Arkivji mensili: Lulju 2014

Messaġġ tal-Arċisqof waqt l-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ seba’ saċerdoti ġodda

  • Konkatidral ta’ San Ġwann
    1 ta’ Lulju 2014

    L-ordinazzjoni presbiterali li qed niċċelebraw illum għandu żewġ realtajiet. L-ewwel realtà hija il-fatt li b’din l-ordinazzjoni nerġgħu nidħlu fil-misteru tal-istorja tas-salvazzjoni. It-tieni realtà hija l-fatt li dawn li ser jirċievu dan is-sagrament, jibqgħu bnedmin dgħajfa, imma jiġu msaħħin bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.

    Smajna fit-tieni lezzjoni tal-lum mill-ittra lill-Lhud (Lhud 5, 1-10) kif l-awtur jgħid li Alla l-Imbierek meta ra lil bniedem midneb tant ħabbu li bagħat lil Ibnu…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jordna seba’ saċerdoti ġodda

  • Nhar it-Tlieta 1 ta’ Lulju 2014, waqt Quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P ordna seba’ saċerdoti ġodda (tlieta djoċesani u erba’ reliġjużi). Is-seba’ djakni li ġew ordnati saċerdoti huma: Patri Christian A. Borg OFM Conv, Patri David Cortis OSA, Dun Luke Cutajar mill-Parroċċa tar-Rabat, Patri Clinton Farrugia MSSP, Patri Joseph Formosa OFM Conv, Dun Brian Gialanzè mill-Parroċċa ta’ Birżebbuġa u Dun Paul Mizzi mill-Parroċċa ta’ San Ġiljan…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jingħaqad fis-sofferenza tal-familji tat-tlett adoloxxenti Israeljani maqtula

  • “The news of the killing of the three young abducted Israelis is terrible and dramatic”, declared the director of the Holy See Press Office, Fr. Federico Lombardi, S.J., late yesterday afternoon. “The assassination of innocent people is always an execrable and unacceptable crime, and a very serious obstacle on the path towards the peace for which we must tirelessly continue to strive and pray…

  • Kompli aqra »

How to Train Your Dragon 2

  • **** Direttur:        Dean DeBlois
    Atturi:            (vuċijiet ta’) Jay Baruchel, Cate Blanchett, Gerard Butler
    Ħin:                102 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura:   U
    Klassifika tal-Knisja:        UPG
     
    Fl-ewwel film, “How to Train Your Dragon”, wara li Viking żgħażugħ, Hiccup, salva dragun li semmih ‘Toothless’, huwa wera lin-nies ta’ pajjiżu fuq l-gżira ta’ Berk li d-draguni m’humiex tal-biża’…
  • Kompli aqra »

Oculus

  • ***

    Direttur:        Mike Flanagan
    Atturi:            Karen Gillan, Brenton Thwaites, Katee Sackoff
    Ħin:                103 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 15
    Klassifika tal-Knisja: 18
     
    Għaxar snin wara li Tim Russell sakkruh fi sptar mentali għax kien akkużat li qatel lil missieru Alan, issa li għandu 21 sena jħalluh joħroġ, l-aktar għax dan l-aħħar beda jaċċetta r-responsabilta’ għal qtil ta’ missieru wara snin sħaħ li kien jiċħad li għamel hekk…

  • Kompli aqra »

Devil’s Knot

  • *** 

    Direttur:          Atom Egoyan
    Atturi:             Reese Witherspoon, MireiIlle Enos, Colin Firth, Dane DeHaan, Kevin Durand, Bruce Greenwood, Stephen Moyer, Elias Koteas u Amy Ryan
    Ħin tal-Film:    114 min
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      15

    Fl-1993, ġewwa West Memphis, Arkansas, tliet subien ta’ tmien snin, Steve Branch, Christopher Byers u Michael Moore għebu wara li kienu jilgħabu qrib darhom…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof waqt is-solennità ta’ San Pietru u San Pawl

  • Konkatidral ta’ San Ġwann
    29 ta’ Ġunju 2014 

    Ħuti, jiena niftakar meta kont żgħir kont  nagħmel din il-mistoqsija: imma għaliex San Pietru u San Pawl, minn barra milli jiġu ffesteġġjati wieħed għalih u l-ieħor għalih, jiġu ffesteġġjati  wkoll flimkien?

    U tafu li hemm diversi raġunijiet, insemmu tnejn biss. L-ewwel waħda għaliex huma l-kolonni tal-Knisja. Fi żmien meta l-Knisja kienet ippersegwitata mid-dinja Rumana u qabel anke mid-dinja Lhudija,  Alla l-Imbierek ta lil dawn l-appostli biex huma jmexxu l-Knisja f’dak iż-żmien daqshekk diffiċli.  It-tieni raġuni hija għaliex aħna nafu li t-tnejn mietu ġewwa Ruma, l-ewwel San Pietru u mbagħad San Pawl imma t-tnejn ħadu l-martirju ġewwa Ruma…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-Ħamsin Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja u Twaqqif tal-Parroċċa ta’ Burmarrad

  • Parroċċa ta’ Burmarrad
    30 ta’ Mejju 2014

    Ħuti, illum qed niċċelebraw il-ħamsin anniversarju tal-konsagrazzjoni ta’ din il-Knisja. Jekk aħna nidħlu fl-immaġinazzjoni, min jaf kemm swietilhom xogħol u ħidma u ġenerożita meta ġew biex jibnu din il-knisja biex ikunu jistgħu jaqdu lin-nies ta’ dawn l-akkwati.

    Imma jiena nixtieq li nimxi pass ieħor. Jien dejjem ngħid fija nnifsi: Ġesu lill-appostli qalilhom: imxu warajja, u dawk imxew warajh…

  • Kompli aqra »

‘Dawra ma’ Xtutna’ mal-Kummissjoni Ambjent

  • Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent qed torganizza l-attività ‘Dawra ma’ Xtutna’. Din ser issir nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Lulju 2014, u tikkonsisti f’dawra bil-baħar mal-gżejjer Maltin. Tluq fit-3.00 p.m. minn Marsamxett. L-attività hija mifruxa fuq 24 siegħa, bi ħsibijiet spiritwali minsuġa ma’ tagħrif storiko-kulturali marbut mal-ambjent li jsawwar il-kosta ta’ pajjiżna. Hu ppjanat li jkun hemm waqfa Kemmuna fejn issir ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija. Il-prezz huwa ta’ €50 u jinkludi l-vjaġġ bil-luzzu, l-ikliet kollha u l-akkomodazzjoni f’Għawdex…

  • Kompli aqra »

Stqarrija tac-CCEE dwar it-tislib tan-nies f’Deir Hafer (Syria)

  • The Presidency of the Council of European Bishops’ Conferences (CCEE) informed of the crucifixion of people in the center of Deir Hafer (Syria) that preceded the proclamation of the Islamic Caliphate in the Syrian and Iraqi territories under the control of the Isis expresses its strong indignation and condemnation of such acts. These acts that use religion to justify acts of summary justice are against any attempt to pacify the country already battered by years of fratricidal war…

  • Kompli aqra »