Yearly Archives: 2013

Il-Vanġelu tal-16 ta’ Frar

Luke 5,27-32

Wara dan, Ġesù ħareġ u lemaħ wieħed pubblikan, jismu Levi, bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi, u qallu: “Ejja warajja.” Dak telaq kollox, qam u mar warajh. Mbagħad Levi għamillu laqgħa kbira f’daru stess, u kien hemm magħhom fuq il-mejda kotra kbira ta’ pubblikani u nies oħra. Il-Fariżej u l-kittieba sħabhom bdew igemgmu mad-dixxipli tiegħu, u qalulhom: “Dan l-għala tieklu u tixorbu mal-pubblikani u l-midinbin?” U Ġesù weġibhom: “Mhux dawk li huma f’saħħithom għandhom bżonn it-tabib, iżda l-morda… Kompli aqra »

Postijiet vakanti fl-iskejjel tal-Knisja tal-Ewwel Sena Kindergarten

F’Novembru 2012 saru l-applikazzjonijiet skont l-Ewwel Kriterju għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Settembru 2013 għas-sena skolastika 2013-2014. Hawn taħt se nagħtu rendikont ta’ kemm applikaw u kemm baqa’ postijiet vakanti għall-Ewwel Sena Kindergarten.

L-Ewwel Sena Kindergarten Subien

Għall-ewwel sena Kindergarten subien kellna dan it-total ta’ applikanti:

Kriterju Applikanti 1b Aħwa 49 1ċ Tfal ta’ Impjegati fi skejjel tal-Knisja 3 Total ta’ applikanti tal-ewwel kriterju subien 52

It-total ta’ applikanti subien huwa ta’ 52… Kompli aqra »

L-Uffiċċji tal-Kurja magħluqin

Ġentilment ninfurmawkom li illum il-Ġimgha 15 ta’ Frar 2013, il-Kurja tal-Arċisqof se tkun magħluqa bejn id-8.30 a.m. u s-2.00 p.m. L-Isqfijiet, is-saċerdoti u l-impjegati lajċi tal-Kurja, tat-Tribunal Ekkleżjastiku u tal-Caritas se jkunu għal irtir fl-okkażjoni ta’ żmien ir-Randan.

Jekk inti ġenitur u tixtieq informazzjoni dwar id-dħul fl-iskejjel tal-Knisja ċempel fuq 27790060 jew mur fuq http://knisja.mt/lang/en/church-schools/ għal iktar informazzjoni… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-15 ta’ Frar

Mattew 9,14-15

Mbagħad resqu lejh id-dixxipli ta’ Ġwanni u qalulu: “Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?” Qalilhom Ġesù: “Huwa l-mistednin ta’ l-għarus se jsewwdu qalbhom sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma jasal il-jum meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu.

Il-Qaddis tal-jum:  San Klawdju de la Colombiѐre

Kompli aqra »

Assemblea Nazzjonali dwar il-Pastorali maż-Żgħażagħ

Nhar is-Sibt 23 ta’ Frar, mexxeja taż-żgħażagħ, gwidi u akkumpanjaturi se jiltaqgħu għas-sitt Assemblea Nazzjonali annwali dwar il-Pastorali maż-Żgħażagħ ġewwa l-Istitut Kattoliku, il-Furjana. It-Tema ‘Proċessi Formattivi’, se tiffoka fuq l-esperjenzi li jgħaddu minnhom iż-żgħażagħ stess meta ijpprateċipaw fid-diversi inizjattivi pastorali offruti fid-djoċesi.

L-indirizz ċentrali se jkun mogħti minn Dun Fabio Attard Sdb, Kunsillier Ġenerali għall-Pastorali Żagħżugħa tas-Salesjani Internazzjonali… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-14 ta’ Frar

Luqa 10, 1-9

Wara dan, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu. U qalilhom: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup. Teħdux magħkom la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu lil ħadd… Kompli aqra »

Il-Fidi fuq il-post tax-xogħol

Nhar it-Tlieta 12 ta’ Frar 2013, sar seminar organizzat mill-Kummissjoni Pastorali fid-Dinja tax-Xogħol bit-tema, ‘Il-fidi u l-post tax-xogħol’. Il-kelliema f’dan is-seminar kienu s-Sinjura Veronique Farrugia (EO tal-Koperattiva Rurali), is-Sinjur Narcy Abdilla (Bank Ċentrali) u Dr John Cachia (Kummissarju għas-saħħa mentali u anzjani). Fil-konkluzjoni tas-seminar, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. wassal il-messaġġ tiegħu dwar ir-rwol tan-Nisrani li kulturalment jbiddel ir-realta’ ta’ madwaru, fejn fisser kif fuq il-post tax-xogħol, l-aċċenn għandu jkun fuq il-ħaddiem għaliex dan huwa xbieha ta’ Alla… Kompli aqra »

“Ejja ngawdu l-aħħar attivitajiet tal-pontfikat” – Lombardi

Fr Federico Lomabrdi

Fr. Federico Lombardi reiterated to a packed Vatican Press Office that it was a decision that the Holy Father matured over time, particularly following his trip last year to Mexico and Cuba, when he realised the physical toll of such trans-Atlantic journeys, which are part and parcel of the Pope’s ministry. What’s important now, he said, is that we enjoy the last great events of this pontificate… Kompli aqra »

Żmien ir-Randan

Illum, l-Erbgħa 13 ta’ Frar, il-Knisja tagħti bidu għar-Randan Imqaddes: erbgħin jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu.

Matul ir-Randan, il-Knisja tħeġġeġ lill-membri tagħha biex, fost affarjiet oħra, jaqraw il-Kelma ta’ Alla, jieħdu sehem fis-sagramenti, u jattendu l-Eżerċizzi Spiritwali.

Bħala gwida dwar ċaħda personali u ta’ karita’, l-Isqfijiet iqiegħdu quddiem il-membri tal-Knisja għadd ta’ opri tajba biex jagħżlu minn fosthom dawk li l-iktar jiswewlhom sagrifiċċju… Kompli aqra »