Arkivji mensili: Marzu 2014

Il-Vanġelu tal-jum – 22 ta’ Marzu

  • Il-Vanġelu tal-jum – 22 ta’ Marzu
  • Luqa 15,1-3. 11-32
    Il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu bi ħġarhom biex jisimgħuh. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom!” U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: “Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Iż-żgħir qal lil missieru, ‘Missier, agħtini s-sehem li jmiss lili mill-ġid.’ U dak qassmilhom il-ġid…

  • Kompli aqra »

Programm taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa tal-Balluta

  • Programm taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa tal-Balluta

  • Is-Sibt 22 ta’ Marzu
    6.30 p.m.             L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokjali fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali u wara jiltaqa man-nies. Wara jiltaqa’ mal-Komunità tal-Patrijiet Karmelitani u jiekol magħhom…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 21 ta’ Marzu

  • Il-Vanġelu tal-jum – 21 ta’ Marzu
  • Mattew 21,33-43,45-46

    “Isimgħu parabbola oħra: Kien hemm wieħed, sid ta’ għalqa, u ħawwilha bid-dwieli; tellgħalha ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, u bnielha torri; u qabbilha lil xi bdiewa. U siefer f’art oħra. Meta wasal żmien il-frott, bagħat il-qaddejja tiegħu għand dawk il-bdiewa biex jiġbrulu l-frott li kien imissu. Iżda l-bdiewa qabdu lill-qaddejja, u lil wieħed sawwtuh, lil ieħor qatluh, u lil ieħor ħaġġruh…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 20 ta’ Marzu

  • Il-Vanġelu tal-jum – 20 ta’ Marzu
  • Luqa 16, 19-31

    “Mela kien hemm raġel għani, jilbes il-porpra u għażel mill-ifjen; l-hena tiegħu kien li kuljum jagħmel ikla mill-aħjar. U wieħed fqir jismu Lazzru, li kellu ġismu ġerħa waħda, kien imur jinxteħet ħdejn il-bieb ta’ daru, bix-xewqa li jixba’ b’dak li jaqa’ mill-mejda ta’ l-għani. Sa l-klieb kienu jmorru jilagħqu l-ġrieħi tiegħu…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 19 ta’ Marzu

  • Il-Vanġelu tal-jum – 19 ta’ Marzu
  • Matthew 1,16.18-21,24

    Ġakobb nissel lil Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija, li minnha twieled Ġesù li jsejjħulu l-Messija. It-tnissil ta’ Ġesù l-Messija sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil-ħidma ta’ l-Ispirtu s-Santu. Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies…

  • Kompli aqra »

Il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ dwar il-VOT 16

  • Il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ dwar il-VOT 16

  • Il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ) ikkummissjonat studju lil grupp ta’ esperti, li kellu bħala Chairperson lil Prof. Dun George Grima u bħala membri lil Dr Joanne Cassar, Dr Ruth Falzon, Prof…

  • Kompli aqra »

L-ewwel anniversarju mill-elezzjoni tal-Papa Franġisku

  • L-ewwel anniversarju mill-elezzjoni tal-Papa Franġisku
  • Nhar il-Ħadd 16 ta’ Marzu 2014, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. flimkien man-Nunzju Appostoliku Mons. Aldo Cavalli, l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna u l-Isqof Emeritu Ġużeppi Mercieca ikkonċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament fl-okkażjoni tal-ewwel anniversarju mill-elezzjoni tal-Papa Franġisku.

  • Ritratti: Photocity
    www.photocitymalta.com

  • Konkatidral ta’ S…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 18 ta’ Marzu

  • Il-Vanġelu tal-jum – 18 ta’ Marzu
  • Mattew 23, 1-12

    Mbagħad Ġesù kellem lin-nies u lid- dixxipli tiegħu, u qalilhom: “Fuq il-katedra ta’ Mosè qagħdu l-kittieba u Fariżej. Mela kull ma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn. Huma jorbtu qatet kbar u tqal u jgħabbuhom fuq spallejn ħaddieħor, waqt li huma stess anqas b’sebagħhom wieħed ma jridu jħarrkuhom…

  • Kompli aqra »