Arkivji mensili: Ġunju 2014

Il-Vangelu tal-jum – 10 ta’ Gunju

  • Il-Vanġelu tal-jum – 10 ta’ Gunju
  • Mattew 5, 13-16

    “Intom il-melħ ta’ l-art. Imma jekk il-melħ jaqta’, biex jerġa’ jieħu t-togħma? Ma jibqa’ tajjeb għal xejn iżjed ħlief biex jintrema barra u jintrifes min-nies. “Intom id-dawl tad-dinja. Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba. Anqas ma jixegħlu l-musbieħ u jqegħduh taħt il-siegħ, iżda fuq l-imnara, u hekk idawwal lil kull min ikun fid-dar…

  • Kompli aqra »

Il-Paċi titlob il-kuraġġ, ħafna iktar mill-gwerra – il-Papa Franġisku

  • “Peacemaking calls for courage, much more so than warfare”, the courage “to say yes to encounter and no to conflict: yes to dialogue and no to violence; yes to negotiations and no to hostilities; yes to respect for agreements and no to acts of provocation; yes to sincerity and no to duplicity”.

    This was Pope Francis message to his guests Sunday evening – the Israeli and Palestinian Presidents Shimon Peres and Mahmoud Abbas – as he welcomed them to his home for an Invocation for Peace in the Holy Land…

  • Kompli aqra »

Dispjaċir dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea fuq l-inizzjattiva ‘One of Us’ – COMECE

  • The European Commission decided on 28 May not to submit any legislative proposal as a reply to the European Citizens Initiative ‘One of Us’. This initiative asked for the ending of the EU financing of activities which presuppose the destruction of human embryos, in particular in the areas of research (projects making use of human embryonic stem cells – hESC) and development cooperation (abortion, either directly or indirectly financed)…

  • Kompli aqra »

Riflessjoni wara l-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

    • Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent, il-Caritas, il-Kummissjoni Emigranti, iċ-Ċentru Fidi u Ġustizzja, il-Kummissjoni Pastorali fid-Dinja tax-Xogħol u l-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, jixtiequ jwasslu din ir-riflessjoni wara r-riżultat tal-elezzjoni għall-Parlament Ewropew. Irridu, qabel kollox, infaħħru lil dawk kollha li marru jivvutaw. Dan hu sinjal ċar li l-maġġoranza kbira tal-poplu Malti tifhem u terfa’ din ir-responsabbiltà.
  • Fl-istess ħin, ir-riżultat f’Malta u f’xi pajjiżi oħra jinkwetana minħabba l-fatt li l-ideoloġiji tal-lemin estrem irnexxielhom jiġbru numru konsiderevoli ta’ voti u jeleġġu membri fil-Parlament Ewropew…
  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 9 ta’ Ġunju

  • Il-Vanġelu tal-jum – 9 ta’ Ġunju
  • Mattew 5, 1-12

    Kif ra l-folol, Ġesù tala’ fuq il- muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu.  Fetaħ fommu u qabad jgħallimhom u jgħid: “Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa. Henjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom b’wirthom l-art. Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx  tal-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħin…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjoni Djoċesana fl-okkażjoni tal-festa ta’ Għid il-Ħamsin

  • Nhar is-Sibt 7 ta’ Ġunju 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona mexxa ċelebrazzjoni Djoċesana fil-Vġili ta’ Pentekoste. Il-Quddiesa saret fil-Knisja parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid. In-Nunzju Appostoliku, Mons. Aldo Cavalli, u l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna kkonċelebraw. Matul il-Quddiesa sar talb għall-paċi fl-Art Imqaddsa, hekk kif illum il-Papa Franġisku ser ilaqqa’ l-President Palestinjan Mahmoud Abbas u l-President Iżraeljan Shimon Peres fil-Vatikan, għal mument ta’ talb għall-paċi…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 8 ta’ Ġunju

  • Il-Vanġelu tal-jum – 8 ta’ Ġunju
  • GĦID IL-ĦAMSIN –    PENTEKOSTE
     
    Gwann 20, 19-23

    Dak in-nhar fil-għaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!” Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej. Mbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: “Is-sliem għalikom! …

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 7 ta’ Ġunju

  • Il-Vanġelu tal-jum – 7 ta’ Ġunju
  • Ġwann 21, 20-25

    Pietru dar, u ra lid-dixxiplu li kien iħobb Ġesù miexi warajhom, dak id-dixxiplu li waqt l-ikla kien imtedd fuq sider Ġesù u qallu, ‘Mulej, min hu li se jittradik?’ Pietru, mela, kif ra lil dan, qal lil Ġesù: “U dan, Mulej, x’se jsir minnu?” Ġesù qallu: “Inti x’inhi affarik jekk jiena rridu jibqa’ sa ma niġi? …

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 6 ta’ Ġunju

  • Il-Vanġelu tal-jum – 6 ta’ Ġunju
  • Ġwann 21, 15-19

    Wara li kielu xi ħaġa, Ġesù qal lil Xmun Pietru: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int aktar minn dawn?” “Iva, Mulej,” wieġbu, “int taf li nħobbok.” Qallu: “Irgħa l-ħrief tiegħi.” Staqsieh għat-tieni darba: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int?” “Iva, Mulej,” wieġbu,”int taf li nħobbok.” Qallu: “Irgħa n-nagħaġ tiegħi.” Għat-tielet darba staqsieh: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni?” Pietru ħass għafsa ta’ qalb għax staqsieh għat-tielet darba, ‘Tħobbni?’ u qallu: “Mulej, int taf kollox, inti taf li nħobbok.” Qallu Ġesù: “Irgħa n-nagħaġ tiegħi…

  • Kompli aqra »

Maleficent

  • **** Direttur:          Robert Stromberg
    Atturi:             Angelina Jolie, Sharlto Copley, Elle Fanning, Sam Riley, Imelda Staunton, Juno Temple u Lesley Manville
    Ħin tal-film:    97 min.
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 PG
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      12A

    Maleficent, tfajla ħelwa,  tgħix ġewwa foresta fis- sliem,  qrib saltna li ma kien jonqosha xejn sakemm jum wieħed, armata tinvadi lil din is-saltna u tħarbat l-armonija li kienet tirrenja fiha…

  • Kompli aqra »