Arkivji mensili: Frar 2014

Il-Vanġelu tal-jum – 7 ta’ Frar

  • Il-Vanġelu tal-jum – 7 ta’ Frar
  • Mark 6,14-29

    Is-sultan Erodi sama’ bih, għax ismu kien sar magħruf, u xi wħud bdew jgħidu: “Ġwanni l-Battista qam mill-imwiet; minħabba f’hekk li s-setgħat tal-mirakli qegħdin jaħdmu fih.” Imma oħrajn bdew jgħidu: “Dan Elija.” U oħrajn: “Profeta, bħal wieħed mill-profeti  l-oħra.” Iżda Erodi, meta sama’ bih, qal: “Ġwanni l-Battista, li jien qtajtlu rasu, hu qam mill-mewt.” Għax kien Erodi stess li bagħat jarresta lil Ġwanni u qaflu fil-ħabs minħabba Erodja, mart ħuh Filippu, billi kien iżżewwiġha hu…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni tal-Liturġija u il-Kunsilli Parrokjali fil-parroċċa ta’ San Ġorġ Ħal Qormi

  • L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni tal-Liturġija u il-Kunsilli Parrokjali fil-parroċċa ta’ San Ġorġ Ħal Qormi

  • Nhar l-Erbgħa 5 ta’ Frar, l-Arċisqof iltaqa’ mal-Kummissjoni  Liturġija u mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, Kummissjoni Implementazzjoni Sindodu u mal-Kunsill Ekonomiku Parrokjali bħala parti mill-Viżta Pastorali fil-parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 6 ta’ Frar

  • Il-Vanġelu tal-jum – 6 ta’ Frar
  • Mark 6,7-13

    Gesu sejjaħ it-Tnax, u beda jibgħathom tnejn tnejn, filwaqt li tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena. U wissiehom biex ma jieħdu xejn magħhom għat-triq ħlief ħatar: la ħobż, la ħorġa, lanqas flus fi ħżiemhom; imma li jilbsu l-qrieq u ma jxiddux żewġ ilbiesi. Qalilhom: “Fejn tidħlu f’xi dar, ibqgħu fiha sa ma titilqu minn hemmhekk…

  • Kompli aqra »

Irtir għal nisa li għaddew minn Separazzjoni

  • Irtir għal nisa li għaddew minn Separazzjoni

  • Matul iż-żmien tar-Randan ser jiġi organizzat irtir, mill-Kummissjoni Djoċesana Familja, Moviment ta’ Kana u Caritas, għal nisa li għaddew minn separazzjoni.
     
    Dati: Mis-7 ta’ April sal-10 ta’ April 2014 (tliet iljieli)
    Post: Manresa House, Għawdex
    Preżż: Euro 75 (ikel inkluz)
    Il-postijiet huma limitati ħafna, għaldaqstant nissuġġerixxu li taħsbu kmieni biex tibbukkjaw…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu ta-jum 5 ta’ Frar

  • Il-Vanġelu ta-jum 5 ta’ Frar
  • Mark 6,1-6

    Telaq minn hemm u mar lejn pajjiżu u d-dixxipli tiegħu marru miegħu. Meta wasal is-Sibt, daħal jgħallem fis-sinagoga, u  l-ħafna li semgħuh bdew jistagħġbu u jgħidu: “Mnejn kisbu dan kollu? U x’inhu dan l-għerf li ngħatalu biex saħansitra qegħdin isiru dawn  l-għeġubijiet kbar b’idejh? Dan m’huwiex il-mastrudaxxa bin Marija u ħu Ġakbu u Ġożè u Ġuda u Xmun? …

  • Kompli aqra »

Forum għall-professjonisti u l-ħaddiema fil-kura tas-saħħa

  • Forum għall-professjonisti u l-ħaddiema fil-kura tas-saħħa

  • It-Tlieta 4 ta’ Frar 2014, fl-Isptar Mater Dei, sar forum għall-professjonisti u l-ħaddiema fil-kura tas-saħħa bit-tema: “Il-Kura b’wiċċ uman: inħaddnu bl-imħabba l-valuri”. L-attività ġiet organizzata mill-Kummissjoni Pastorali mal-Ħaddiema fil-Qasam tas-Saħħa. Din il-Kummissjoni tal-Knisja f’Malta tnediet fil-bidu ta’ din is-sena bl-iskop li tgħin fil-kura pastorali tal-professjonisti u l-ħaddiema f’dan il-qasam. Indirizza l-forum l-Isqof ta’ Għawdex, Mons…

  • Kompli aqra »