Arkivji mensili: Jannar 2014

Il-Vanġelu tal-jum – 20 ta’ Jannar

  • Il-Vanġelu tal-jum – 20 ta’ Jannar
  • Mark 2,18-22
    Darba waħda d-dixxipli ta’ Ġwanni u l-Fariżej kienu sajmin, u ġew u qalu lil Ġesù: “Għaliex id-dixxipli ta’ Ġwanni u d-dixxipli  tal-Fariżej isumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?” Qalilhom Ġesù: “Huwa l-ħbieb ta’ l-għarus se jsumu sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Sakemm ikollhom l-għarus magħhom m’humiex se jsumu. Imma jasal il-jum meta l-għarus jitteħdilhom, u mbagħad isumu dakinhar…

  • Kompli aqra »

Il-Jum Dinji tal-Immigranti u r-Refuġjati 2014: “Lejn Dinja Aħjar”

  • Il-Jum Dinji tal-Immigranti u r-Refuġjati 2014: “Lejn Dinja Aħjar”
  • Sunday 19th January the Church marks the 100th World Day of Migrants and Refugees.

    In his message to mark this occasion, Pope Francis urged countries to welcome and respect migrants and refugees and not to treat them as “pawns on the chessboard of humanity”.

    In a world in which there are some 200 million migrants – 44 million of whom are refugees and internally displaced people – the Pope said “They are children, women and men who leave or who are forced to leave their homes for various reasons, who share a legitimate desire for knowing and having, but above all for being more.”

    He also repeats his condemnation of “slave labour” and trafficking, develops his criticism of a “throwaway culture, and reiterates there must be a change in attitude on the part of host countries”…

  • Kompli aqra »

20 – 26 ta’ Jannar

  • 20 – 26 ta’ Jannar

  • It-Tnejn          
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
    4.30 p.m.         L-Arċisqof iżur il-kommunita tas-sorijiet Ursulini u r-residenti ta’ Fatima House, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa ta’ Stella Maris, tas-Sliema…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 19 ta’ Jannar

  • Il-Vanġelu tal-jum – 19 ta’ Jannar
  • It-Tieni Ħadd ta’ matul is-sena
    Ġwann 1,29-34

    L-għada Ġwanni ra lil Ġesù riesaq lejh, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla, li jneħħi d-dnub tad-dinja. Dan hu li għalih għedtilkom, ‘Warajja ġej bniedem li hu aqwa minni, għax kien qabli.’ Anqas jien stess ma kont nafu; imma jien għalhekk ġejt ngħammed bl-ilma, biex hu jkun mgħarraf lil Iżrael.” U Ġwanni xehed għalih u qal: “Jiena rajt l-Ispirtu nieżel mis-sema bħal ħamiema u joqgħod fuqu…

  • Kompli aqra »

Alla inqas u inqas preżenti fl-Ewropa

  • Alla inqas u inqas preżenti fl-Ewropa
  • In his meeting with the Finnish delegation yesterday, Pope Francis expressed his concern about God’s presence in Europe.

    “In this time and age, the ecumenical path and the relations between Christians are also experiencing major change, due first and foremost to the fact that we are having to profess our faith in the context of societies and cultures that refer less and less to God and to all that refers to the transcending dimension of life…

  • Kompli aqra »

1,319 Żwieġ fil-Knisja f’Malta fis-Sena 2013

  • 1,319 Żwieġ fil-Knisja f’Malta fis-Sena 2013
  • In-numru ta’ żwiġijiet fil-Knisja li ġew irreġistrati fl-Arċidjoċesi ta’ Malta għas-sena 2013 kien ta’ 1,319. Mit-total ta’ żwiġijiet rreġistrati fl-2013, 1,136 żwieġ kienu bejn Maltin. Kien hemm ukoll 62 żwieġ bejn Maltin u barranin. Dawn kienu mqassmin hekk: 32 żwieġ bejn Kattoliċi Maltin u Kattoliċi barrani; 19 żwieġ bejn Kattoliċi Maltin u Insara mhux Kattoliċi barranin; 11-il żwieġ ta’ Maltin ma’ barranin li mhumiex Insara…
  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 18 ta’ Jannar

  • Il-Vanġelu tal-jum – 18 ta’ Jannar
  • Mark 2, 13-17
    Raġa’ ħareġ lejn xatt il-baħar, u n-nies kollha resqu lejh, u hu qagħad jgħallimhom. Hu u għaddej lemaħ lil Levi ta’ Alfew bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi. “Ejja warajja,” qallu. Dak qam u mar warajh.  U ġara li kif kien fuq il-mejda fid-dar tiegħu, bosta pubblikani u midinbin qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù, u mad-dixxipli tiegħu; għax kien hemm ħafna li bdew imorru warajh…

  • Kompli aqra »

Anniversarju tal-Ordinazzjoni Episkopali tal-Arċisqof Pawlu Cremona

  • Anniversarju tal-Ordinazzjoni Episkopali tal-Arċisqof Pawlu Cremona

  • L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser jiċċelebra s-seba’ anniversarju tal-ordinazzjoni episkopali tiegħu b’Quddiesa Konċelebrata ta’ Radd il-Ħajr fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, nhar il-Ħadd 19 ta’ Jannar 2014, fil-5.30 p.m…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 17 ta’ Jannar

  • Il-Vanġelu tal-jum – 17 ta’ Jannar
  • Mark 2,1-12

    Meta wara xi ġranet daħal Kafarnahum, in-nies semgħet li kien id-dar. U nġabru bosta, hekk li ma kienx hemm fejn joqogħdu iżjed, anqas quddiem il-bieb. U qagħad ixandrilhom il-kelma. U marru ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, merfugħ minn erbgħa min-nies. Billi ma setgħux jersqu sa ħdejh minħabba l-kotra, qalgħu s-saqaf ta’ fuqu, fetħu toqba, u niżżlu minnha l-friex li fuqu kien mimdud il-mifluġ…

  • Kompli aqra »