun protetta l-innoċenza tat-tfal

Mons Charles J Sciculna

L-Isqof Awżiljarju ta’ Malta, li sa Ottubru li għadda serva bħala Promutur tal-Ġustizzja fil-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, ta l-kummenti tiegħu lil Radju Vatikan dwar il-missjoni tal-Papa Benedittu XVI biex tkun protetta l-innoċenza tat-tfal. Dan in vista tad-diversi każi ta’ abbużi fuq it-tfal li kienu rrappurtati fl-aħħar snin.

Mons Scicluna kien ikkwotat jikkummenta u jgħid li “Benedittu XVI żgur li jibqa’ mfakkar għat-tweġiba straordinarja u għar-reazzjoni tiegħu għall-fenomenu tal-abbuż sesswali minn membri tal-kleru fuq minuri… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-19 ta’ Frar

Mattew 6,7-15

Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom. Mela itolbu hekk: ‘Missierna, li inti  fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art. Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum… Kompli aqra »