Arkivji mensili: Mejju 2014

Il-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali 2014

  • Il-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali 2014
  • Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali, li ser jiġi ċċelebrat nhar il-Ħadd l-ewwel ta’ Ġunju 2014, is-Segretarjat għall-Mezzi tal-Komunikazzjoni Soċjali nieda spot li ser jixxandar fuq l-istazzjonijiet tal-PBS. Il-messaġġ tal-ispot jistaqsi jekk il-mezzi tat-teknoloġija humiex iservu ta’ pont jew aljenazzjoni fil-komunikazzjoni soċjali. Il-kuntest tal-filmat huwa familja fil-ħajja ta’ kuljum, f’soċjetà teknoloġika.  

    Għal din l-okkażjoni wkoll, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., permezz tas-Segretarjat għall-Mezzi tal-Komunikazzjoni Soċjali, qed jorganizza ‘Business Brunch’ għall-edituri tal-aħbarijiet u dawk li jaħdmu fil-qasam tal-media

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 28 ta’ Mejju

  • Il-Vanġelu tal-jum – 28 ta’ Mejju
  • Gwann 16, 12-15

    “Baqagħli ħafna ħwejjeġ x’ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom. Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha; għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma’, u jħabbrilkom il-ġejjieni. Hu jagħtini glorja, għaliex jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom. Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi…

  • Kompli aqra »

Il-Parlament Ewropew li għadu kemm ġie elett għandu kompiti kbar jistennewh – COMECE

  • Il-Parlament Ewropew li għadu kemm ġie elett għandu kompiti kbar jistennewh – COMECE
  • Press Release of COMECE President Reinhard Cardinal Marx on the outcome of the European elections
    A large majority of the citizens who participated in the European elections voted for pro-European candidates. In the years to come this will allow the European Parliament to continue its work for the common good of all Europeans with dedicated and competent women and men. 
     
    A matter of concern is the significant increase of support for parties which reject the project of European integration…

  • Kompli aqra »

Clavary

  • Clavary
  • ****

    Direttur:        John Michael McDonagh
    Atturi:            Brendan Gleeson, Chris O’Dowd, Kelly Reilly, Aidan Gillen
    Ħin:                100 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 18
    Klassifika tal-Knisja: 18
     
    Fr James, qassis Irlandiż imdaħħal fiż-żmien li sar qassis wara li mietet marthu, jieħu xokk meta xi ħadd fil-konfessjunarju jgħidlu li meta kellu seba’ snin beda jiġi abbużat sesswalment minn qassis għal ħames snin sħaħ; jgħidlu li hu, Fr James, hu innoċenti imma se joqtlu fi żmien sebgħat ijiem oħra…

  • Kompli aqra »

Edge of Tomorrow

  • Edge of Tomorrow
  • ***

    Direttur:        Doug Liman
    Atturi:            Tom Cruise, Emily Blunt, Bill Paxton
    Ħin:                113 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 12A
    Klassifika tal-Knisja: 12A
     
    Fil-futur qrib razza ta’ aljeni qieshom qarnit kbar, imsejħin ‘Mimics’,  ikunu qed jattakkaw lid-dinja bla waqfien, ġarrfu għadd ta’ bliet u ħallew miljuni ta’ bnedmin mejta. Dawn l-aljeni huma intelliġenti, feroċi, u qliel, u l-ebda armata tad-dinja mhi kapaċi timmeċċja l-ħeffa u l-brutalita’ tagħhom…

  • Kompli aqra »

The Quiet Ones

  • The Quiet Ones
  • **

    Direttur:        John Pogue
    Atturi:            Jared Harris, Sam Claflin, Olivia Cooke, Erin Richards
    Ħin:                98 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 15
    Klassifika tal-Knisja: 18
     
    Fl-1974 Joseph Coupland, professur tal-psikoloġija fl-universita’ ta’ Oxford li juża metodi anortodossi ħafna, iqabbad lil Brian McNeil biex jiġbed l-esperimenti kontroversjali li, flimkien ma żewġ studenti tiegħu, Harry u Krissi, jkun qed jagħmel fuq Jane Harper, tfajla mentalment instabbli li tidher li hi ppossessatha minn spirtu diaboliku msejjaħ Evey…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokjali ta’ Ħaż-Żebbuġ

  • L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokjali ta’ Ħaż-Żebbuġ
  • Nhar l-Erbgħa 21 ta’ Mejju 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ippresieda l-Assemblea Parrokjali ta’ Ħaż-Żebbuġ fi tmien iż-Żjara Pastorali tiegħu f’din il-parroċċa.

  • Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt…
  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 27 ta’ Mejju

  • Il-Vanġelu tal-jum – 27 ta’ Mejju
  • Gwann 16, 5-11

    Issa sejjer għand dak li bagħatni, u ħadd minnkom ma jistaqsini, ‘Fejn sejjer?’ Imma għax għedtilkom dan, qalbkom imtliet bin-niket. Madankollu, ngħidilkom is-sewwa, jaqblilkom li jiena mmur; għaliex, jekk ma mmurx, id-Difensur ma jiġix għandkom; imma jekk immur, nibgħathulkom. U meta huwa jiġi, juri lid-dinja li għandha żball dwar id-dnub, il-ġustizzja u l-ġudizzju; id-dnub, filli huma ma jemmnux fija; il-ġustizzja, filli jien sejjer għand il-Missier, u intom m’intomx se tarawni iżjed; il-ġudizzju, filli l-Prinċep ta’ din id-dinja huwa ġa kkundannat…

  • Kompli aqra »

Ir-riflessjonijiet tal-Papa Franġisku waqt żjara f’Yad Vashem

  • Ir-riflessjonijiet tal-Papa Franġisku waqt żjara f’Yad Vashem
  • Pope Francis’ reflections at the Jerusalem Memorial for victims of Holocaust:

    ‘Adam, where are you?’ 

    This question is charged with all the sorrow of a Father who has lost his child. 

    The Father knew the risk of freedom; he knew that his children could be lost… yet perhaps not even the Father could imagine so great a fall, so profound an abyss! …

  • Kompli aqra »