Arkivji mensili: September 2014

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-Jum iddedikat lill-Anzjani

  • Nhar it-Tlieta 30 ta’ Settembru 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-Jum iddedikat lill-Anzjani, fil-Knisja Parrokjali ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid.

    Preżenti għal din il-Quddiesa kienu l-Aġent President ta’ Malta l-E.T. Dolores Cristina, l-Onor. Justyne Caruana, l-Onor. Chris Fearne u l-Onor. Mario Galea.

  • Ritratti: Photocity, Valletta
     www.photocitymalta.com
  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fil-pussess tal-Arċipriet tal-Mdina Mons. Anthony Cassar

  • Katidral, l-Imdina
    21 ta’ Settembru 2014

    Il-parabbola li smajna fil-Vanġelu tal-lum (Mt 20, 1-16)  nistgħu nispjegawha li Kristu kien qed jagħti tagħlima lill-Lhud: mhux billi l-pagani ġew wara, se jieħdu inqas, jew intom għax ġejtu mill-Antik Testment se tieħdu iktar. Alla jħobb lil kulħadd u hu ħanin ma’ kulħadd.  

    F’dan il-Vanġelu naħseb li għandna żewġ tagħlimiet li huma ħafna importanti…

  • Kompli aqra »

Omelija tal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. waqt il-Quddiesa tal-Kwindiċina ta’ Santa Marija

  • Il-Katidral, Victoria, Għawdex
    7 ta’ Awwissu 2014

    Ħuti, il-Konċilju Vatikan it-tieni kien enfasizza ħafna li l-Madonna hija interċesura tagħna quddiem il-Missier. Imma ma nitsgħux nieqfu hemm. Il-Madonna għalina hija mudell ta’ dawk li jridu jimxu wara Kristu, mudell ta’ dixxiplu. Għalhekk irridu nkunu aktar attenti biex insiru nafu min hi l-Madonna. Minn dawn iż-żewġ lezzjonijiet tal-ġurnata, m’għażilnihomx aħna, slitt xi riflessjonijiet li xtaqt naqsam magħkom fid-dawl ta’ kif għexet il-Madonna…

  • Kompli aqra »

Mixja b’risq il-Missjoni

  • Ħafna katekisti, qassisin u missjunarji jkollhom jimxu kilometri twal fix-xemx u fix-xita biex imorru jaqdu l-ministeru tagħhom fil-vilaġġ li tiegħu jkunu reponsabli biex b’hekk iwasslu lil Ġesù għand dawn in-nies.

    L-Uffiċċju Missjunarju qed jorganiżża mixja b’risq il-missjoni biex permezz tal-fondi miġbura jkompli jgħin diversi pajjiżi jkollhom ħajja aħjar, ikompli jgħin diversi katekisti u qasisin ikollhom mezz biex dawn jivjaġġaw minn post għall ieħor…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fiċ-Ċentru Santissma Trinità u jiltaqa’ maż-żgħażagħ u adoloxxenti tas-Siġġiewi

  • Nhar il-Ħadd 28 ta’ Settembru 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa fiċ-Ċentru Santissma Trinità u wara ltaqa’ man-nies miż-żona ta’ Kirċippu. Aktar tard iltaqa’ mal-adoloxxenti u ż-żgħażagħ tas-Siġġewi, bħala parti miż-Żjara Pastorali f’din il-parroċċa.

    Quddiesa fiċ-Ċentru Santissma Trinità

  • Laqgħa maż-żgħażagħ u l-adoloxxenti

  • Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt…
  • Kompli aqra »

As Above, So Below

  • **

    Direttur:          John Erick Dowdle
    Atturi:             Perdita Weeks, Ben Feldman, Edwin Hodge, Francois Civil, Marion Lambert u Adi Marhyar
    Ħin tal-Film:    93 min
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      18
     
    Scarlet Marlowe, studenta żagħżugħa, tissokta x-xoghol ta’ tfittxija li kien beda missierha għal ġebla speċjali, maħluqa mill-alkemist,  Nicholas Flamel, li kellha l-qawwa li metall ta’ valur baxx tbiddlu f’deheb u fuq kollox li tagħti l-ħajja eterna…

  • Kompli aqra »

A Walk Among the Tombstones

  • ***

    Direttur:          Scott Frank
    Atturi:             Liam Neeson, Dan Stevens, Boyd Holbrook, Sebastian Roche, Whitney Able, Stephanie Andujar, Olafur Darri Olafsson, David Harbour u Eric Nelsen
    Ħin tal-Film:    115 min
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      18       
     
    Matthew Schudder, illum –il gurnata jaħdem bħala investigatur privat. Kien hemm żmien meta kien jifforma parti mill-korp  tal-pulizija ġewwa New York.  L-istorja tal-film teħodna fis-sena 1991 meta Shudder, bħala pulizja,  kien involut f’inċident fatali meta sfortunatament qatel tifla waqt li kien qiegħed jipprova jaqbad żewġ kriminali li kienu qatlu raġel f’ħanut tax-xorb…

  • Kompli aqra »

29 ta’ Settembru – 5 ta’ Ottubru

  • It-Tnejn
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
    6.30 p.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament tal-40 sena anniversarju mill-Ordinazzjoni Episkopali tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca, fil-Katidral tal-Imdina.

    It-Tlieta
    10.00 a.m.       L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-Jum iddedikat lill-Anzjani, fil-Knisja Parrokjali ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid.
    6.30 p.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jingħata bidu għall-ħidma pastorali ta’ Patri Alexander Borg O.F.M…

  • Kompli aqra »

22 – 28 ta’ Settembru

  • It-Tnejn
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
    7.00 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Djakonija, bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu fis-Siġġiewi.

    It-Tlieta
    4.30 p.m.         L-Arċisqof iżur il-komunità tas-Sorijiet Franġiskani, is-Siġġiewi.
    6.00 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Liturġija tal-istess parroċċa.
    7.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokjali, Kummissjoni Implementazzjoni Sinodu u l-Kunsill Ekonomiku Parrokjali tal-istess parroċċa…

  • Kompli aqra »

Nikkomunikaw il-familja – it-tema magħżula għall-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali 2015

    • The Pontifical Council for Social Communications published a note today explaining the theme of World Communications Day 2015: “Communicating the family: a privileged place of encounter with the gift of love”. The theme follows in continuity with the previous year’s message, and dovetails with the central theme of the next two Synods on the family.

  • It is important to recall that World Communications Day, the only World Day established by Vatican Council II, is celebrated in many countries, upon the recommendation of bishops throughout the world, on the Sunday preceding Pentecost, and that the Holy Father’s Message for the event is traditionally published on the feast day of St…

  • Kompli aqra »