Arkivji mensili: Ġunju 2014

Il-Vanġelu tal-jum – 31 ta’ Mejju

  • Il-Vanġelu tal-jum – 31 ta’ Mejju
  • Luqa 1,39-56

    F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Mbierka inti fost  in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! U minn fejn ġieni dan li omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi? …

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 26 ta’ Mejju

  • Il-Vanġelu tal-jum – 26 ta’ Mejju
  • Gwann 15,26-16,4

     
    “Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija. U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu miegħi sa mill-bidu. “Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom biex ma titfixklux. Ikeċċukom ‘il barra mis-sinagogi, mhux biss, imma tasal is-siegħa meta min joqtolkom jaħseb li jkun qiegħed jagħti qima lil Alla…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 30 ta’ Mejju

  • Il-Vanġelu tal-jum – 30 ta’ Mejju
  • Gwann 16, 20-23

    Tassew tassew ngħidilkom, intom għad tibku u tingħu, iżda d-dinja għad tifraħ; għad iġġarrbu n-niket, imma n-niket tagħkom għad jitbiddel f’hena. Il-mara, meta tkun se tiled tħossha mdejjqa, għax tkun waslet is-siegħa tagħha; iżda meta tkun twieldet it-tarbija, ma tiftakarx iżjed fl-uġigħ, bil-ferħ li twieled bniedem fid-dinja. Hekk intom, issa tħossukom imdejjqa; imma għad nerġa’ narakom u qalbkom tifraħ, u l-ferħ tagħkom ħadd ma jeħodhulkom…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 29 ta’ Mejju

  • Il-Vanġelu tal-jum – 29 ta’ Mejju
  • Gwann 16, 16-20

    “Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; mbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni.” Għalhekk xi wħud mid-dixxipli tiegħu bdew jgħidu bejniethom: “X’ifisser dan li qiegħed jgħid, ‘Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; mbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni,’ u li ‘Jiena sejjer għand  il-Missier’?” Għalhekk qalu: “X’inhu dan il-‘ftit ieħor’ li hu qiegħed jgħid? …

  • Kompli aqra »

Merħba

  • “Morru fid-dinja kollha xandru l-Bxara t-Tajba lill-ħolqien kollu” (Mk 16,15). Ġesù jrid li l-Vanġelu jixxandar bl-aħjar mod possibbli biex jasal għand kulħadd. Il-Knisja tfittex il-mezzi kollha disponibbli biex tagħmel dan. “Il-Knisja Kattolika tarah dmirha li tuża wkoll l-istrumenti ta’ komunikazzjoni soċjali sabiex ixxandar l-aħbar tas-salvazzjoni u tgħallem lill-bnedmin kif iħaddmuhom tajjeb” (Inter Mirifica, Nru 3). Għalhekk qed noffru din il-website b’xerja ġdida f’isem l-Arċidjoċesi ta’ Malta…

  • Kompli aqra »