Arkivji mensili: Marzu 2014

Il-Vanġelu tal-jum – 9 ta’ Marzu

  • Il-Vanġelu tal-jum – 9 ta’ Marzu
  • l-Ewwel Ħadd tar-Randan
    Mattew 4,1-11

    Mbagħad l-Ispirtu ħa lil Ġesù fid-deżert biex ix-Xitan iġarrbu. U Ġesù baqa’ sajjem għal erbgħin jum u erbgħin lejl, u   fl-aħħar ħadu l-ġuħ. U resaq it-tentatur u qallu: “Jekk inti Bin Alla, ordna li dan il-ġebel isir ħobż.” Iżda Ġesù wieġbu: “Hemm miktub, ‘Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix, Iżda b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla.’ Mbagħad ix-Xitan ħadu miegħu fil-Belt imqaddsa, qiegħdu fuq il-quċċata tat-tempju, u qallu: “Jekk inti Bin Alla, inxteħet għal isfel; għax hemm miktub li, ‘Lill-anġli tiegħu jordnalhom jieħdu ħsiebek,’ u li ‘Fuq idejhom jerfgħuk, Ħalli ma taħbatx riġlejk ma’ xi ġebla.’ ” Qallu Ġesù: “Hemm miktub ukoll, ‘Iġġarrabx lill-Mulej Alla tiegħek.’ ” Għal darb’oħra x-xitan ħadu miegħu fuq muntanja għolja ħafna, urieh is-saltniet kollha tad-dinja u l-glorja tagħhom, u qallu: “Dawn kollha nagħtihom lilek jekk tinxteħet tadurani.” Mbagħad qallu Ġesù: “Itlaq, Xitan! …

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jħabbar żjara fil-Korea

  • Il-Papa Franġisku jħabbar żjara fil-Korea

  • It’s official: Pope Francis is going to South Korea. A statement from the Press Office of the Holy See on Monday confirmed that the Holy Father will be traveling to the Republic of Korea from August 14th to August 18th…

  • Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-Parroċċa tal-Imġarr

  • Kappillan ġdid għall-Parroċċa tal-Imġarr

  • L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Emmanuel Camilleri bħala kappillan tal-parroċċa ta’ Santa Marija, l-Imġarr. Dun Emmanuel twieled fit-28 ta’ Ottubru 1961. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja ta’ St Monica, l-Mosta, l-edukazzjoni sekondarja f’Savio College, Ħad-Dingli u fil-Kulleġġ Stella Maris (6th Form) l-Gżira…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 8 ta’ Marzu

  • Il-Vanġelu tal-jum – 8 ta’ Marzu
  • Luqa 5, 27-32

    Wara dan, ħareġ u lemaħ wieħed pubblikan, jismu Levi, bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi, u qallu: “Ejja warajja.” Dak telaq kollox, qam u mar warajh. Mbagħad Levi għamillu laqgħa kbira f’daru stess, u kien hemm magħhom fuq il-mejda kotra kbira ta’ pubblikani u nies oħra. Il-Fariżej u l-kittieba sħabhom bdew igemgmu mad-dixxipli tiegħu, u qalulhom: “Dan l-għala tieklu u tixorbu mal-pubblikani u l-midinbin?” U Ġesù weġibhom: “Mhux dawk li huma f’saħħithom għandhom bżonn it-tabib, iżda l-morda…

  • Kompli aqra »

L-Isqof Scicluna jipprietka l-Eżerċizzi tar-Randan

  • L-Isqof Scicluna jipprietka l-Eżerċizzi tar-Randan
  • L-Isqof Awżiljarju, Mons. Charles J. Scicluna, ser jipprietka l-eżerċizzi spiritwali tar-Randan għall-koppji miżżewga u għall-ħaddiema, u wkoll joffri l-omelija fuq l-Evanġelju tal-Ħadd f’żewġ parroċċi differenti. It-tema ġenerali ta’ dawn l-eżerċizzi hi l-Ferħ tal-Evanġelju: Evangelii Gaudium. L-omeliji fil-parroċċi jibdew għada s-Sibt 8 ta’ Marzu, waqt il-Quddiesa tas-6.30 p.m. fil-Knisja Parrokkjali tal-Mosta. Dawn l-eżerċizzi ser ikomplu kull nhar ta’ Sibt sal-5 ta’ April…
  • Kompli aqra »

3 – 9 ta’ Marzu

  • 3 – 9 ta’ Marzu
  • It-Tnejn          
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
    4.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi, jiċċelebra Quddiesa u joqgħod magħhom għall-ikel, fis-Seminarju tal-Virtù.
     
    It-Tlieta          
    7.30 p.m.         L-Arċisqof imexxi Ċelebrazzjoni Penitenzjali għall-Kleru, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija, Birkirkara.
     
    L-Erbgħa
    8.30 a.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Ras ir-Randan, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 7 ta’ Marzu

  • Il-Vanġelu tal-jum – 7 ta’ Marzu
  • Mt 9,14-15

    Mbagħad resqu lejh id-dixxipli ta’ Ġwanni u qalulu: “Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?” Qalilhom Ġesù: “Huwa l-mistednin ta’ l-għarus se jsewwdu qalbhom sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma jasal il-jum meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu.

    Il-Qaddisin  tal-Jum: Santa Perpetwa u Santa Felicita, martri

  • Kompli aqra »

€97,000 għall-vittmi tat-tifun Haiyan

  • €97,000 għall-vittmi tat-tifun Haiyan
  • Fit-12 ta’ Novembru 2013, Caritas Malta nediet kampanja ta’ ġbir ta’ fondi għall-vittmi tat-tifun Haiyan, fil-Filippini. Din il-kampanja saret ukoll fuq talba tal-Konferenza Episkopali Maltija. ​Bħalma jagħmel dejjem, il-poplu Malti wieġeb għal dan l-appell b’ ġenerożità kbira, tant li nġabret is-somma ta’ €97,000. Dawn il-fondi ser jintużaw biex il-Caritas Internationalis u dik fil-Filippini tkun tista’ ttaffi mit-tbatija li għaddejjin minnha dawk milquta’ mit-tifun…
  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 6 ta’ Marzu

  • Il-Vanġelu tal-jum – 6 ta’ Marzu
  • Luqa 9, 22-25

    U Gesu qalilhom: “Jeħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna, jiċħduh ix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum.” Darba qal lil kulħadd: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu kuljum, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isalvaha…

  • Kompli aqra »

Żmien ir-Randan

  • Żmien ir-Randan
  • Illum, l-Erbgħa 5 ta’ Marzu, il-Knisja tagħti bidu għar-Randan Imqaddes: erbgħin jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu. Matul ir-Randan, il-Knisja tħeġġeġ lill-membri tagħha biex, fost affarjiet oħra, jaqraw il-Kelma ta’ Alla, jieħdu sehem fis-sagramenti, u jattendu l-Eżerċizzi Spiritwali. Bħala gwida dwar ċaħda personali u ta’ karita’, l-Isqfijiet iqiegħdu quddiem il-membri tal-Knisja għadd ta’ opri tajba biex jagħżlu minn fosthom dawk li l-iktar jiswewlhom sagrifiċċju…
  • Kompli aqra »