Arkivji mensili: Ġunju 2014

X-Men: Days of Future Past

  • Direttur:          Bryan Singer
    Atturi:             Hugh Jackman, James McAvoy, Michael Fassbender, Jennifer Lawrence, Halle Berry, Anna Paquin, Ellen Page u Peter Dinklage
    Ħin tal-Film:    131 min.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 12A
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      12  

    Il-film jeħodna fil-futur qarib, 2023, il-mutanti kienu qegħdin jiġu ikkaċċjati għal qerda mis- Sentinelli. Ġewwa Moska, Warpath, Blink, Colossus, Sunspot u Iceman jinqatlu mis-Sentinelli iżda Bishop u Shadowcat jiġu  trasportati għal żmien bikri…

  • Kompli aqra »

A Million Ways to Die in the West

  • **

    Direttur:        Seth MacFarlane
    Atturi:            Seth MacFarlane, Charlize Theron, Liam Neeson, Amanda Seyfried
    Ħin:                115 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 15
    Klassifika tal-Knisja: 18
      
    Albert Stark huwa raħħal li jgħix f’Arizona fl-1882 li kien żmien perikoluż minħabba mard, annimali selvaġġi, nies armati b’pistoli, barrin maħrubin, eċċ. Kien żmien meta dejjem tista’ ssib xi ħaġa li toqtlok fil-Wild West…

  • Kompli aqra »

Postman Pat: The Movie

  • ***

    Direttur:        Mike Disa
    Atturi:            (vuċijiet ta’) Stephen Mangan, Jim Broadbent, David Tennant …
    Ħin:                 88 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: U
    Klassifika tal-Knisja: U
     
    Pat huwa postman dħuli, twajjeb u  populari fir-raħal imdawwar bis-siġar ta’ Greendale. Pat iwiegħed lil martu li jeħodha ġita fl-Italja, għax kien qed jistenna li jieħu l-bonus…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 5 ta’ Ġunju

  • Il-Vanġelu tal-jum – 5 ta’ Ġunju
  • Ġwann 17, 20-26

    “M’iniex nitlob għal dawn biss, imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom; nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda. Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina, biex hekk id-dinja temmen li inti bgħattni. Il-glorja li int tajt lili jiena tajtha lilhom, biex ikunu ħaġa waħda bħalma aħna ħaġa waħda: jiena fihom u inti fija, biex isiru ħaġa waħda għalkollox, ħalli d-dinja tagħraf li inti bgħattni u li ħabbejt lilhom kif ħabbejt lili…

  • Kompli aqra »

Talb għall-Paċi matul iċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana fil-Vġili ta’ Għid il-Ħamsin

    • Il-Knisja f’Malta wieġbet għas-sejħa tal-Papa Franġisku biex l-Insara jingħaqdu fit-talb għall-paċi fl-Art Imqaddsa. Dan hekk kif nhar il-Ħadd 8 ta’ Ġunju 2014, il-Papa Franġisku ser ilaqqa’ l-President Palestinjan Mahmoud Abbas u l-President Iżraeljan Shimon Peres fil-Vatikan, għal mument ta’ talb għall-paċi. Din l-istedina twasslet direttament liż-żewġ mexxejja mill-Papa Franġisku, waqt iż-żjara li huwa għamel fl-Art Imqaddsa bejn l-24 u s-26 ta’ Mejju 2014…
  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 4 ta’ Ġunju

  • Il-Vanġelu tal-jum – 4 ta’ Ġunju
  • Ġwann 17, 11-19

    U jien ma għadnix aktar fid-dinja, iżda huma għadhom fid-dinja, u jiena ġej għandek. Missier qaddis, ħarishom f’ismek dawk li inti tajtni, biex ikunu ħaġa waħda bħalna. Kemm domt magħhom, jiena ħaristhom fl-isem tiegħek, l-isem li tajtni. U jiena ħadt ħsiebhom, u ħadd minnhom ma ntilef ħlief bin it-telfien, biex isseħħ l-Iskrittura…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 3 ta’ Ġunju

  • Il-Vanġelu tal-jum – 3 ta’ Ġunju
  •  
    Ġwann 17, 1-11

    Wara li qal dan, Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema u qal: “Missier, waslet is-siegħa; agħti glorja lil Ibnek biex l-Iben jagħti glorja lilek, bħalma int tajtu s-setgħa fuq kull bniedem biex jagħti l-ħajja ta’ dejjem lil dawk kollha li inti fdajtlu. Din hi l-ħajja ta’ dejjem, li jagħrfu lilek, Alla waħdek veru, u lil Ġesù Kristu, li inti bgħatt…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 2 ta’ Ġunju

  • Il-Vanġelu tal-jum – 2 ta’ Ġunju
  • Ġwann 16, 29-33

    Id-dixxipli tiegħu qalulu: “Ara, issa qiegħed titkellem bil-miftuħ, u ebda tixbiha ma inti tgħid. Issa nafu li int taf kollox, u ma għandekx bżonn li wieħed jistaqsik. Għalhekk aħna nemmnu li inti ħriġt mingħand Alla.” Weġibhom Ġesù: “Temmnu issa? Ara, għad tiġi siegħa, u ġa waslet, meta tixterdu kull wieħed lejn daru, u lili tħalluni waħdi…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 1 ta’ Ġunju

  • Il-Vanġelu tal-jum – 1 ta’ Ġunju
  •  
    It-Tlugħ fis-Sema tal-Mulej
     
    Mattew 28, 16-20

    Il-ħdax-il dixxiplu telqu lejn il-Galilija u marru fuq il-muntanja fejn kien ordnalhom Ġesù. Kif rawh, nxteħtu quddiemu, għalkemm xi wħud iddubitaw. Ġesù resaq ikellimhom u qalilhom: “Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u fl-art. Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missieru ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu  s-Santu, u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien.  U ara, jiena magħkom dejjem, sa l-aħħar taż-żmien.”

  • Kompli aqra »