Arkivji mensili: Awwissu 2014

Kappillan ġdid għall-Parroċċa ta’ Raħal Ġdid (Kristu Re)

  • L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Marc Andrè Camilleri, mill-parroċċa tas-Salvatur, Ħal Lija, bħala kappillan tal-parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid.

    Dun Marc Andrè Camilleri twieled fil-15 ta Awissu 1984. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja ta’ Ħ’Attard, l-edukazzjoni sekondarja fis-Seminarju Minuri tal-Virtù, u l-edukazzjoni post-sekondarja fil-Junior College, l-Imsida. Kompla l-istudju terzjarji (Filosofija u Teoloġija) fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta…

  • Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-Parroċċa Madonna tas-Sacro Cuor tas-Sliema

  • L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Patri Alexander Borg O.F.M. bħala Kappillan tal-Parroċċa tal-Madonna tas-Sacro Cuor, tas-Sliema.

    Patri Alex Borg twieled fis-16 ta’ Ottubru 1955. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja fil-Kulleġġ Stella Maris, il-Gżira u l-edukazzjoni sekondarja fis-Seminarju Minuri, il-Furjana.

    Għamel il-professjoni solenni mal-Ordni tal-Patrijiet Franġiskani Minuri nhar il-5 ta’ Settembru 1975 u kompla l-istudji tiegħu r-Rabat, f’Assisi u f’Bologna…

  • Kompli aqra »

1 – 7 ta’ Settembru

  • It-Tnejn
     
    It-Tlieta
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
    3.30 p.m.         L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq l-RTK.

    L-Erbgħa
    10.00 a.m.       L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara.
    4.30 p.m.         L-Arċisqof jilqa’ lil Mons. Joe Alessandro O.F.M. Cap., Isqof ta’ Garissa fil-Kenja, għal żjara ta’ korteżija, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 31 ta’ Awwissu

  • It-22 Hadd ta’ Matul is-Sena
    Mattew 16,21-27

    Minn dakinhar Ġesù beda juri lid-dixxipli tiegħu li kien meħtieġ għalih li jmur Ġerusalemm, isofri ħafna mix-xjuħ u l-qassisin  il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum. Pietru ġibdu lejh u beda jlumu u jgħidlu: “Allaħares, Mulej! Ma jkun qatt li dan jgħaddi minn għalik !” Iżda Ġesù dar u qal lil Pietru: “Itlaq minn quddiemi, ja xitan! …

  • Kompli aqra »

Il-Papa jiltaqa’ ma qassis missjunarju ġewwa Gaza: mument ta’ grazzja u tama

  • Pope Francis on Friday morning met with Father Jorge Hernandez, an Argentine missionary of the Institute of the Incarnate Word and parish priest in Gaza.

    Speaking in Italian with Vatican Radio’s Alessandro Gisotti, Father Hernandez said the meeting with the Pope was a “grace” – and not the first. “On the contrary,” he said, “during the war, Pope Francis was always close to us.”

    Father Hernandez said Pope Francis encouraged the small Catholic community “to be the salt of the earth in the land of Gaza.” He said he was particularly touched by the Pope’s message of Christian witness…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 30 ta’ Awwissu

  • Mattew 25, 14-30

    “Dan bħal wieħed li kien se jsiefer, u sejjaħ lill-qaddejja tiegħu u ħallielhom ġidu f’idejhom. Lil wieħed tah ħames talenti, lil ieħor tnejn, u lil ieħor wieħed, kull wieħed skond il-ħila tiegħu. U siefer. Dak li kien ħa l-ħames talenti mar minnufih iħaddimhom u qala’ ħamsa oħra. Hekk ukoll dak li kien ħa tnejn qala’ tnejn oħra…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 29 ta’ Awwissu

  • Mark 6,17-29

    Kien Erodi stess li bagħat jarresta lil Ġwanni u qaflu fil-ħabs minħabba Erodja, mart ħuh Filippu, billi kien iżżewwiġha hu. Għax Ġwanni lil Erodi kien jgħidlu: “Ma tistax iżżommha int il-mara ta’ ħuk.” Għalhekk Erodja saret tobogħdu u kienet trid toqtlu, imma ma kinitx tista’, għax Erodi, li kien jaf x’raġel tajjeb u qaddis kien Ġwanni, kien jibża’ minnu; u kien iħarsu mill-għawġ, u kien iħobb joqgħod jisimgħu, għad li kien jibqa’ mħasseb ħafna wara li jisimgħu…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jitkellem fuq id-diviżjoni bejn il-Kristjani

  • Pope Francis on Wednesday said that in a Christian community division is one of the worst sins because it comes not from God. He made the comment during weekly General Audience on Wednesday in St Peter’s Square.

    The importance of unity was at the heart of Pope Francis’ catechesis at his weekly General Audience on Wednesday, telling the estimated ten thousand pilgrims and tourists present in St Peter’s Square that “ while we, the members of the Church, are sinners, the unity and holiness of the Church arise from God and call us daily to conversion…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 28 ta’ Awwissu

  •  
    Mattew 24, 42-51

    Ishru, mela, għax ma tafuhx il-jum li fih jiġi Sidkom. Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf f’liema sahra tal-lejl se jiġi l-ħalliel, kien jishar u ma jħallix min jinfidlu  l-ħitan ta’ daru. Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem. “Intom min tgħidu li hu l-qaddej fidil u għaqli? …

  • Kompli aqra »