Arkivji mensili: Settembru 2014

Il-Vanġelu tal-jum – 13 ta’ Settembru

  • Luqa 6,43-49

    “Ma hemmx siġra tajba li tagħmel frott ħażin, kif anqas ma hemm siġra ħażina li tagħmel frott tajjeb. Kull siġra mill-frott tagħha tingħaraf. Ħadd ma jiġbor it-tin mix-xewk, anqas l-għeneb mill-ħolliq. Il-bniedem tajjeb mit-teżor tajjeb ta’ qalbu joħroġ it-tajjeb, u l-bniedem ħażin mit-teżor ħażin tiegħu joħroġ il-ħażin, għax mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm. “Għaliex issejjħuli, ‘Mulej,’ u mbagħad ma tagħmlux dak li ngħid jien? …

  • Kompli aqra »

Il-Papa se jżur Istanbul fil-festa ta’ Sant Andrija

  • Turkish President Recep Tayyp Erdogan has issued an official invitation to Pope Francis to visit his country. Speaking to journalists on Friday, the head of the Vatican press office, Fr Federico Lombardi said the Holy See had received the invitation and was preparing for a papal visit to Turkey at the end of November. He added that the duration of the trip and the programme for the visit were still to be confirmed…

  • Kompli aqra »

Talb għas-Sinodu tal-Isqfijiet – Stqarrija tal-Konferenza Episkopali Maltija

  • Fi ftit ġimgħat oħra, Isqfijiet minn madwar id-dinja kollha ser jiltaqgħu Ruma għas-Sinodu Straordinarju dwar ‘L-isfidi pastorali tal-familja fil-kuntest tal-evanġeliżazzjoni’, li ser isir bejn il-5 u d-19 ta’ Ottubru li ġej. Dan ser ikun mument qawwi għall-Knisja kollha u għaldaqstant kull Nisrani hu msejjaħ biex jissieħeb u jagħti sehmu. Peress li fuq kollox din il-laqgħa

    tal-Isqfijiet ser tkun mument qawwi ta’ talb, il-Papa Franġisku qed iħeġġeġ biex nhar il-Ħadd 28 ta’ Settembru 2014, l-Insara tad-dinja kollha jingħaqdu qalb waħda u ruħ waħda fit-talb bi tħejjija għal dan is-Sinodu…

  • Kompli aqra »

Sean Cini jingħata trofew għad-disinn ta’ logo ġdid għad-Dar tal-Providenza

  • “Illum nitkellmu fuq il-mudell soċjali tad-diżabilità fejn flok ma naraw id-diżabilità bħala nuqqas, narawha bħala differenza.  L-enfasi tal-mudell soċjali tad-diżabilità hi fuq il-persuna u l-abiltajiet tagħha u mhux fuq in-nuqqas.” Dan qalu Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, fl-okkazjoni tal-għoti ta’ trofew lir-rebbieħ u ċertifikati lil dawk kollha li ħadu sehem fil-kompetizzjoni għal disinn ta’ logo ġdid.  

    Huwa żied jgħid li llum nisħqu li l-kwalità tal-ħajja tal-persuni b’diżabilità tista’ titjieb biss jekk tinbidel l-attitudni tas-soċjetà u mhux jekk l-individwu jbiddel lilu nnifsu…

  • Kompli aqra »

Delegat ġdid għas-Segretarjat Ħidma Soċjali u ta’ Karità u Direttur Eżekuttiv Ġdid tal-Caritas Malta

  • Mons. Victor Grech talab lill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. jirtira minn Delegat tas-Segretarjat Ħidma Soċjali u ta’ Karità, u Direttur tal-Caritas Malta. Monsinjur Arċisqof jirringrazzja lil Mons. Victor Grech għall-ħidma siewja fi ħdan il-Knisja f’Malta u s-soċjetà Maltija tul dawn l-aħħar 37 sena, b’mod partikolari li waqqaf l-Aġenzija Caritas u l-Fondazzjonijiet għar-Rijabilitazzjoni ta’ persuni bi problemi tad-droga u vittmi tal-użura.

    L-Arċisqof innomina lil Mons…

  • Kompli aqra »

Kjarifika mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija

  • With reference to media reports, the Secretariat for Catholic Education would like to clarify that an email was sent by the Secretariat, to heads of Church schools, on the 27th August 2014, requesting particulars of students who are taking any medication or need any other medical intervention not covered by any current job description. The list is required to assess the possible provision for such cases…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 12 ta’ Settembru

  • Luqa 6,39-42

    Ġesu qalilhom parabbola: “Jista’ agħma jmexxi agħma ieħor? Mhux it-tnejn jaqgħu fil-ħofra? Id-dixxiplu m’huwiex aqwa mill-imgħallem tiegħu; imma kull min itemm it-taħriġ tiegħu jsir  bħall-imgħallem tiegħu. Għax tara t-tibna f’għajn ħuk, u ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int? Kif tista’ tgħidlu lil ħuk, ‘Ħi, ejja nneħħilek it-tibna li għandek f’għajnek’, meta m’intix tara t-travu li għandek f’għajnek int? …

  • Kompli aqra »

Il-COMECE tilqa’ bil-ferħ l-aħbar taż-Żjara tal-Papa Franġisku fil-Parlament Ewropew

    • Today it was announced by the European Parliament that Pope Francis has accepted the invitation of President Martin Schulz to address the European Parliament during its plenary assembly in Strasbourg on 25 November 2014. The President of COMECE, His Eminence Reinhard Cardinal Marx, enthusiastically welcomed this news and has issued the following statement: 
       

  • “It makes me very glad to hear today that Pope Francis, in response to the invitation of President Martin Schulz, is to visit Strasbourg on 25 November and address the plenary assembly of the European Parliament…

  • Kompli aqra »

Quddiesa għall-Kapijiet tal-Iskejjel tal-Knisja

  • Nhar il-Erbgħa 10 ta’ Settembru 2014, saret il-Quddiesa tal-għoti tal-mandat lill-kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja u uffiċjali fis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, fil-bidu tal-missjoni tagħhom, fis-Santwarju tal-Mellieħa. L-Isqof Mario Grech, President tal-Konferenza Episkopali Maltija, iċċelebra din il-Quddiesa flimkien mal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u l-Isqof Charles J. Scicluna li kkoncelebraw f’din il-Quddiesa, li matulha numru ta’ kapijiet ta’ skejjel u tliet Service Managers ingħataw il-ħatra l-ġdida…

  • Kompli aqra »

President ġdid għall-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ

    • L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. innomina lil David Callaby Floridia, żagħżugħ ta’ 34 sena, bħala President tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ). David huwa miżżewweġ lil Ana. Hu ser jieħu post Anthony Mifsud li ilu jmexxi l-Kummissjoni għal dawn l-aħħar 5 snin.

      David Callaby Floridia twieled f’Paċeville fit-12 ta’ Settembru 1979. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ Stella Maris, l-Gżira, u ggradwa mill-Università ta’ Malta b’ Baċċelerat fil-qasam tas-Social Work…

  • Kompli aqra »