Arkivji mensili: Awwissu 2014

Il-Vanġelu tal-jum – 4 ta’ Awwissu

  • Mattew 14,22-36 U minnufih ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat lin-nies. Wara li bagħat lin-nies, tela’ waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija kien għadu hemm fuq, waħdu; id-dgħajsa kienet diġà f’nofs  il-baħar titħabat mal-mewġ, għax kellhom ir-riħ kontra tagħhom. Fir-raba’ sahra tal-lejl mar lejn in-naħa tagħhom miexi fuq il-baħar. Huma rawh miexi fuq il-baħar u twerwru…
  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 3 ta’ Awwissu

  • It-18 il-Hadd ta’ matul is-Sena
    Mattew 14, 13-21

    Meta sama’ l-aħbar, Ġesù telaq minn hemm bid-dgħajsa u mar waħdu f’post imwarrab. Imma n-nies semgħu fejn mar, u telqu warajh bil-mixi mill-ibliet. Xħin niżel l-art mid-dgħajsa ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom, u fejjqilhom il-morda tagħhom. Xħin sar filgħaxija d-dixxipli tiegħu resqu lejh u qalulu: “Dan post imwarrab, u l-ħin għamel sewwa…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 2 ta’ Awwissu

  • Matthew 14, 1-12

    Kien dik il-ħabta li Erodi t-tetrarka sama’ bil-fama ta’ Ġesù, u lill-qaddejja tiegħu qalilhom: “Dan Ġwanni l-Battista! Iva, hu, qam mill-imwiet! U minħabba f’hekk il-qawwa tal-mirakli qiegħda taħdem fih!” Għax Erodi kien arresta lil Ġwanni, u qaflu l-ħabs u ħallieh hemm minħabba Erodja, mart ħuh Filippu. Għax Ġwanni kien jgħidlu: “Inti lil dik ma tistax iżżommha.” Ried kieku joqtlu, imma kien jibża’ min-nies, għax kienu jżommuh  bi profeta…

  • Kompli aqra »

Servizzi gwida għal studenti fil-Ħames Sena Sekondarja fl-Iskejjel tal-Knisja

    • Matul ix-xahar ta’ Lulju, id-Direttorat tal-Edukazzjoni fis-Segretarjat ghall-Edukazzjoni Nisranija, permezz ta-Kapijiet td-Dipartiment tal-PSD u Guidance, flimkien mal-Youth Workers impjegati mas-Segretarjat, organizza Walk In Service intiż għall-istudenti li spiċċaw il-Ħames sena tal-iskola Sekondarja fl-iskejjel tal-Knisja. Permezz ta’ dan is-servizz, li kien offrut kemm għall-istudenti kif ukoll għall-ġenituri tagħhom, ingħatat informazzjoni dwar il-possibilitajiet ta’ studju fl-istituzzjonijiet post-sekondarji…

  • Kompli aqra »

Imħabbar il-programm taż-Żjara tal-Papa fl-Albanija

  • The Holy See has announced the schedule for Pope Francis’ Apostolic Voyage to Albania, set for 21 September 2014. It will be the second visit of a Pope to Albania, after Pope St John Paul II’s visit to the country in 1993.

    Pope Francis trip will begin with a welcoming ceremony at Tirana’s “Mother Teresa” international airport, where he will be greeted by Albanian Prime Minister Edi Rama…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 1 ta’ Awwissu

  • Mattew 13, 54-58

    Meta mbagħad Ġesù temm dawn il-parabboli, telaq minn hemm u mar lejn pajjiżu. Beda jgħallem lin-nies fis-sinagoga tagħhom, u huma baqgħu mistagħġba hekk li bdew jgħidu: “Mnejn ġieb dan l-għerf u din il-qawwa ta’ l-għaġeb? Dan m’huwiex bin il-mastrudaxxa? Ommu m’hijiex dik li jisimha Marija, u ħutu Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda? U ħutu l-bniet m’humiex kollha magħna? …

  • Kompli aqra »