Yearly Archives: 2013

Ftuħ taż-Żjara Pastorali fil-Ħamrun

Nhar is-Sibt 9 ta’ Frar 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra quddiesa bħala ftuħ tal-Vista Pastorali, fil-Knisja Parrokkjali u wara l-Arċisqof iltaqa’ man-nies.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-13 ta’ Frar

L-Erbgħa tal-Irmiet

Mattew 6,1-6,16-18

“Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom, għax inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet. “Mela meta tagħmel karità, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom. Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh… Kompli aqra »

”Irridu nibqgħu nispiraw irwieħna mit-teoloġija spiritwali ta’ Benedittu XVI”

Cardinal Marx

Il-Kardinal Ġermaniż Reinhard Marx, President tal-Kummissjoni tal-Konferenzi Episkopali tal-Komunita Ewropea, magħrufa aħjar bħala l-COMECE, qal li wara l-aħbar li l-Papa Benedittu XVI se jirriżenja fit-28 ta’ Frar, huwa ħass li “kienet deċiżjoni li mlietni b’rispett kbir, pero anki b’dispjaċir enormi. Benedittu XVI ilu jmexxi l-Knisja Kattolika għall-aħħar tmien snin b’dedikazzjoni kbira”. Fi kliemu “ifforma lill-Knisja bit-teoloġija ċara tiegħu. Il-ħsieb teoloġiku tiegħu, li dejjem iġib flimkien il-fidi u r-raġuni, il-Knisja u l-politika, ħareġ ċar f’diskorsi li hu għamelf’Westminister Hall f’Londra, fil-Bundestag il-Ġermanja u anki f’Washington… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-12 ta’ Frar

Mark 7,1-13

Il-Fariżej u xi wħud mill-kittieba li ġew minn Ġerusalemm inġabru ħdejh, u raw li xi wħud mid-dixxipli tiegħu kienu qegħdin jieklu b’idejhom m’humiex indaf, jiġifieri m’humiex maħsulin. Għax il-Fariżej, u l-Lhud kollha, biex iħarsu t-tradizzjoni ta’ missirijiethom, ma jmissux ikel qabel ma jkunu ħaslu idejhom sewwa; hekk ukoll wara li jerġgħu lura mis-suq, ma jiklux jekk ma jinħaslux; u għandhom bosta drawwiet oħra li baqgħu marbutin magħhom minn żmien għal ieħor, bħalma huma l-ħasil  tat-tazzi u tal-buqari u tal-ktieli tal-bronż… Kompli aqra »

Stqarrija tal-Isqfijiet: Il-Knisja tingħaqad fit-talb mal-Papa Benedittu XVI

L-aħbar tar-riżenja tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI waslet bħal sajjetta fil-bnazzi! Tnikkitna qatigħ meta smajna lill-Missier tagħna l-Papa jgħid li l-kundizzjoni ta’ saħħtu ma tippermettilux li jkompli jwettaq il-ministeru tiegħu bħala Kap tal-Knisja. Aħna li nafu kemm il-Papa jħobb lil Ġesù u lill-Knisja tiegħu, nistgħu nimmaġinaw b’liema għafsa ta’ qalb il-Papa wasal għal din id-deċiżjoni. Daqstant ieħor u aktar, qalbna tingħafas meta b’din id-deċiżjoni, aħna qed nitilfu ragħaj qaddis bħalma hu l-Papa Benedittu… Kompli aqra »

Il-Papa se jirriżenja fit-28 ta’ Frar. Papa ġdid mistenni sal-Għid

Pope Benedict XVI

Rapporti fuq diversi siti tal-internet kienu l-ewwel jgħidu li l-Vatikan ikkonferma permezz tal-kelliemi Fr Frederico Lombardi li l-Papa Benedittu XVI se jirriżenja sa tmiem dan ix-xahar, nhar it-28 ta’ Frar 2013, minħabba żviluppi li ma kinux mistennija.

Joseph Ratsinger, ta’ 85 sena, sar Papa f’April 2005 wara l-mewt tal-predeċessur tiegħu Papa Ġwanni Pawlu II.
Hawn taħt hawn kopja bl-Ingliż tal-ittra tar-riżenja tal-Papa Benedittu XVI :

Dear Brothers,

I have convoked you to this Consistory, not only for the three canonizations, but also to communicate to you a decision of great importance for the life of the Church… Kompli aqra »

Il-Papa lill-Ordni ta’ Malta: ħidma li ġġedded it-tama nisranija

Pope addressing Order of Malta

Il-Papa Benedittu XVI laqa’ grupp ta’ Kavallieri tal-Ordni ta’ Malta bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tad-900 anniversarju tal-organizzazzjoni tagħhom bħala Ordni Sovran Militari taħt il-protezzjoni tal-Papa. Kien fil-15 ta’ Frar 1113 li Papa Paskal II poġġa fin il-fraternita ospitaliera ta’ Ġerusalemm taħt il-protezzjoni tal-Knisja u taha status sovran waqt li kkostitwixxiha bħala Ordni bil-liġi tal-Knisja. Dan taha s-setgħa li taħtar is-superjuri tagħha mingħajr indħil minn xi awtoritajiet reliġjużi jew lajċi oħra… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-11 ta’ Frar

Mark 6,53-56

Wara li qasmu għan-naħa l-oħra, waslu l-art f’Ġennesaret u rabtu d-dgħajsa max-xatt. Niżlu mid-dgħajsa, u n-nies minnufih għarfuh u marru jiġru ma’ dawk l-inħawi kollha. U bdew iġorru l-morda fuq l-imtieraħ kull fejn kienu jisimgħu li qiegħed. Kull fejn kien jidħol, fi rħula, bliet, jew kampanja, kienu jqiegħdu l-morda fil-pjazez u jitolbuh iħallihom imissu mqar tarf il-mantar; u dawk kollha li kienu jmissuh kienu jfiqu… Kompli aqra »

11 – 17 ta’ Frar

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Morda, fil-Knisja ta’ S. Tereża, Birkirkara.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi seminar organizzat mit-Taqsima Pastorali għad-Dinja tax-xogħol fiċ-Ċentru Parrokkjali, Ħ’Attard

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, f’Tal-Virtù, r-Rabat.

L-Erbgħa

8.30 a.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-10 ta’ Frar

Festa ta’ San Pawl Appostlu, Patrun ta’ Malta

Mark 16,15-20

Ġesù qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.” U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla.   … Kompli aqra »