Arkivji mensili: Jannar 2014

Il-Vanġelu tal-jum – 16 ta’ Jannar

  • Il-Vanġelu tal-jum – 16 ta’ Jannar
  • Mark 1,40-45

    Resaq fuqu wieħed lebbruż jitolbu bil-ħerqa, nxteħet għarkubbtejh quddiemu u qallu: “Jekk trid, tista’ tfejjaqni.” Mqanqal mill-ħniena, Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid, kun imnaddaf.” U minnufih il-lebbra marritlu u ġismu ndaf. U widdbu bis-sħiħ, bagħtu malajr u qallu: “Qis li ma tgħid xejn lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis, u agħmel offerta għall-fejqan tiegħek kif ordna Mosè, biex tkunilhom ta’ xhieda.” Iżda dak, meta telaq, beda jxandar ma’ kullimkien u jxerred l-aħbar, hekk li Ġesù f’ebda belt ma sata’ iżjed jidħol bid-dieher, imma kien jibqa’ barra fil-kampanja u kienu jmorru ħdejh nies minn kullimkien…

  • Kompli aqra »

Live-in tal-Kappillani 2014

  • Live-in tal-Kappillani 2014

  • Il-Kappillani tas-70 parroċċa f’Malta qed jattendu għal-Live-in li qed isir fis-Seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtù, ir-Rabat. Dan il-live-in beda l-bieraħ, it-Tlieta 14 ta’ Jannar, u jintemm għada, il-Ħamis 16 ta’ Jannar 2014…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu iċ-Ċentru Kateketiku u il-Katekisti fil-Parroċċa ta’ Stella Maris

  • L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu iċ-Ċentru Kateketiku u il-Katekisti fil-Parroċċa ta’ Stella Maris
  • Nhar it-Tnejn, 13 ta’ Diċembru 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar iċ-Ċentru Kateketiku tal-parroċċa ta’ Stella Maris, tas-Sliema. Iltaqa’ mat-tfal li jattendu dan iċ-Ċentru, kif ukoll mal-membri tal-Kummissjoni Kateketika u il-katekisti.

    Biex issegwi l-attivitajiet tal-Arċisqof waqt iż-Żjara Pastorali, agħfas hawn.

  • Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 15 ta’ Jannar

  • Il-Vanġelu tal-jum – 15 ta’ Jannar
  • Mark 1,29-39

     
    Ħarġu mis-sinagoga u baqa’ sejjer ma’ Ġakbu u Ġwanni għand Xmun u Indrì. Issa omm il-mara ta’ Xmun kienet fis-sodda bid-deni, u malajr qalulu biha. Resaq lejha, qabadha minn idha u qajjimha. U d-deni ħallieha, u bdiet isservihom. Fil-għaxija, mbagħad, fi nżul ix-xemx, ħadulu quddiemu lil dawk kollha li kienu morda jew li kienu maħkuma mix-xitan…

  • Kompli aqra »

Ġimgħa ta’ talb għall-għaqda fost l-insara

  • Ġimgħa ta’ talb għall-għaqda fost l-insara
  • Il-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara din is-sena ser issir bejn it-18 u l-25 ta’ Jannar. L-għan ta’ dan it-talb hu li jingħelbu l-firdiet fost l-Insara ta’ Knejjes differenti. It-tema għal din is-sena hi “Jaqaw Kristu mifrud?”. Il-Ħamis 23 ta’ Jannar, fis-6.30 p.m., f’St Andrew’s Scots’ Church, il-Belt Valletta, ser isir Servizz Ekumeniku bis-sehem tal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P…
  • Kompli aqra »

Pubblikazzjoni għat-tfal mill-Uffiċċju Missjunarju

    Pubblikazzjoni għat-tfal mill-Uffiċċju Missjunarju

  • “L-Internet fil-ġungla u stejjer oħra” huwa l-isem ta’ ktieb maħruġ mill-Uffiċċju Missjunarju. Imżejjen b’illustrazzjonijiet oriġinali ta’ Monique Mallia, il-ktieb fih numru ta’ stejjer b’tagħlima u b’temi missjunarji…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Koppji Miżżewġa u Għarajjes

  • L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Koppji Miżżewġa u Għarajjes

  • Nhar is-Sibt 18 ta’ Jannar, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser jiċċelebra Quddiesa għal dawk il-koppji li żżewġu matul l-2013. Din iċ-ċelebrazzjoni ser issir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-6:30 p.m…

  • Kompli aqra »

Il-Familji mkissra qed jiżdiedu, hemm bżonn urġenti ta’ “policies” – Il-Papa Franġisku

  • Il-Familji mkissra qed jiżdiedu, hemm bżonn urġenti ta’ “policies” – Il-Papa Franġisku

  • Pope Franics address to the Diplomatic Corps on the 12th January 2014, in the Sala Regia of the Vatican Apostolic Palace.

    “Fraternity is generally first learned within the family” which “by its vocation” is meant to “spread its love to the world” and “contribute to the growth of that spirit of service and sharing which builds peace”, the Pope said in his traditional meeting with the Diplomatic Corps accredited to the Holy See on the occasion of his New Year’s greeting…

  • Kompli aqra »