Arkivji mensili: Jannar 2014

Il-Papa Franġisku jħabbar żjara fl-Art Imqaddsa

  • Il-Papa Franġisku jħabbar żjara fl-Art Imqaddsa
  • Pope Francis will make a papal visit to the Holy Land in May of this year. The Holy Father made the announcement after the recitation of the Sunday Angelus overlooking a rainy St Peter’s Square. Speaking to pilgrims who braved the elements to hear his words, the Pope said, “in the climate of joy, typical of this Christmas season , I wish to announce that from 24 to 26 May next, God willing, I will make a pilgrimage to the Holy Land …

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 6 ta’ Jannar

  • Il-Vanġelu tal-jum – 6 ta’ Jannar
  • Is-Solennita tal-Epifanija tal-Mulej
     
    Mattew 2,1-12
     
    Meta twieled Ġesù f’Betlehem tal-Lhudija, fi żmien is-sultan Erodi, xi maġi mil-lvant ġew Ġerusalemm jistaqsu: “Fejn hu dak li twieled sultan tal-Lhud? Għax rajna l-kewkba tiegħu tielgħa, u ġejna nqimuh.” Is-sultan Erodi sama’ bihom, u tħawwad hu u Ġerusalemm kollha miegħu. Ġabar flimkien il-qassisin il-kbar u  l-kittieba kollha tal-poplu, u ried jaf mingħandhom fejn kellu jitwieled   il-Messija…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 5 ta’ Jannar

  • Il-Vanġelu tal-jum – 5 ta’ Jannar
  • It-Tieni Ħadd wara l-Milied
    Ġwann 1, 1-18

    Fil-bidu kien il-Verb, u l-Verb kien ma’ Alla, u l-Verb kien Alla. Hu kien fil-bidu ma’ Alla. Kollox bih sar, u xejn ma sar mingħajru;  kull ma sar kellu l-ħajja fih, u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin. Id-daw jiddi fid-dlam, imma d-dlam ma għelbux. Kien hemm raġel mibgħut minn Alla, jismu Ġwanni…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 4 ta’ Dicembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 4 ta’ Jannar

  • Ġwann 1,35-42
    L-għada Ġwanni raġa’ kien hemm ma’ tnejn mid-dixxipli tiegħu. Ħares lejn Ġesù li kien għaddej minn hemm, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla.” Iż-żewġ dixxipli semgħuh jgħid dan, u marru wara Ġesù…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 3 ta’ Jannar

  • Il-Vanġelu tal-jum – 3 ta’ Jannar

  • Festa tal-Isem Imqaddes ta’ Ġesu
    Ġwann 1,29-34

    L-għada Ġwanni ra lil Ġesù riesaq lejh, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla, li jneħħi d-dnub tad-dinja. Dan hu li għalih għedtilkom, ‘Warajja ġej bniedem li hu aqwa minni, għax kien qabli.’ Anqas jien stess ma kont nafu; imma jien għalhekk ġejt ngħammed bl-ilma, biex hu jkun mgħarraf lil Iżrael.” U Ġwanni xehed għalih u qal: “Jiena rajt l-Ispirtu nieżel mis-sema bħal ħamiema u joqgħod fuqu…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof lill-membri tal-Kunsill Lokali u s-Soċjeta Ċivili

  • Messaġġ tal-Arċisqof lill-membri tal-Kunsill Lokali u s-Soċjeta Ċivili

  • Ħaż-Żabbar
    15 ta’ Diċembru 2013

    Ħuti, aħna ġejna flimkien biex niċċelebraw il-ħidma li kien hawn f’din il-parroċċa f’dawn il-ġranet. Jien nirringrazzjakom għaliha u ċert li l-Mulej jirringrazzjakom talli b’sagrifiċċju għamiltu din il-funzjoni, din iċ-ċelebrazzjoni llum f’dan il-post…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-mitt sena mit-twaqqif tas-Sorijiet Klarissi f’Malta

  • Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-mitt sena mit-twaqqif tas-Sorijiet Klarissi f’Malta

  • San Ġiljan
    9 ta’ Diċembru 2013

    Ħuti, aħna ġejna hawnhekk biex nifirħu ma’ din il-komunita tal-Klarissi għal mitt sena li ilhom fostna. U jien  għamilt din il-mistoqsija għalija: imma għaliex għandna nroddu ħajr lil Alla, bħala Knisja, għall-fatt li s-sorijiet Klarissi ġew Malta? …

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 2 ta’ Jannar

  • Il-Vanġelu tal-jum – 2 ta’ Jannar
  • Gwann 1, 19-28

    Ix-xhieda ta’ Ġwanni kienet din: meta l-Lhud ta’ Ġerusalemm bagħtu għandu xi qassisin u Leviti biex jistaqsuh, “Int min int?”, hu stqarr bla ma ċaħad: “Jien m’iniex il-Messija.” Huma reġgħu staqsewh: “Mela min int? Elija?” “M’iniex,” qalilhom. “Int il-Profeta?” “Le,” weġibhom. Mbagħad qalulu: “Mela min int? Biex nagħtu tweġiba lil dawk li bagħtuna…

  • Kompli aqra »