Yearly Archives: 2013

Il-Vanġelu tad-9 ta’ Frar

Mark 6,30-34

L-appostli reġgħu ġew ħdejn Ġesù u qalulu kull ma kienu għamlu u għallmu.  U hu qalilhom : “ Ejjew miegħi intom biss weħidkom f’xi post imwarrab, u strieħu ftit .”  Għax tassew, kien hemm ħafna nies ġejjin u sejrin, u anqas żmien biex jieklu ma kienu jħallulhom.  Marru mela bid-dgħajsa weħidhom lejn post imwarrab,  imma n-nies rawhom sejrin ; kienu ħafna dawk li għarfuhom, u telqu jiġru ‘l hemm bil-mixi, nies mill-ibliet kollha, u waslu qabilhom… Kompli aqra »

Korsijiet għall-koppji miżżewġa matul ir-Randan

Place: 1 Oratory Street, Naxxar

Time: 7-8pm

The Institute is organizing ‘A journey in couple spirituality for married couples’ during Lent.

These are four one-hour meetings of reflection, prayer, song and adoration and will be held on the following Saturday evenings: 23rd February; 2nd March, 16th March and 23rd March.

The talks will be delivered by Mons Anton Gouder… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-8 ta’ Frar

Mark 6,14-29

Is-sultan Erodi sama’ bih, għax ismu kien sar magħruf, u xi wħud bdew jgħidu: “Ġwanni l-Battista qam mill-imwiet; minħabba f’hekk li s-setgħat tal-mirakli qegħdin jaħdmu fih.” Imma oħrajn bdew jgħidu: “Dan Elija.” U oħrajn: “Profeta, bħal wieħed mill-profeti  l-oħra.” Iżda Erodi, meta sama’ bih, qal: “Ġwanni l-Battista, li jien qtajtlu rasu, hu qam mill-mewt.” Għax kien Erodi stess li bagħat jarresta lil Ġwanni u qaflu fil-ħabs minħabba Erodja, mart ħuh Filippu, billi kien iżżewwiġha hu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-7 ta’ Frar

Mark 6,7-13

U sejjaħ it-Tnax, u beda jibgħathom tnejn tnejn, filwaqt li tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena. U wissiehom biex ma jieħdu xejn magħhom għat-triq ħlief ħatar: la ħobż, la ħorġa, lanqas flus fi ħżiemhom; imma li jilbsu l-qrieq u ma jxiddux żewġ ilbiesi. Qalilhom: “Fejn tidħlu f’xi dar, ibqgħu fiha sa ma titilqu minn hemmhekk. U jekk xi post ma jilqagħkomx u ma jisimgħukomx, itilqu minn hemm u farfru t-trab minn taħt saqajkom bħala xhieda kontrihom.” Ħarġu mela jxandru biex in-nies jindmu;  u keċċew bosta xjaten, u dilku ħafna morda biż-żejt u fejjquhom… Kompli aqra »

Ri-definizzjoni taż-żwieġ iġġib konsegwenzi katastrofiċi”

UK Parliament vote

l-membri tal-House of Commons Ingliża qablu li fl-Ingilterra u Wales għandha tidħol il-liġi li tawtorizza ż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess.

B’400 vot favur u 175 vot kontra, din id-deċiżjoni wasslet biex il-partit Konservattiv ta’ David Cameron jinqasam fi tnejn. Filfatt, ħafna mill-Konservattivi, minħabba valuri morali u anke reliġjużi ma qablux li fl-2014 għandha tidħol din il-liġi.

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, l-Isqof ta’ Portsmouth Philip Egan, qal li l-bidla proposta “ikollha konsegwenzi katastrofiċi għaż-żwieġ bħala istituzzjoni, għall-ħajja tal-familja fl-Ingilterra, għar-relazzjonijiet umani – mhux l-inqas fost iż-żgħażagħ”… Kompli aqra »

L-Udjenza: Alla, il-ħoqlien u l-liberta

Pope in weekly audience

“Kollox huwa rigal minn Alla: hu biss billi wieħed jagħraf din id-dipendenza kruċjali fuq il-Ħallieq li tinstab il-liberta u l-paċi”. Dan kien il-messaġġ li l-Papa Benedittu XVI tefa’ fuq Twitter eżatt kif temm l-udjenza ġenerali ta’ din il-ġimgħa ma’ madwar tmint elef persuna.

Il-Kap tal-Kattoliċi ssokta bis-serje ta’ katekeżi dwar il-Professjoni tal-Fidi jew il-Kredu. Mir-raġuni ‘l għaliex insejħu lil Alla ‘Missier Setgħani’ irrifletta fuq l-affermazzjoni ta’ Alla ‘Ħallieq tas-sema u l-art’… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-6 ta’ Frar

Mark 6,1-6

Telaq minn hemm u mar lejn pajjiżu u d-dixxipli tiegħu marru miegħu. Meta wasal is-Sibt, daħal jgħallem fis-sinagoga, u  l-ħafna li semgħuh bdew jistagħġbu u jgħidu: “Mnejn kisbu dan kollu? U x’inhu dan l-għerf li ngħatalu biex saħansitra qegħdin isiru dawn  l-għeġubijiet kbar b’idejh? Dan m’huwiex il-mastrudaxxa bin Marija u ħu Ġakbu u Ġożè u Ġuda u Xmun? … Kompli aqra »

Postijiet vakanti fl-iskejjel tal-Knisja fl-Ewwel Sena Primarja u t-tieni sena Kindergarten

F’Novembru 2012 saru l-applikazzjonijiet skont l-Ewwel Kriterju għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja għas-sena skolastika li tibda f’Settembru 2013. Hawn taħt qegħdin nagħtu rendikont ta’ kemm applikaw u kemm baqa’ postijiet vakanti għall-Ewwel Sena Primarja u t-Tieni Sena Kindergarten.

L-Ewwel Sena Primarja Subien

Għall-ewwel sena primarja subien kellna dan it-total ta’ applikanti:

Kriterju Applikanti 1b Aħwa 85 1ċ Tfal ta’ Impjegati fi skejjel tal-Knisja 15 1d Trasferiment bejn skejjel tal-istess kongregazzjoni 1 1e Tfal minn skola bla kontinwità 40 12 Tfal tal-ewwel kriterju li applikaw bħala Każijiet Umanitarji Gravi (It-Tieni Kriterju) 12 Total ta’ applikanti tal-ewwel kriterju subien 153

It-total ta’ applikanti huwa ta’ 153… Kompli aqra »