Arkivji mensili: Mejju 2014

‘Fun Day’ għall-familja mill-grupp Belong

  • ‘Fun Day’ għall-familja mill-grupp Belong
  • Il-grupp BELONG qed jiċċelebra l-għaxar anniversarju mit-twaqqif tiegħu b’Fun Day għall-familja, nhar il-Ħadd 18 ta’ Mejju 2014, mill-10.30 a.m. sal-4:30 p.m., fil-Park Nazzjonali (Oak Tree Circle) f’Ta Qali. Id-dħul huwa b’xejn. 

    L-attività ser tinkludi kant, mużika, ikel varjat, diskussjoni, puppet shows u ambjent sabiħ. Ikun hemm Quddies f’ 11:45am.
     
    Il-grupp Belong jakkumpanja l-koppji f’Malta waqt li huma jiżviluppaw u jsaħħu r-relazzjoni tagħhom…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa liturġika ta’ San Filep u jiltaqa’ mal-membri tal-Kunsilli tal-parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ

  • L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa liturġika ta’ San Filep u jiltaqa’ mal-membri tal-Kunsilli tal-parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ
  • Nhar it-Tnejn 12 ta’ Mejju 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mal-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokjali, tal-Kummissjoni Implementazzjoni Sinodu u tal-Kunsill Ekonomiku Parrokjali ta’ Ħaż-Żebbuġ. Aktar tard iċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokjali ta’ Ħaż-Żebbuġ fl-okkażjoni tal-festa liturgika ta’ San Filep, bħala parti miż-Żjara Pastorali f’din il-parroċċa.

    Laqa’ mal-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokjali, Kummissjoni Implementazzjoni Sinodu u l-Kunsill Ekonomiku Parrokjali

  • Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa liturġika ta’ San Filep

  • Kompli aqra »

The Great Beauty

  • The Great Beauty
  • ****

    Direttur:        Paolo Sorrentino
    Atturi:            Toni Servillo, Carlo Verdone, Sabrina Ferilli
    Ħin:                150 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 15
    Klassifika tal-Knisja: 18
     
    Jep Gambardella huwa kittieb, għalkemm fil-fatt ma’ tantx jikteb. L-ewwel u l-uniku rumanz tiegħu, “The Human Apparatus”, għalkemm meta ħareġ kien għamel suċċess issa ilhu li ntesa’, iżda lil Jep għadu jfakkru li seta’ rnexxa bħala kittieb imma baqa’ m’għamel xejn…

  • Kompli aqra »

Brick Mansions

  • Brick Mansions
  • **

    Direttur:        Camille Delamarre
    Atturi:            Paul Walker, David Belle, RZA, Catalina Denis
    Ħin:                90 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 15
    Klassifika tal-Knisja: 18
     
    ‘Black Mansions’ f’Detroit huwa housing estate żdangat u li qed jiġġarraf, tant li l-awtoritajiet għalquh b’ħajt. Madankollu f’dan il-bini jirrenja l-baruni tad-droga Tremaine Alexander. Id-detective Damien Collier, flimkien ma Lino Dupree li jaħdem kontra d-droga, jitqabbad jinfiltra fi Black Mansions…

  • Kompli aqra »

JRS: Kliem il-Papa dwar l-immigrazzjoni jmissu l-għeruq tal-problema

  • JRS: Kliem il-Papa dwar l-immigrazzjoni jmissu l-għeruq tal-problema 
  • As the death toll of migrants rises in the latest boat sinking in the Mediterranean sea, Pope Francis is calling on Europe to unite forces and to put human rights in the forefront.

    Speaking at the General Audience, the Pope asked for prayers for those who have lost their lives in the past days as they crossed the Mediterranean sea in overcrowded and derelict vessels, describing such incidents as “shameful carnage”…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Kappella ta’ Ħal Muxi u jiltaqa’ mal-kommunità Ulied Marija Ewkaristika u membri tas-Soċjetà Ċivili

  • L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Kappella ta’ Ħal Muxi u jiltaqa’ mal-kommunità Ulied Marija Ewkaristika u mal-membri tas-Soċjetà Ċivili
  • Nhar il-Ħadd 11 ta’ Mejju 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa fil-Kappella ta’ Ħal Mula u wara iltaqa’ man-nies. Aktar tard iltaqa’ mal-kommunità Ulied Marija Ewkaristika u mal-membri tas-Soċjetà Ċivili ta’ Ħaż-Żebbuġ, bħala parti miż-Żjara Pastorali f’din il-parroċċa.

    Quddiesa fil-Kappella ta’ Ħal Muxi

  • Laqgħa mal-kommunità Ulied Marija Ewkaristika

  • Laqgħa mal-membri tas-Soċjetà Ċivili

  • Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Kappella ta’ Ħal Mula

  • L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Kappella ta’ Ħal Mula
  • Nhar is-Sibt 10 ta’ Mejju 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa fil-kappella ta’ Ħal Mula u wara iltaqa’ man-nies, bħala parti miż-Żjara Pastorali f’Ħaż-Żebbuġ.

  • Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt…
  • Kompli aqra »

Stqarrija tal-Konferenza Episkopali Maltija dwar l-immigrazzjoni

  • Stqarrija tal-Konferenza Episkopali Maltija dwar l-immigrazzjoni
  • Il-Konferenza Episkopali Maltija tinnota b’sogħba l-inċidenti riċenti ta’ nies li kienu qed ifittxu l-ażil u li tilfu ħajjithom fuq il-baħar ta’ madwarna.  L-Isqfijiet jappellaw lill-Awtoritajiet Ċivili u  lill-Għaqdiet Non-Governattivi, b’mod speċjali dawk fi ħdan il-Knisja,  biex ikomplu fil-ħidma tagħhom favur il-ħajja umana u l-ħarsien tad-Drittijiet Fundamentali tal-bniedem.

    + MARIO GRECH                                                               + PAWLU CREMONA O.P…

  • Kompli aqra »

Jum il-Karità 2014

  • Jum il-Karità 2014
  • ‘Għin lil ħaddieħor igħix aħjar’
  • Nhar il-Ħadd 18 ta’ Mejju 2014, il-Knisja f’Malta ser tiċċelebra Jum il-Karità. Il-motto li ntagħżel għal din is-sena hu ‘Għin lil Ħaddieħor Igħix Aħjar’ (R. Follerau).
    Mill-offerti li ser jingħataw waqt il-quddies fi tmiem din il-ġimgħa, ser jibbenefikaw id-Djar tat-tfal, id-Djar tal-anzjani, Dar Pirotta, Id-Dar tal-Providenza, is-Segretarjat Emigranti Taqsima Refuġjati, is-Segretarjat Assistenza Soċjali u l-Caritas Malta…
  • Kompli aqra »

12 – 18 ta’ Mejju

  • 12 – 18 ta’ Mejju
  • It-Tnejn          
    9.30 a.m.         L-Arċisqof jikkonċelebra waqt Quddiesa immexxija mill-Em.T. Kardinal Maura Piacenza fil-ftuħ tal-Konferenza Internazzjonali tac-Church in Need, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
    5.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokjali, Kummissjoni Implementazzjoni Sinodu u mal-Kunsill Ekonomiku Parrokjali, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ.
    7.00 p.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokjali ta’ Ħaż-Żebbuġ fl-okkażjoni tal-festa liturġika ta’ San Filep…

  • Kompli aqra »